VJAĠĠ APPOSTOLIKU TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU

FIL-BULGARIJA U L-MAĊEDONJA TAT-TRAMUNTANA
[5-7 ta’ MEJJU, 2019]

 

Kamp tar-rifuġjati “Vrazhdebna” (Sofja)
It-Tnejn, 6 ta’ Mejju, 2019

KLIEM IL-QDUSIJA TIEGĦU

 

Grazzi ħafna tal-akkoljenza tagħkom.  Grazzi lit-tfal għall-kant sabiħ tagħhom.  Huma jnisslu l-ferh fil-mixja tagħkom.  Mixjitkom mhux dejjem sabiħa, minbarra n-niket li ħallejtu l-patrija biex tfittxu li ssiru parti minn oħra...... dejjem hemm it-tama.... Illum id-dinja tal-migranti u r-rifuġjati hi ftit jew wisq salib, is-salib tal-umanità, is-salib li qed iġorru bosta nies... Nirringrazzja lilkom, lir-rieda tajba tagħkom u nawgura l-aħjar lilkom u lill-konċittadini tagħkom li ħallejtu fil-patrija tagħkom.  Alla jberikkom u itolbu għalija.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber