[wara t-talba ta’ wara t-tqarbin]

Fi tmiem din iċ-Ċelebrazzjoni, inwassal tislija speċjali lill-250 delegat – isqfijiet, saċerdoti, reliġjużi u lajċi – li ħadu sehem fil-laqgħa dwar il-Jiem Dinjin taż-Żgħażagħ organizzata mill-Kunsill Pontifiċju għal-lajċi.  Hekk ingħata bidu għall-mixja ta’ preparazzjoni tal-miġgħema dinjija li jmiss, li se sseħħ f’Lulju 2016 fi Krakow u li se jkollha bħala tema «Henjin dawk li jhennu għax huma jsibu ħniena» (Mt 5,7).

Minn hawn u ftit ieħor iż-żgħażagħ Brażiljani se jgħaddu s-Salib tal-Ġranet Dinjin taż-Żgħażagħ liż-żgħażagħ Pollakki.  L-għotja ta’ dan is-salib liż-żgħażagħ kien xogħol il-Beatu Ġwanni Pawlu II tletin sena ilu: hu kien talabhom iwasslu dan is-salib fid-dinja kollha bħala sinjal tal-imħabba ta’ Kristu għall-bnedmin kollha.

Fis-27 ta’ dan ix-xahar se jkollha l-ferħ li niċċelebraw il-kanonizzazzjoni ta’ dan il-Papa, flimkien mal-Papa Ġwanni XXIII.  Ġwanni Pawlu II, li kien dak li beda l-Jiem Dinjin taż-Żgħażagħ, se jsir il-patrun tagħhom; fil-komunjoni tal-qaddisin se jkomli jkun għaż-żgħażagħ tad-dinja missier u ħabib.

Nitolbu lill-Mulej biex is-Salib, flimkien mal-ikona tal-Madonna saħħa tal-poplu Ruman, ikun sinjal ta’ tama għal kulħadd, billi juri lid-dinja l-imħabba ta’ Kristu li ma tista’ tiġi mirbuħa minn xejn.

[Jingħata s-Salib mill-Brażiljani lill-Pollakki]

Insellem lir-Rumani kolli, u lill-pellegrini!  Insellem b’mod partikulari lid-delegazzjonijiet ta’ Rio de Janeiro u ta’ Krakow, immexxijin mill-Arċisqfijiet tagħho, il-Kardinali Orani João Tempesta u Stanisław Dziwisz.

F’din l-okkażjoni għandi l-pjaċir inħabbar li, jekk Alla jrid, fil-15 ta’ Awwissu li jmiss, f’Daejeon, fir-Repubblika tal-Korea, se niltaqa’ maż-żgħażagħ tal-Asja fil-laqgħa kontinentali tagħhom.

Issa nduru lejn l-Omm Verġni, sabiex tgħinna nimxu dejjem wara l-eżempju ta’ Ġesù bil-fidi.

Angelus ...

[Barka]

 

Miġjub għall-Malti minn Fr Jonathan Farrugia