KAPPELLA PAPALI B’SUFFRAĠJU TAL-KARDINALI U TAL-ISQFIJIET

LI MIETU MATUL IS-SENA

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU

Bażilika tal-Vatikan, Altar tal-Katedra

It-Tnejn 4 ta’ Novembru 2019

 

Il-Qari li għadna kemm smajna jfakkarna li aħna ġejna fid-dinja biex inqumu: ma twelidniex għall-mewt, imma għall-qawmien. Fil-fatt, kif jikteb San Pawl fit-Tieni Qari, diġà minn issaaħna pajżana tas-Sema” (Fil 3:20) u, kif jgħid Ġesù fil-Vanġelu, għad inqumu mill-imwiet fl-aħħar jum (ara Ġw 6:40). U huwa mill-ġdid il-ħsieb tal-qawmien li jissuġġerixxi lil Ġuda l-Makkabi fl-Ewwel Qariħaġa sabiħa u sewwa” (2 Mak 12:43). Illum aħna wkoll nistgħu nistaqsu: X’qed jgħidli l-ħsieb tal-qawmien? Kif qed inwieġeb għas-sejħa tiegħi biex inqum mill-mewt?

 

L-ewwel għajnuna tiġina m’għand Ġesù, li fil-Vanġelu tal-lum jgħidilna: “Min jiġi għandi, ma nkeċċihxil barra” (Ġw 6:37). Din hi l-istedina tiegħu: “Ejjew għandi” (ara Mt 11:28). Immorru għand Ġesù, il-Ħaj, biex nitlaqqmu kontra l-mewt, kontra l-biża’ li kollox għad jispiċċa. Immorru għand Ġesù: tistatidher eżortazzjoni spiritwali ovvja u ġenerika. Imma ejjew nippruvaw nagħmluha konkreta, billi nagħmlu xi mistoqsijiet bħal dawn: Illum, f’dak li kelli nagħmel fl-uffiċċju, qrobt xi ftit lejn il-Mulej? Għamilt minnu raġuni biex niddjaloga miegħu? U fil-persuni li ltqajt magħhom, lil Ġesù daħħaltu, ħadthom għandu fit-talb? Jew f’kulma għamilt bqajt imwaħħal fil-ħsibijiet tiegħi, u qgħadt biss nifraħ b’dak li jiġini tajjeb u ngerger b’dak li jiġini ħażin? Insomma, qed ngħix billi mmur għand il-Mulej, jew indur bħal żugraga fuqi nnifsi? Liema hi d-direzzjoni tal-mixja tiegħi? Qed infittex biss li naqtafigura tajba, li nissalvagwardja r-rwol tiegħi, il-ħinijiet u l-ispazji tiegħi, jew immur għand il-Mulej?

 

Il-frażi ta’ Ġesù tregħedna: Min jiġi għandi, ma nkeċċihxil barra. Qisu jrid jgħidilna li hi prevista t-tkeċċija għan-Nisrani li ma jmurx għandu. Għal min jemmem ma hemmx toroq tan-nofs: ma tistax tkun ta’ Ġesù u toqgħod iddur fuqek innifsek. Min hu ta’ Ġesù jgħix fi ħruġ lejh.

 

Il-ħajja hi dejjem fi ħruġ: mill-ġuf tal-omm biex naraw id-dawl, mit-tfulija biex nidħlu fl-adolexxenza, mill-adolexxenza għall-ħajja adulta, u l-bqija, sat-tluq minn din id-dinja. Illum, waqt li nitolbu għal ħutna Kardinali u Isqfijiet, li ħarġu minn din il-ħajja biex imorru jiltaqgħu mal-Irxoxt, ma nistgħux ninsew il-ħruġ l-iżjed importanti u diffiċli, li jagħti sens lill-oħrajn kollha: dak minna nfusna. Hu biss jekk noħorġu minna nfusna li nistgħu niftħu l-bieb li jwassalna għal għand il-Mulej. Ejjew nitolbu din il-grazzja: “Mulej, nixtieq niġi għandek, permezz tat-toroq u l-ħbieb fil-vjaġġ ta’ kuljum. Għinni noħroġ minni nnifsi, biex niġi niltaqamiegħek, li int il-ħajja”.

 

Nixtieq infakkar fi ħsieb ieħor, b’rabta mal-qamwien, meħud mill-Ewwel Qari, mill-ġest nobbli li għamel Ġuda l-Makkabi għall-mejtin. Huwa u jagħmlu, insibu miktub, “ġieb quddiem għajnejh il-ġmiel tal-ħlas li hemm lest għal dawk li jorqdu r-raqda tal-mewt fil-ħbiberija ma’ Alla, il-ħsieb tiegħu kien qaddis u twajjeb” (2 Mak 12:45). Jiġifieri huma sentimenti ta’ tjieba li jġibu ħlas kbir. It-tjieba lejn l-oħrajn tiftaħ beraħ il-bibien tal-eternità. Meta nitbaxxew lejn dawk fil-bżonn biex naqduhom inkunu qed nidħlu fil-kamra li twassalna għall-Ġenna. Fil-fatt, jekk, kif ifakkarna San Pawl, “l-imħabba ma tintemm qatt” (1 Kor 13:8), allura hija proprju l-pont li jorbot l-art mas-Sema. Għalhekk nistgħu nistaqsu lilna nfusna jekk aħniex mexjinil quddiem fuq dan il-pont: Inħalli tqanqalni s-sitwazzjoni ta’ xi ħadd fil-bżonn? Naf nibki għal min qed ibati? Nitlob għal dawk li ħadd ma jaħseb fihom? Ngħin lil xi ħadd li m’għandux biex iroddli lura? Mhuwiex boniżmu dan, mhix karità tat-tqanqiċ; huma mistoqsijiet tal-ħajja, kwistjonijiet ta’ qawmien.

 

Fl-aħħar nett, it-tielet sejħa fid-dawl tal-qawmien. Neħodha mill-Eżerċizzi spiritwali, fejn Sant’Injazju jissuġġerixxi li qabel ma nieħu deċiżjoni importanti, nistħajluna quddiem Alla fl-aħħar taż-żminijiet. Din hi s-sejħa biex nidhru quddiemu u li ma tistax titreġġagħal darb’oħra, il-punt fejn kulħadd għad irid jasal, għalina lkoll. Allura, kull sejħa ta’ ħajjitna jekk naffrontawha f’dik il-perspettiva hi orjentata tajjeb, għax hi eqreb lejn il-qawmien, li huwa s-sens u l-għan tal-ħajja. Kif it-tluq nikkalkulawh skont fejn irridu naslu, kif iż-żerriegħa niġġudikawha skont il-ħsad, hekk il-ħajja niġġudikawha tajjeb jekk nitilqu mit-tmiem tagħha, mill-għan tagħha. Sant’Injazju jikteb: “Nimmaġina u nikkunsidra kif għad inġib ruħi għall-ġudizzju fl-aħħar jum, u naħseb dakinhar x’deċiżjoni nkun nixtieq li ħadt f’din il-ħaġa ta’ issa. Dak li dakinhar inkun nixtieq li mxejt fuqu, nieħdu bħala regola għalija issa” (Eżerċizzi spiritwali, 187). Jistajkun eżerċizzju utli biex naraw ir-realtà bl-għajnejn tal-Mulej u mhux biss b’dawk tagħna; biex ikollna ħarsa mifruxa lejn il-futur, lejn il-qawmien, u mhux biss fuq l-illum li jgħaddi; biex nagħmlu għażliet li jkollhom it-togħma tal-eternità, il-gost tal-imħabba.

 

Qed noħroġ minni nnifsi biex immur ta’ kuljum għand il-Mulej? Għandi sentimenti u ġesti ta’ tjieba għal min hu fil-bżonn? Id-deċiżjonijiet importanti neħodhom quddiem Alla? Inħallu tipprovokana tal-inqas waħda minn dawn it-tliet tħeġġiġiet. Inkunu iżjed f’sintonija max-xewqa ta’ Ġesù fil-Vanġelu tal-lum: li ma jitlef lil ħadd minn dawk li l-Missier tah (ara Ġw 6:39). Qalb il-ħafna ilħna tad-dinja li jtellfuna s-sens ta’ ħajjitna, ejjew nissintonizzaw ruħna mar-rieda ta’ Ġesù, li qam u huwa ħaj: hekk inkunu nagħmlu mill-ġurnata li qed ngħixu llum li żerniq ta’ qawmien.

 

 

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard