Għeżież ħuti,

fil-Vanġelu tal-lum Ġesù jirrakkonta parabbola fuq il-bżonn li nitolbu dejjem, bla ma ngħejjew.  Il-persunaġġ ewlieni hija armla li, grazzi għall-fatt li kienet dejjem titlob minn wieħed imħallef diżonest li jagħmel ħaqq magħha, jirnexxielha tieħu dak li riedet.  U Ġesù jtemm billi jgħid illi jekk l-armla rnexxielha tieħu li riedet mingħand dak l-imħallef, temmnu li Alla mhux se jismagħna, jekk nitolbuh b’insistenza? Kliem Ġesù huwa qawwi ħafna: “Alla, lill-magħżulin tiegħu li jgħajjtulu lejl u nhar, sejjer ma jagħmlilhomx ħaqq?” (Lq 18,7).

“Jgħajjtu lejl u nhar” lil Alla! Kemm tolqotna din ix-xbiha tat-talb.  Imma ejjew nistaqsu lilna nfusna: għala jrid dan Alla? Ma jafx hu diġà aħna x’neħtieġu? Għaliex hemm bżonn “ninsistu” ma’ Alla?

Din hija mistoqsija tajba, li twassalna biex nidħlu ftit aktar fil-fond fuq punt importanti ħafna tal-fidi: Alla jistedinna biex nitobuh b’insistenza mhux għax hu ma jafx x’għandna bżonn, jew għax hu ma jismagħniex.  Għall-kuntrarju, Hu dejjem jisma’ u jaf kollox dwarna, u dan jafu b’imħabba.  Fil-mixja tagħna ta’ kuljum, b’mod speċjali waqt id-diffikultajiet, fit-taqbida tagħna kontra ll-ħażen li hemm fina u madwarna, il-Mulej qatt ma hu mbiegħed minna, anzi dejjem jinsab ħdejna; aħna nitqabdu dejjem bih maġenbna, u l-arma tagħna huwa t-talb, li jgħinna nħossu l-preżenza tiegħu qribna, inħossu l-ħniena tiegħu u anke l-għajnuna tiegħu.  Imma l-ġlieda kontra l-ħażiin hija iebsa u twila, u teħtieġ ħafna paċenzja u reżistenza – bħal Mosè li kellu jżomm dirgħajh mgħollija biex iwassal ir-rebħa lill-poplu tiegħu (cfr Eż 17, 8-13).  Hekk naraw li hemm taqbida li rridu nagħmlu ta’ kuljum; imma Alla hu fuq in-naħa tagħna, il-fidi fih hija l-qawwa tagħna, u t-talb huwa l-mod kif nuru din il-fidi.  Għalhekk Ġesù jassigurata li r-rebħa hija tagħna, imma fl-aħħar jistaqsi: “Imma taħsbu intom li Bin il-bniedem se jsib il-fidi fuq l-art meta jiġi?” (Lq 18, 8).  Jekk jintefa’ l-musbieħ tal-fidi, miegħu jintefa’ dak tat-talb, u aħna nsibu ruħna mexjin fid-dlam, u nintilfu fil-mixja tal-ħajja.

Ejjem mela niltgħallmu mill-armla tal-Vanġelu u nitolbu dejjem, bla ma ngħejjew.  Kien arma brava din! Kienet taf kif għandha tiġġieled għal uliedha!  U qiegħed naħseb f’ħafna niesa li jiġġieldu għall-familji tagħhom, li jitolbu, li ma jgħejjew qatt.  Ejjew tifrakru lkoll illum f’dawn in-nisa li bl-imġieba tagħhom jagħtuna xhieda vera tal-fidi, ta’ kuraġġ, u jtuna mudell tat-talb. Niftakru fihom!  Nitolbu dejjem, imma mhux biex indawwru lil Alla fuq in-naħa tagħna bil-kliem biss!  Hu jaf aktar minna aħna x’għandna bżonn!  Aktar minn hekk il-perseveranza fit-talb hija mod kif nuru l-fidi tagħna f’Alla li jsejjħilna biex niġġieldu id f’id miegħu, kull jum, kull ħin, biex nirbħu l-ħażin bit-tajjeb.


Wara l-Angelus il-Papa wassal dan il-messaġġ

Għeżież ħuti!

Illum jaħbat il-Jum Dinji tal-Missijoni.  Liema hi l-missjoni tal-Knisja?  Hija li xxerred fid-dinja l-fjamma tal-fidi, il-fjamma li Ġesù xegħel: il-fidi li Alla hu Missier, Imħabba, Ħniena.  Il-missjoni nisranija mhix il-proselitiżmu (dik li twassal in-nies jinteressaw ruħhom fil-fidi u jieqfu hemm), imma hi li taqsam mal-oħrajn din il-fjamma li ssaħħan ir-ruħ.  Nirringrazzja lil dawk kollha li bit-talb u b’għajnuna konkreta jgħinu l-ħidma missjunarja, b’mod partikulari s-sjeħa tal-Isqof ta’ Ruma għat-tixrid tal-Evanġelju.  F’dan il-Jum inkunu qrib tal-missjunarji kollha irġiel u nisa, li jaħdmu ħafna bla ma jagħmlu ħoss, u li għal dan il-għan jagħtu ħajjithom.  Bħat-Taljana Afra Martinell, li ħadmet għal ħafna snin fin-Niġerja: xi ġranet ilu ġiet maqtula biex jisirqulha li kellha; kulħadd bkiha, sew Insara kif ukoll Musulmani.  Hu xandret il-Vanġelu b’ħajjitha u bil-ħidma tagħha biex jitwaqqaf ċentru ta’ tagħlim; b’dan il-mod hi xerrdet il-fjamma tal-fidi, u tqabdet it-taqbida t-tajba!  Ejjew naħsbu f’din oħtna, u nsellmulha b’ċapċipa lkoll flimkien!

Jinsab fi ħsiebi wkoll Stefano Sándor, li lbieraħ ġie pprokalamt Beatu f’Budapest.  Kien sależjan lajk, eżemplari fis-servizz maż-żgħażagħ, fl-oratorju u fit-tagħlim.  Meta r-reġim komunista’ għalaq iċ-ċentri kattoliċi kollha, hu bla biża ħadha kontra dawn il-persekuzzjonijiet u ġie maqtul meta kellu 39 sena.  Ejjew ningħaqdu fir-radd il-ħajr flimkien mal-Familja Sależjana u mal-Knisja li hi fl-Ungerija.

Nixtieq nuri l-viċinanza tiegħu mal-popli tl-Filippini, li kienu milquta minn terremot qawwi,  nistedinkom biex titolbu għal dak il-ġens għażiż li dan l-aħħar sofra ħafna diżgrazzji.

Insellem bil-qalb lill-pellegrini kollha li hawn preżenti, nibda billi nsemmi liż-żgħażagħ li taw ħajja lill-manifestazzjoni “10 metri di corsa e di fede”, imnedija mill-Kunsill Pontifiċju tal-Kultura.  Grazzi, għax tfakkruna li dak li jemmen hu atleta tal-ispirtu! Grazzi ħafna!

Nilqa’ bil-ferħ lill-insara tad-djoċesijiet ta’ Boogna u ta’ Cesena-Sarsina, immexxini mill-Kardina Cafarra u mill-Isqof Regattieri; kif ukoll dawk ta’ Corrientes, fl-Arġentina, u ta’ Maracaibo u Barinas, fil-Venezuela.  U llum fl-Arġentina jiġi ċelebrat Jum l-Omm, u għalhekk insellem minn qalbi lill-ommijiet kollha ta’ art twelidi!

Insellem il-grupp ta’ talb “Raio de Luz”, mill-Brażil, u l-Fraternità tal-Ordni Sekulari Trinitarju.

Il-parroċċi u l-għaqdiet Taljani huma wisq, ma nistax insemmihom, imma nirringrazzja u nsellem lil kullħadd bil-qalb!

Il-Ħadd it-tajjeb! Insellmilkom u l-ikla t-tajba!

 

Miġjub għall-Malti minn Fr Jonathan Farrugia.