
Jekk membru jbati,
ibatu wkoll (il-membri)
l-oħra miegħu. (1 Kor,
12,26).
Bil-mistħija u s-sogħba,
bħala komunità ekkleżjali,
nammettu li ma
għarafniex
fejn kellna nkunu, li ma ħadniex
azzjoni fil-ħin
għax m’għarafniex
id-daqs
u l-gravità tal-ħsara li kienet
qed issir lil tant ħajjiet.
Ittraskurajna u
abbandunajna liż-żgħar.
Il-klerikaliżmu
jiġġenera qasma fil-ġisem
ekkleżjali li taqla’ l-għawġ u
tgħin biex ħafna mill-ħażen li
qed nikkundannaw illum, jibqa’
jsir. Li ngħidu le għall-abbuż
ifisser li ngħidu le bil-forza
għal kull għamla ta’
klerikaliżmu.
20 ta' Awwissu
2018
|
ITTRA TAL-QDUSIJA TIEGĦU
FRANĠISKU
LILL-POPLU T’ALLA
“Jekk membru jbati, ibatu wkoll
(il-membri)
l-oħra miegħu” (1 Kor,
12,26). Dan il-kliem ta’ San
Pawl jidwu bil-qawwa f’qalbi
xħin għal darb’oħra nara t-tbatija
li għexu bosta minuri minħabba
l-abbużi sesswali, tal-poter u
tal-kuxjenza mwettqin minn għadd
imdaqqas ta’ kjeriċi u persuni
konsagrati. Krimini li jqanqlu
ġrieħi fondi ta’ niket u
impotenza, qabel xejn fost
il-vittmi, iżda wkoll fost
il-familjari tagħhom u
fil-komunità kollha kemm hi,
kemm jekk jemmnu wkoll jekk le.
Meta nħarsu lejn il-passat
qatt mhu se jkun biżżejjed dak
li nagħmlu biex nitolbu maħfra u
nfittxu nsewwu l-ħsara li saret.
Meta nħarsu lejn il-futur, qatt
mhu se jkun ftit dak kollu li
nagħmlu biex nagħtu l-ħajja
lill-kultura li jkollha ħila
tevita li mhux biss
sitwazzjonijiet bħal dawn ma
jerġgħux jirrepetu ruħhom imma
li ma jkunx hemm lok li jinsatru
u jibqgħu jsiru xorta waħda.
It-tbatija tal-vittmi u
tal-familjari tagħhom hi wkoll
it-tbatija tagħna, għaldaqstant
huwa urġenti li ntennu għal
darb’oħra l-impenn tagħna biex
niggarantixxu l-protezzjoni
tal-minuri u tal-adulti
vulnerabbli.
1. Jekk membru jbati
Dawn l-aħħar jiem ġie pubblikat
rapport li fih hemm deskrizzjoni
tal-esperjenza ta’ mill-anqas
elf persuna li sfaw vittmi ta’
abbużi sesswali,
tal-poter
u tal-kuxjenza minn saċerdoti,
fuq firxa ta’ madwar sittin sena.
Minkejja li nistgħu ngħidu li
fil-biċċa l-kbira tagħhom dawn
huma każi li saru fil-passat,
madankollu, mal-medda taż-żmien
sirna konxji mit-tbatija ta’
bosta minn dawn il-vittmi u qed
nindunaw sew li l-ġrieħi ma
jgħibu qatt u jobbligawna
nikkundannaw bil-qawwa
kollha
dawn l-atroċitajiet, kif ukoll
li nikkonċentraw l-isforzi
tagħna biex neqirdu minn
għeruqha din il-kultura tal-mewt;
il-ġrieħi “qatt m’għandhom ikunu
preskritti”. In-niket ta’ dawn
il-vittmi huwa karba li titla’
lejn is-sema, li tmiss l-ispirtu
u li għal ħafna żmien sfat
injorata, moħbija jew imsikkta.
Iżda l-għajta tagħha kienet
aktar qawwija minn kull miżura
li
ttieħdet
bl-għan li tissikket, jew
inkella, bl-iskuża li (s-sitwazzjoni)
tkun solvuta b’deċiżjonijiet li
kabbru l-gravità għax saru
kompliċi. Għajta li l-Mulej
semgħaha biex jurina, għal
darb’oħra,
fuq
liema naħa jrid ikun. Il-kantiku
ta’ Marija ma jiżbaljax u, bħala
sfond, għadu jirfed l-istorja
għax il-Mulej jiftakar il-wegħda
li għamel lill-missirijietna:
“Xerred lil dawk li huma mkabbra
f’qalbhom; niżżel lis-setgħana
minn fuq it-tron
tagħhom, għolla liċ-ċkejknin;
mela b’kull ġid lil min hu
bil-ġuħ u l-għonja bagħthom ‘il
barra b’xejn” (Lq
1.51-53). u nħossu mistħija meta
nindunaw
li l-istil tal-ħajja tagħna
giddeb u jgiddeb dak li ngħidu
b’fommna.
Bil-mistħija u s-sogħba, bħala
komunità ekkleżjali, nammettu li
ma
għarafniex
fejn kellna nkunu, li ma ħadniex
azzjoni fil-ħin
għax m’għarafniex id-daqs
u l-gravità tal-ħsara li kienet
qed issir lil tant ħajjiet.
Ittraskurajna u abbandunajna
liż-żgħar. Nagħmel tiegħi kliem
il-Kardinal Ratzinger meta fil-Via
Sagra li kiteb għall-Ġimgħa l-Kbira
tal-2005,
ingħaqad
mal-karba tat-tbatija ta’ tant
vittmi u bil-forza qal: “Kemm
hemm ħmieġ fil-Knisja, u
propju
fost dawk li, fis-saċerdozju,
għadnhom
ikunu kollhom kemm huma tiegħU!
Kemm suppervja, kemm
awtosuffiċjenza! (….) It-tradiment
tad-dixxipli,
it-tqarbin
indenn
b’Ġismu
u
b’Demmu
huma żgur l-akbar niket
għar-Redentur, dak li jinfidlu
qalbu. Ma jibqgħalna xejn aktar
ħlief li mill-qiegħ ta’ qalbna
nduru lejh bl-għajta: Kyrie
eleison – Mulej eħlisna (cfr
Mt 8,25)” (Id-disa’
stazzjon).
2. ll-membri
kollha jbatu flimkien
Id-daqs u l-kobor
tal-avvenimenti jesiġu li
nitgħabbew b’dal-fatt b’mod
globali u komunitarju. Minkejja
li huwa importanti u meħtieġ
f’kull mixja ta’ konverżjoni, li
wieħed isir konxju ta’ dak li
ġara, dan waħdu mhux biżżejjed.
Illum, bħala Poplu t’Alla,
għandna talba
biex
nieħdu fuq spallejna t-tbatija
ta’ ħutna miġrugħin fil-ġisem u
fl-ispirtu. Jekk fil-passat in-negliġenza
setgħet tkun xi għamla ta’
tweġiba, illum irridu li s-solidarjetà,
mifhuma fit-tifsira l-aktar
profonda u esiġenti tagħha,
issir il-mod ta’ kif infasslu l-istorja
preżenti u tal-futur, f’qafas
fejn il-kunflitti, it-tensjonijiet
u speċjalment il-vittmi ta’ kull
għamla
ta’ abbuż ikunu jistgħu jsibu id
maħruġa li tipproteġihom u li
tirahanhom mit-tbatija tagħhom (cfr
Eżort. App. Il-Ferħ
tal-Vanġelu, 228). Din is-solidarjetà,
min-naħa tagħha, titlob minna li
niddenunzjaw dak li jista
jqiegħed fil-periklu l-integrita
ta’ kull persuna hi min hi.
Solidarjetà li tipprotesta
bil-qawwa kontra kull
għamla
ta’ korruzzjoni, speċjalment dik
spiritwali, “għax dik hi għama
komdu u awtosuffiċjenti fejn fl-aħħar
mill-aħħar kollox jidher leċitu:
l-ingann, il-kalunja, l-egoiżmu
u tant għamliet sottili ta’
awtoreferenzjalità, għax “Satana
stess jinbidel f’anġlu tad-dawl”
(2 Kor 11,14) (Eżort.
App. Ifirħu u thennew,
165). L-appell ta’ San Pawl li
nsofru ma’ min isofri hu l-aħjar
mediċina
kontra
l-inklinazzjoni
li bejinietna nkomplu nkattru
kliem Kajjin: “Jaqaw jien
għassies ta’ ħija?” (Ġen
4,9).
Jien naf u nagħraf l-isforz u l-ħidma
li qed issir f’diversi nħawi
tad-dinja biex ikunu garantiti u
jsiru l-medjazzjonijiet meħtieġa,
li jagħtu s-sigurtà u
jħarsu
l-integrità tat-tfal u
tal-adulti vulnerabbli, kif
ukoll it-tixrid tat-”tollernza
zero” u tal-mod kif qed jingħata
kont minn kull min iwettaq jew
jgħatti dawn id-delitti.
Domna ma daħħalna fis-seħħ dawn
l-azzjonijiet u s-sanzjonijiet
tant meħtieġa, imma għandi
fiduċja li dawn jgħinu biex tkun
garantita kultura akbar ta’
protezzjoni
fil-preżent u għall-futur.
Flimkien ma’ dawn l-isforzi, hu
meħtieġ li kull imgħammed iħoss
li hu parti minn
dit-trasformazzjoni ekkleżjali u
soċjali li lkoll tant għandna
bżonnha. Dit-trasformazzjoni
tesiġi konverżjoni personali u
komunitarja u twassalna biex
inħarsu lejn l-istess direzzjoni
li
lejha
jħares il-Mulej. Hekk kien
iħobb jgħid San Ġwanni Pawlu II:
“Jekk
inkunu bdejna tassew mill-ġdid
mill-kontemplazzjoni ta’ Kristu,
jeħtieġ narawh l-aktar fl-uċuh
ta’ dawk li fihom ried jara lilu
nnifsu (Ittra App.
Novo millennio ineunte,
49). Nitgħallmu
nħarsu
fejn iħares il-Mulej, noqgħodu
fejn iridna l-Mulej, u
nikkovertu qlubna fil-preżenza
tiegħu. Għal dan il-għan ikunu
ta’ għajnuna t-talb u l-penitenza.
Nistieden lill-Poplu qaddis
fidil lejn Alla biex iħaddem l-eżerċizzju
tal-penitenza, tat-talb u
tas-sawm skont l-amar
tal-Mulej, (1) li jqajjem
mill-ġdid
il-kuxjenza tagħna, is-solidarjetà
tagħna u l-impenn tagħna
għall-kultura ta’ protezzjoni u
ta’ “qatt aktar”
għal
kull tip u għamla ta’ abbuż.
Impossibbli nimmaġinaw
konverżjoni tal-imġieba
ekkleżjali
mingħajr
il-parteċipazzjoni attiva ta’
kull min jifforma parti mill-Poplu
t’Alla. Aktar minn hekk: kull
darba li ppruvajna ninkorporaw,
insikktu, ninjoraw, nirriduċu l-Poplu
t’Alla fi ċrieki żgħar ta’
élites, bnejna komunitajiet,
programmi, għażliet teoloġiċi,
spiritwalità u strutturi
mingħajr għeruq, mingħajr
memorja, mingħajr wiċċ, mingħajr
ġisem, kollox ma’ kollox
mingħajr ħajja (2). Dan jidher
ċar fil-mod anomalu li bih qed
ninterpretaw l-awtorità
fil-Knisja – komuni ħafna
f’bosta komunitajiet li fihom
seħħew imġibiet ta’ abbuż
sesswali,
tal-poter
u tal-kuxjenza – bħalma hu l-klerikaliżmu,
dak l-atteġġjament li “mhux biss
jannulla l-personalità
tal-insara, iżda għandu wkoll
it-tendenza li jnaqqas u ma
jagħtix il-valur sħiħ tagħha
lill-grazzja tal-Magħmudija li
l-Ispirtu
s-Santu nissel fil-qlub ta’
niesna” (3). Il-klerikaliżmu,
kemm jekk approvat mis-saċerdoti
nfushom jew mil-lajċi, jiġġenera
qasma fil-ġisem ekkleżjali li
taqla’ l-għawġ u tgħin biex
ħafna mill-ħażen li qed
nikkundannaw illum, jibqa’ jsir.
Li ngħidu le għall-abbuż ifisser
li ngħidu le bil-forza għal kull
għamla ta’ klerikaliżmu.
Dejjem tajjeb niftakru li l-Mulej,
“fl-istorja tas-salvazzjoni,
feda poplu. Ma teżistix
identità sħiħa mingħajr
appartenenza għal poplu.
Għalhekk, ħadd ma jsalva waħdu,
bħala individwu iżolat, imma
Alla jiġbidna lejh
waqt
li jżomm f’moħħu n-nisġa
kumplessa ta’ relazzjonijiet
inter-personali li jinħolqu
fil-komunità tal-bnedmin: Alla
ried jidħol f’dinamika popolari,
fid-dinamika ta’ poplu”
(Eżort. App. Ifirħu u Thennew,
6). Għaldaqstant, l-uniku mod
li bih nistgħu nwieġbu għal
dal-ħażen li ħataf tant ħajjiet
hu, li ngħejxuh bħala dmir li
jorbotna u li jolqotna lkoll
bħala Poplu t’Alla. Dan hu
l-għarfien li nħossuna parti
minn poplu u minn storja komuni
li se ttina l-opportunità li
nagħrfu dnubietna u l-iżbalji
tal-imgħoddi bi ftuħ
penitenzjali bil-ħila li nħalluh
iġeddidna minn ġewwa. Dak kollu
li jsir biex inqaċċtu minn
għeruqha l-kultura tal-abbuż
mill-komunitajiet tagħna nieqes
mill-parteċipazzjoni attiva
tal-membri kollha tal-Knisja ma
jirnexxilux jiġġenera d-dinamiċi
meħtieġa għat-trasformazzjoni
sana u effettiva. Id-dimensjoni
penitenzjali tas-sawm u t-talb,
bħala Poplu t’Alla, tgħinna biex
noqgħodu quddiem il-Mulej u
quddiem ħutna miġrugħin, bħala
midinbin li nitolbu l-maħfra u
l-grazzja tal-mistħija u
tal-konverżjoni, biex b’hekk
niżviluppaw azzjonijiet li
jipproduċu dinamiżmi bi qbil
mal-Evanġelju. Għax
kull darba
li nfittxu li nerġgħu lura
għall-għajn biex insibu
mill-ġdid il-freskezza oriġinali
tal-Evanġelju, jitfaċċaw toroq u
metodi kreattivi ġodda, xejriet
oħra ta’ espressjoni, sinjali
iżjed elokwenti, kliem mimli
b’tifsira mġedda għad-dinja
tal-lum (Eżort. App. Il-ferħ
tal-Vanġelu, 11).
Huwa essenzjali li bħala Knisja
għandna nagħrfu u nikkundannaw
b’niket u mistħija
l-atroċiatajiet imwettqin minn
persuni konsagrati, kjeriċi u
wkoll minn dawk kollha li
kellhom il-missjoni li jgħassu u
jħarsu lill-aktar vulnerabbli.
Nitolbu maħfra għad-dnubiet
tagħna u tal-oħrajn. Li nkunu
konxji mid-dnub jgħinna nagħrfu
l-iżbalji, id-delitti u l-feriti
mwettqin fl-imgħoddi u
jippermettielna ninfetħu u
nimpenjaw ruħna aktar fil-mixja
preżenti ta’ konverżjoni mġedda.
Fl-istess waqt, il-penitenza u
t-talb jgħinuna nissensibiliżżaw
għajnejna u qalbna quddiem
it-tbatijiet tal-oħrajn u
ngħelbu l-kilba ta’ dominju u
pussess li tant drabi jsiru
l-għerq ta’ dan il-ħażen. Jalla
s-sawm u t-talb jiftħulna
widnejna għall-uġiħ silenzjuż
tat-tfal, taż-żgħażagħ u
tad-diżabbli. Sawm li
jqabbdilna l-ġuħ u l-għatx
tal-ġustizzja u jimbuttana biex
nimxu fil-verità billi nagħtu
appoġġ lil kull medjazzjoni
ġudizzjarja meħteġa. Sawm li
jċaqlaqna u jwassalna biex
nimpenjaw ruħna fil-verità u
fil-karità flimkien mal-bnedmin
kollha ta’ rieda tajba u
flimkien mas-soċjetà ġenerali
biex niġġieldu kull għamla ta’
abbuż sesswali, tal-poter u
tal-kuxjenza.
B’hekk inkunu nistgħu nberrħu
l-vokazzjoni li konna msejħin
għaliha li nkunu “sinjal u
strument tar-rabta intima ma’
Alla u tal-għaqda bejn il-ġeneru
uman kollu (Konċilju Ekumeniku
Vatikan II, Lumen Ġentium,
1).
“Jekk membru jbati, ibatu
l-oħrajn flimkien miegħu”, kien
qalilna San Pawl. Permezz ta’
atteġġament ta’ talb u ta’
penitenza inkunu nistgħu nidħlu
f’armonija personali u
komunitarja ma’ din
l-eżortazzjoni, sabiex fostna
jitkattru d-doni
tal-kumpassjoni, tal-ġustizzja,
tal-prevenzjoni u tat-tiswija.
Marija għarfet tibqa’ f’riġlejn
is-salib ta’ Binha. M’għamlitx
hekk kif ġie ġie, imma kienet
hemm b’mod deċiż, bilwieqfa u
hdejh. B’dil-pożizzjoni
tesprimi l-mod kif kienet tkun
fil-ħajja. Meta nħossu n-niket
kbir li jqanqlu fina dawn
il-pjagi ekkleżjali, jagħmlilna
tajjeb li flimkien ma’ Marija
“ninsistu aktar fit-talb” (cfr
S. Injazju ta’ Loyola,
Eżerċizzi Spiritwali, 319),
u nagħmlu ħilitna biex nikbru
fl-imħabba u fil-fedeltà lejn
il-Knisja. Hi, l-ewwel
dixxiplu, tgħallem lilna lkoll
dixxipli kif għandna nġibu ruħna
quddiem is-soffernza
tal-innoċenti, mingħajr ħarba u
bla ma nkunu beżżiegħa. Li
nħarsu lejn Marija jfisser li
nitgħallmu niskopru fejn għandu
jkun u kif għandu jġib ruħu
d-dixxiplu ta’ Kristu.
Jalla l-Ispirtu s-Santu jtina
l-grazzja tal-konverżjoni u
d-dilka interjuri biex quddiem
dawn il-krimini tal-abbuż,
inkunu nistgħu nesprimu s-sogħba
tagħna u r-rieda soda tagħna li
nitqabdu bil-kuraġġ.
Il-Vatikan, 20 ta’ Awwissu, 2018
Franġisku
Miġjuba mit-Taljan għall-Malti
minn Joe Huber
|