IL-FORUM TAL-GĦAQDIET U L-MOVIMENTI
TAL-LAJĊI KATTOLIĊI
B’digriet tat-12 ta’ Settembru 1969, l-Arċisqof Monsinjur Mikiel
Gonzi kien waqqaf il-Kunsill Djoċesan tal-Appostolat tal-Lajċi (KDAL)
biex iġib ‘il quddiem l-appostolat tal-lajċi, kemm kollettiv u kemm
individwali, u jiżgura l-kordinament tiegħu.
Wara li twaqqaf is-Segretarjat għal-Lajċi fl-1986, deher li jkun
aktar ta’ siwi għall-Knisja f’Malta li minflok il-Kunsill Djoċesan
jitwaqqaf Forum tal-Għaqdiet u Movimenti Kattoliċi tal-Lajċi, fejn
il-mexxejja ta’ dawn l-għaqdiet u movimenti jkunu jistgħu jiltaqgħu,
jgħinnu lil xulxin u jippjanaw il-ħidma tagħhom flimkien. Dan il-Forum
twaqqaf mill-Arċisqof
Ġużeppi
Mercieca, b’digriet tad-19 ta’ Frar 1988.
Dawn huma l-Għaqdiet u Movimenti li fil-preżent huma rappreżentati
f’dan il-Forum. Jekk tikklikkja fuq l-ismijiet f’din il-lista, tkun
tista’ tidħol fis-sit elettroniku ta’ kull Għaqda jew Moviment
rispettivament.
Azzjoni Kattolika Maltija
Christian Life Communities
Fergħa Ewkaristika
Fraternità
Charles de Foucauld
Grupp Kultura Marjana
Grupp Familji Nsara
(GRUFAN)
Leġjun ta’ Marija
Mission Fund
Mixja
Neokatekumenali
Moviment tal-Fokolari
Moviment Tiġdid Kariżmatiku
Moviment Kattoliku Studenti Universitarji
Rinascita Cristiana
Soċjetà Duttrina Nisranija (MUSEUM)
Tabgħa Foundation
Żgħażagħ Ħaddiema Nsara
|