 |
MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA
TIEGĦU
FRANĠISKU
GĦAĊ-ĊELEBRAZZJONI
TAL-
LI
JUM DINJI TAL-PAĊI
1
TA’ JANNAR
2018
Immigranti u
rifuġjati: irġiel u
nisa li qed ifittxu
l-paċi
1. Awgurju
ta’ paċi
Paċi lill-bnedmin
kollha u lill-ġnus
kollha tal-art!
Il-paċi, li l-anġli
ħabbru lir-ragħajja
fil-lejl tal-Milied,[1]
hi xewqa profonda
tal-bnedmin kollha u
tal-ġnus kollha, fuq
kollox ta’ dawk li
l-aktar qed ibatu
n-nuqqas tagħha.
Fost dawn, li nġorr
fil-ħsibijiet u
t-talb tiegħi,
nixtieq għal
darb’oħra nfakkar
’il fuq minn 250
miljun immigrant
fid-dinja, li
minnhom 22 miljun u
nofs huma rifuġjati.
Dawn tal-aħħar, kif
afferma
l-predeċessur maħbub
tiegħi Benedittu
XVI, “huma rġiel u
nisa, tfal, żgħażagħ
u anzjani li qed
ifittxu post fejn
jgħixu fil-paċi”.[2]
Biex isibuh, ħafna
minnhom huma
disposti jirriskjaw
ħajjithom fi vjaġġ
li fil-parti l-kbira
tal-każi hu twil u
perikuluż,
jgħaddihom minn
taħbit u tbatijiet,
jaffrontaw barbed
wire u ħitan
imtellgħin biex
iżommuhom imbiegħda
mid-destinazzjoni
tagħhom.
Bi spirtu ta’
ħniena, inħaddnu
magħna lil dawk
kollha li qed
jaħarbu mill-gwerra
u mill-ġuħ jew huma
mġiegħla jħallu
artijiethom minħabba
f’diskriminazzjonijiet,
persekuzzjonijiet,
faqar u taħsir
ambjentali.
Aħna nafu li mhux
biżżejjed li niftħu
qlubna
għat-tbatijiet
tal-oħrajn. Irid
isir wisq aktar
qabel ma ħutna
jistgħu jerġgħu lura
jgħixu fil-paċi
f’dar żgura. Li
nilqgħu lill-oħrajn
jitlob minna impenn
konkret, katina ta’
għajnuniet u ta’
għemejjel ta’
tjieba, attenzjoni
li tishar u tifhem,
it-trattament
responsabbli ta’
sitwazzjonijiet
ġodda kumplessi li,
xi drabi, jiżdiedu
ma’ għadd ta’
problemi oħra li
diġà jeżistu, kif
ukoll tar-riżorsi
dejjem limitati.
Bil-prattika
tal-virtù
tal-prudenza, min
jiggverna jista’
jagħraf jilqa’,
jippromovi,
jipproteġi u
jintegra, waqt li
jistabbilixxi miżuri
prattiċi, u
“jgħinhom isiru
membri ġodda ta’
pajjiżhom fil-limiti
tal-ġid komuni
mifhum sewwa”.[3]
Huma għandhom
responsabbiltà
preċiża lejn
il-komunitajiet
tagħhom, li għandhom
jiżgurawlhom
id-drittijiet ġusti
u l-iżvilupp
armoniku tagħhom,
biex ma jkunux
bħall-bennej iblah
li qies ħażin u ma
rnexxilux iwettaq
sal-aħħar it-torri
li kien beda jibni.[4]
2. Għaliex
tant rifuġjati u
immigranti?
Fid-dawl tal-Ġublew
il-Kbir għall-elfejn
sena tat-tħabbira
tal-paċi tal-anġli
f’Betlehem, San
Ġwanni Pawlu II
inkluda l-għadd
dejjem jikber ta’
nies maħruba fost
il-konsegwenzi ta’
“lista ma tintemm
qatt u orrenda ta’
gwerer, ta’
kunflitti, ta’
ġenoċidji, ta’
‘tindif etniku’”,[5]
li kienu mmarkaw
is-seklu għoxrin.
Dak ġdid sa issa
għadu ma weriex
ħjiel ta’ xi bidla
vera: il-ġlied
bl-armamenti u
l-għamliet l-oħra
ta’ vjolenza
organizzata għadhom
qed iċaqilqu minn
posthom popli sħaħ
fi ħdan l-istess
konfini nazzjonali u
anki lil hemm.
Imma l-persuni
jemigraw anki għal
raġunijiet oħra,
qabelxejn bix-“xewqa
ta’ ħajja aħjar,
imxierka ħafna drabi
mal-fatt li jfittxu
li jħallu warajhom
il-‘qtigħ il-qalb’
ta’ futur li
impossibbli jibnu”.[6]
Jitilqu biex jerġgħu
jingħaqdu
mal-familja tagħhom,
biex isibu
opportunitajiet ta’
xogħol jew ta’
tagħlim: min ma
jistax igawdi minn
dawn id-drittijiet,
mhuwiex qed jgħix
fil-paċi. Iktar minn
hekk, kif sħaqt
fl-Enċiklika
Laudato sì, “hi
traġika ż-żieda ta’
immigranti li
jaħarbu l-faqar
dejjem jikber miġjub
mit-taħsir
ambjentali”.[7]
Il-parti l-kbira
jemigraw minn triq
regolari, waqt li xi
wħud jaqbdu toroq
oħra, fuq kollox
minħabba l-qtigħ ta’
qalb, meta pajjiżhom
ma joffrilhomx
is-sigurtà u lanqas
l-opportunitajiet, u
kull triq legali
tidher ftit li xejn
prattika, imxebilka
jew wisq bil-mod.
F’ħafna pajjiżi ta’
destinazzjoni hi
mifruxa qatigħ
retorika li tesaġera
r-riskji
għas-sigurtà
nazzjonali jew
il-piż
tal-akkoljenza lil
dawk li jkunu
għadhom kemm waslu,
u hekk iżżeblaħ
id-dinjità umana li
kulħadd messu
jagħraf, ladarba
dawn huma wlied
Alla. Kemm hawn min
jonfoħ il-biża’
mill-immigranti,
forsi għal fini
politiċi, minflok ma
jibni l-paċi, jiżra’
l-vjolenza,
id-diskriminazzjoni
razzjali u
l-ksenofobija, li
huma għejun ta’
tħassib kbir għal
dawk kollha li
għandhom għal
qalbhom il-ħarsien
ta’ kull bniedem.[8]
L-elementi kollha li
għandha f’idejha
l-komunità
internazzjonali juru
li l-migrazzjonijiet
globali se jkomplu
jimmarkaw il-futur
tagħna. Xi wħud
iqisuhom theddida.
Imma jien
nistedinkom tħarsu
lejhom b’ħarsa
kollha fiduċja,
bħala opportunità
biex nibnu futur ta’
paċi.
3.
B’ħarsa
kontemplattiva
L-għerf tal-fidi
jagħtina din
il-ħarsa, li kapaċi
tintebaħ li lkoll
nagħmlu “parti minn
familja waħda,
immigranti u popli
lokali li
jilqgħuhom, u lkoll
għandhom l-istess
jedd għall-użu
tal-ġid tal-art, li
d-destinazzjoni
tagħha hi
universali, kif
tgħallem id-duttrina
soċjali tal-Knisja.
Hawn isibu l-bażi
tagħhom
is-solidarjetà u
l-qsim ma’ xulxin”.[9]
Dawn il-kelmiet
jipproponulna
mill-ġdid ix-xbieha
ta’ Ġerusalemm
il-ġdida. Il-ktieb
tal-profeta Isaija
(kap. 60) u mbagħad
dak tal-Apokalissi
(kap. 21) ifissruha
bħala belt
bil-bibien tagħha
dejjem miftuħa, biex
tħalli jidħlu fiha
bnedmin ta’ kull
ġens, li jitgħaxxqu
biha u jimlewha
bl-għana. Il-paċi hi
s-sovran li jmexxiha
u l-ġustizzja
l-prinċipju li
jiggverna
l-konvivenza ġewwa
fiha.
Għandna bżonn li din
il-ħarsa
kontemplattiva
ndawruha wkoll fuq
il-belt li fiha
ngħixu, “ħarsa ta’
fidi li ssib lil dak
Alla li joqgħod
fid-djar tagħha,
fit-toroq tagħha,
fil-pjazez tagħha
[…]
iħeġġiġhom
għas-solidarjetà,
il-fraternità,
ix-xewqa
għat-tajjeb,
għall-verità,
għall-ġustizzja”,[10]
fi kliem ieħor, biex
titwettaq il-wegħda
tal-paċi.
Meta tifli
l-immigranti u
r-rifuġjati, din
il-ħarsa tasal
tiskopri li huma ma
jaslux b’idejhom
vojta: iġibu magħhom
ħażna ta’ kuraġġ,
ħiliet, enerġiji u
aspirazzjonijiet,
barra t-teżori
tal-kulturi ta’ art
twelidhom, u b’dan
il-mod jagħnu
l-ħajja tal-ġnus li
jilqgħuhom. Tagħraf
tilmaħ ukoll
il-kreattività,
il-perseveranza u
l-ispirtu ta’
sagrifiċċju ta’
għadd bla qies ta’
persuni, familji u
komunitajiet li
fil-partijiet kollha
tad-dinja jiftħu
l-bieb u l-qalb
tagħhom
għall-immigranti u
r-rifuġjati, imqar
hemm fejn ir-riżorsi
mhumiex kotrana.
Din il-ħarsa
kontemplattiva,
fl-aħħar nett,
tagħraf tiggwida
d-dixxernimet ta’
min hu responsabbli
mill-ħwejjeġ
pubbliċi, biex
iħabrek b’risq
politika ta’
akkoljenza
sal-massimu tal-“limiti
tal-ġid komuni
mifhum sewwa”,[11]
u hekk iqis
l-esiġenzi
tal-membri kollha
tal-familja waħda
umana u l-ġid ta’
kull wieħed u waħda
minnha.
Min iħalli din
il-ħarsa tmexxih
ikun kapaċi jagħraf
iż-żerriegħa
tal-paċi li diġà
bdiet twarrad u
jieħu ħsieb li din
tikber. Hekk
il-bliet tagħna,
spiss mifruda u
polarizzati minn
kunflitti li
għandhom x’jaqsmu
proprju mal-preżenza
tal-immigranti u
r-rifuġjati, isiru
mkejjen fejn
tissawwar il-paċi.
4. Erba’
punti bażilari ta’
azzjoni
Biex noffru lil dawk
li qed jitolbuna
kenn, rifuġjati,
immigranti u vittmi
ta’ traffikar,
possibbiltà biex
isibu dik il-paċi li
qed ifittxu, dan
jitlob strateġija li
tiġbor flimkien
erba’ azzjonijiet:
nilqgħu, nipproteġu,
nippromovu u
nintegraw.[12]
“Nilqgħu” ifisser
il-bżonn li nwessgħu
l-possibbiltajiet
ta’ dħul legali, li
ma nkeċċux lil min
qed ifittex kenn jew
hu immigrant lejn
postijiet fejn hemm
jistennewhom
persekuzzjonijiet u
vjolenzi, u li
nibbilanċjaw
il-preokkupazzjoni
għas-sigurtà
nazzjonali
mal-ħarsien
tad-drittijiet umani
fundamentali.
L-Iskrittura
tfakkarna: “Tinsewx
tilqgħu
lill-barranin;
minħabba f’hekk xi
wħud laqgħu l-anġli
bla ma kienu jafu”.[13]
“Nipproteġu”
jfakkarna fid-dmir
li nagħrfu u nħarsu
d-dinjità bla
mittiefsa ta’ dawk
li jaħarbu minn
periklu reali
jfittxu l-kenn u
s-sigurtà, li ma
nħallux li jiġu
sfruttati. Qed
naħseb b’mod
partikulari fin-nisa
u t-tfal li jsibu
ruħhom
f’sitwazzjonijiet
fejn jistgħu jkunu
esposti iżjed
għar-riskji u
għall-abbużi li
jaslu saħansitra
biex ijassruhom.
Alla ma
jiddiskriminax:
“Il-Mulej li jħares
lill-barranin; hu li
jżomm lill-iltim u
lill-armla”.[14]
“Nippromovu”
jfakkarna fl-appoġġ
li rridu nagħtu
lill-iżvilupp uman
sħiħ tal-immigranti
u r-rifuġjati. Fost
il-ħafna għodod li
jistgħu jgħinuna
f’din il-ħidma,
nixtieq nisħaq fuq
l-importanza li
niżguraw lit-tfal u
ż-żgħażagħ l-aċċess
għal-livelli kollha
tal-edukazzjoni:
b’dan il-mod huma
mhux biss ikunu
jistgħu jikkultivaw
u jagħmlu l-frott
mill-ħiliet tagħhom,
imma jkunu jistgħu
iktar joħorġu
jiltaqgħu
mal-oħrajn, imrawma
fi spirtu ta’
djalogu u mhux ta’
għeluq u ta’
kunflitt. Il-Bibbja
tgħallem li Alla
“jħobb il-barrani u
jagħtih ħobż u
lbies”; imbagħad
issejjaħ: “Ħobbu
l-barrani, għax
intom barranin kontu
fl-art tal-Eġittu”.[15]
“Nintegraw”,
fl-aħħar nett,
ifisser li nħallu
lir-rifuġjati u
l-immigranti jieħdu
sehem sħiħ fil-ħajja
tas-soċjetà li
tilqagħhom,
f’dinamika li fiha
jistagħna kulħadd u
jkun hemm
kollaborazzjoni
għammiela
fil-promozzjoni
tal-iżvilupp uman
sħiħ
tal-komunitajiet
lokali. Kif jikteb
San Pawl: “Għalhekk
ma għadkomx aktar
barranin u
frustieri, imma
intom ċittadini
flimkien
mal-qaddisin u nies
tad-dar ta’ Alla”.[16]
5. Proposta
għal żewġ Patti
internazzjonali
Nawgura mill-qalb li
jkun dan l-ispirtu
li janima l-proċess
li matul l-2018
iwassal
għad-definizzjoni u
l-approvazzjoni
min-naħa tal-Ġnus
Magħquda ta’ żewġ
pattijiet globali,
wieħed
għall-migrazzjonijiet
żguri, ordnati u
regolari, l-ieħor
dwar ir-rifuġjati.
Bħala ftehim maqbul
fuq livell globali,
dawn il-pattijiet se
jirrappreżentaw
qafas ta’ riferiment
għal proposti
politiċi u miżuri
prattiċi. Għalhekk
hu importanti li
jkunu mnebbħa
mill-ħniena, viżjoni
fit-tul u kuraġġ,
hekk li jilqgħu kull
okkażjoni biex
imexxu ’l quddiem
il-bini tal-paċi:
hekk biss
ir-realiżmu meħtieġ
tal-politika
internazzjonali ma
jbaxxix rasu
għaċ-ċiniżmu u
għall-globalizzazzjoni
tal-indifferenza.
Fil-fatt, id-djalogu
u l-kordinament huma
ħtieġa u dmir
proprju tal-komunità
internazzjonali. ’Il
barra mill-konfini
nazzjonali, ikun
possibbli wkoll li
pajjiżi inqas
sinjuri jilqgħu
għadd ikbar ta’
rifuġjati, jew
jilqgħuhom aħjar,
jekk il-koperazzjoni
internazzjonali
tiżguralhom
id-disponibbiltà
tal-fondi meħtieġa.
It-Taqsima
Immigranti u
Rifuġjati
tad-Dikasteru
għas-Servizz
tal-Iżvilupp Uman
Sħiħ issuġġeriet 20
punt ta’ azzjoni[17]
bħala toroq konkreti
għat-twettiq ta’
dawn l-erba’ verbi
fil-politika
pubblika, kif ukoll
fl-imġiba u
fl-azzjoni
tal-komunitajiet
Insara. Dawn u
kontributi oħra
jridu jesprimu
l-interess li
għandha l-Knisja
Kattolika
fil-proċess li
jwassal
għall-addottar
tal-imsemmija
pattijiet globali
tal-Ġnus Magħquda.
Dan l-interess
jikkonferma għożża
pastorali iżjed
ġenerali li nibtet
mal-Knisja u ssoktat
f’għadd ta’ opri sa
żmienna.
6. Għad-dar
komuni tagħna
Inebbħuna l-kelmiet
ta’ San Ġwanni Pawlu
II: “Jekk il-‘ħolma’
ta’ dinja fil-paċi
tkun maqsuma bejn
ħafna, jekk nagħtu
valur lill-kontribut
tal-immigranti u
r-rifuġjati,
l-umanità tisa’ ssir
dejjem iżjed familja
ta’ kulħadd u artna
‘dar komuni’
tassew”.[18]
Ħafna fl-istorja
emmnu f’din
il-“ħolma”, u dak li
wettqu hu xhieda li
m’aħniex nitkellmu
dwar utopja li ma
tistax isseħħ.
Fost dawn ta’ min
isemmi lil Santa
Franġiska Saverja
Cabrini, li fl-2017
jaħbat iċ-ċentinarju
tat-twelid tagħha
għas-Sema. Illum, 13
ta’ Novembru, ħafna
komunitajiet
ekkleżjali
jiċċelebraw
it-tifkira tagħha.
Din il-mara ċkejkna
imma kbira, li
kkonsagrat ħajjitha
għall-qadi
tal-immigranti, biex
imbagħad saret
il-Patruna tagħhom
mis-Sema, għallmitna
kif nistgħu nilqgħu,
nipproteġu,
nippromovu u
nintegraw lil dawn
ħutna.
Għall-interċessjoni
tagħha, ħa jagħti
l-Mulej lilna lkoll
li nduqu kif “dawk
li jfittxu s-sliem
jiżirgħu fis-sliem u
jkollhom il-frott
tal-ġustizzja”.[19]
Mill-Vatikan,
13
ta’ Novembru
2017
Tifkira ta’ Santa
Franġiska Saverja
Cabrini,
Patruna
tal-immigranti
Franġisku
miġjub mit-Taljan
għall-Malti minn
Francesco Pio Attard
[2]
Angelus,
15
ta’ Jannar
2012.
[3]
Ġwanni
XXIII,
Ittra
enċiklika
Pacem in
terris,
87.
[5]
Messaġġ
għall-Jum
Dinji
tal-Paċi
2000,
3.
[6]
Benedittu
XVI, Messaġġ
għall-Jum
Dinji
tal-Immigrant
u
tar-Rifuġjat
2013.
[8]
Ara
Diskors
lid-Diretturi
nazzjonali
tal-pastorali
għall-immigranti
parteċipanti
fil-Laqgħa
promossa
mill-Kunsill
tal-Konferenzi
Episkopali
tal-Ewropa
(CCEE),
22.09.2017.
[9]
Benedittu
XVI, Messaġġ
għall-Jum
Dinji
tal-Immigrant
u
tar-Rifuġjat
2011.
[10]
Eżortazzjoni
appostolika Evangelii
gaudium,
71.
[11]
Ġwanni
XXIII,
Ittra
enċiklika Pacem
in terris, 87.
[12]
Messaġġ
għall-Jum
Dinji
tal-Immigrant
u
tar-Rifuġjat
2018,
15
ta’ Awwissu
2017.
[17]
“20
Punt ta’
Azzjoni
Pastorali”
u
“20 Punt
ta’ Azzjoni
għall-Pattijiet
Globali”
(2017);
ara wkoll
Dokument
ONU
A/72/528.
[18]
Messaġġ
għall-Jum
Dinji
tal-Immigrant
u
tar-Rifuġjat
2004,
6.
|