“Mulej x’għandi nagħmel b’ħajti?  Liema hija t-triq għalija?”

Wara l-Angelus il-Papa Franġisku sellem lil dawk kollha preżenti u wara kompla jgħid .. 21 ta' Lulju 2013.

Qed nara miktub hemmhekk, “Buon viaggio!”, (Il-vjaġġ it-tajjeb).  Grazzi!  Grazzi! Nitlobkom li fil-vjagg li se nibda għada, takkumpanjawni spiritwalment bit-talb.  Kif tafu se mmur Rio de Janeiro fil-Brażil, fl-okkażjoni tat-28 Jum Dinji taż-Żgħażagħ.  Se jkun hemm tant żgħażagħ hemm, mill-partijiet kollha tad-dinja.  U naħseb li din nistgħu insejħulha, il-ġimgħa taż-Żgħażagħ!  Il-protagonisti f’din il-ġimgħa se jkunu ż-żgħażagħ.  Dawk kollha li ser jiġu Rio jridu jisemgħu l-leħen ta’ Ġesù: “Mulej x’għandi nagħmel b’ħajti?  Liema hija t-triq għalija?”  Anke’ intom – ma nafx jekk hawnx żgħażagħ, illum, hawn fil-pjazza!   Hawn żgħażagħ?  Hekk hu: ankè intom żgħażagħ li qegħdin fil-pjazza, għamlu l-istess domanda lill-Mulej: “Mulej, Ġesù x’għandi nagħmel b’ħajti? Liema hija t-triq għalija?”

Nafdaw fl-interċessjoni tal-Beata Verġni Marija, li hi tant maħbuba u meqjuma fil-Brażil, dawn id-domandi, dik li se jagħmlu ż-żgħażagħ hemmhekk, u din li qed tagħmlu intom illum.  U jalla l-Madonna tgħinkom f’din il-pass tal-pellegrinaġġ.

Lilkom lkoll nawguralkom il-Ħadd it-tajjeb! L-ikla t-tajba!  Narakom!