Qabel intmmu din iċ-ċelebrazzjoni nixtieq insellem lill-pellegrini kollha, lill-familji, lill-gruppi parrokkjali, lill-għaqdiet u l-movimenti li ġew min ħafna Pajjiżi.  Insellem lil dawk li qed jieħdu sehem fil-Kungress nazzjonali tal-Misericordia; insellem lill-komunitŕ Ukraina li qed tfakkar it-tmenin anniversarju tal-Holodomor, il-ġuħ kbir ikkawżat mir-reġim sovjetiku u wassal għal miljuni ta’ vittmi.

F’dan il-jum naħsbu b’radd il-ħajr għall-missjunarji li, tul ħafna sekli, ħabbru l-vanġelu u xerrdu ż-żerriegħa tal-fidi f’ħafna partijiet tad-dinja; fost dawn hemm il-Beatu Junípero Serra, missjunarju Spanjol Franġiskan, li din is-sena taħbat it-tielet ċentinarju minn twelidu.

Ma rridx nagħlaq mingħajr ma naħseb f’dawk kollha li ħadmu biex timxi ‘l quddiem is-sena tal-fidi. Nirringrazzja ħafna lill-Mons. Rino Fisichella li mexxa din il-mixja , lilu u lil dawk kollha li ħadmu miegħu, grazzi ħafna minn qalbi!

Issa ejjew nitolu flimkien l-Angelus.  B’din it-talba insejjħu l-ħarsien ta’ Marija, speċjalmen fuq dawk ħutna li huma ppersegwitati minħabba l-fidi tagħhom, u huma ħafna!

Angelus Domini

Nirringrazzjakom tal-perżenza tagħkom għal din iċ-ċelebrazzjoni.  Nixtieqilkom il-Ħadd it-tajjeb u l-ikla t-tajba

                                                                         

Miġjub għall-Malti minn Fr Jonathan Farrugia.