Qabel intemmu din iċ-ċelebrazzjoni nixtieq insellem lill-pellegrini kollha, speċjalment lilko, għeżież familji, li ġejtu minn ħafna pajjjiżi. Grazzi minn qalbi!

Insellem kordjalment ukoll lill-Isqfijiet u lill-insara ta’ Guinea Equitorjali, li ġew hawn fl-okkażjoni tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim mas-Santa Sede.  Jalla l-Verġni Immakulata tħares il-poplu maħbub tagħkom u twassalkom biex timxu ‘l quddiem fit-triq tal-ftehim u tal-ġustizzja.

Issa nitolbu flimkien l-Angelus.  B’din it-talba insejjħu l-ħarsien ta’ Marija fuq il-familji ta’ dinja kollha, b’mod speċjali fuq dawk li għaddejjin minn diffikultajiet kbar.  Marija, Sultana tal-familja, itlob għalina! Ngħidu flimkien: Marija, Sultana tal-familja, itlob għalina! Marija, Sultana tal-familja, itlob għalina! Marija, Sultana tal-familja, itlob għalina!

Angelus Domini

Grazzi ħafna tal-festa tal-bieraħ u għall-quddiesa ta’ dalgħodu.  Il-Mulej iberikkom. Nixtieqilkom il-Ħadd it-tajjeb u l-ikla t-tajba. Insellmilkom!

 

Miġjub għall-Malti minn Fr Jonathan Farrugia