Għeżież ħbieb fil-Mulej,

kemm jien kuntent li qiegħed niltaqgħa magħkom, intom il-kittieba u il-komunita' kollha kemm hi, s-sorijiet u dawk li għandhom x' jaqsmu mal-amministrazzjoni tal-publikazzjoni. Il-Ġiżwiti La Civilta' Cattolica, minn 1850, wettqu xogħol li kien b' mod partikolari ħaġa waħda mal-Papa u s-Sede Apostolica. Il-predicessuri tiegħi, meta iltaqgħu magħkom fl-udjenza, aktar minn darba, dejjem raw dan l' obbligu morali, bħala xi ħaġa essenzjali fil-ġurnal tagħkom. Illum irrid nissuġerilkom tlett kelmiet li jistgħu jgħejnukom f' dak li qiegħed tagħmlu.

L-ewwel waħda hija d-djalogu. Intom qiegħdin twettqu servizz kulturali importanti. Fil-bidu l-atteġjament u l' stil ta' La Civiilta' Cattolica kien li tiġġieled u spiss kienu jkunu il-polemiċi, f' sintonija mal-klima ġenerali ta' dak iż-żmien. Jekk nħarsu lura lejn il-193 sena ta' dan il-ġurnal, naraw varjeta' mill-isbaħ ta' opinjonijiet, kemm minħabba ċ-ċaqlieq taċ-ċirkostanzi storiċi li nsibu, u kemm minħabba l-personalita' tal-kittieba.  Il-fedelita' lejn il-Knisja xorta tirrikjedi li tkunu iebsin kontra l-ipokresiji risultat ta' qalb magħluqa u marida. Iebsin kontra din il-marda. Iżda x-xogħol prinċipali tagħkom huwa mhux li tibnu ħitan, iżda pontijiet; huwa dak li tistabilixxi djalogu ma kullħadd, anke ma dawk li ma jaqblux mal-fidi nisranija, imma "għandhom r-rispett lejn valuri umani oħra", u saħansitra "anke ma dawk li jopponu kontra l-Knisja u jippersegwitawha b' ħafna modi" (Gaudium et Spes, 92). Huma ħafna l-kwistjonijiet umani għalhekk hemm bżonn niddiskutu u naqsmu bejnietna u fid-djalogu dejjem hemm il-possibilita' li nersqu lejn il-verita', li hija don ta' Alla, u flimkien jkollna aktar għarfien. Tiddjaloga tfisser tkun konvint li ħaddieħor għandu xi ħaga tajba x' jgħidlek, tagħmel spażju għal dak li jrid jgħidlek, għal opinjoni tiegħu, għal proposti tiegħu, mingħajr ma tispiċċa ovvjament fir-relattiviżmu. U biex tiddjaloga hemm bżonn li nwaqqaw d-difisi tagħna u niftħu l-bibien. Inkomplu nidjalogaw mal-istituzzjonijiet kulturali, soċjali, politiċi, anke biex toffru kontribut fil-formazzjoni taċ-ċittadini li għandhom għal qalbhom il-ġid u jaħdmu għal ġid komuni. Iċ-"Civilta' Cattolica" hija ċ-ċivilta' tal-imħabba, tal-ħniena, tal-fidi.

It-tieni kelma hija dixxerniment. Ix-xogħol tagħkom huwa li jiġbor u jesprimi dak li nistennew, dak li nixtiequ, il-ferħ, u l-affarijiet koroħ ta' żmienna, u li noffru l' elementi kollha biex naqraw ir-rejalta' fid-dawl tal-Vanġelju. Id-domandi spiritwali l-kbar tal-lum huma aktar ħajja minn qatt qabel, imma hemm bżonn li xi ħadd jinterprethom u jifhimhom. B' intelliġenza umli u miftuħa "infittxu u nsibu lil Alla f' affarijiet kollha", bħalma kien jikteb San Injazju. Alla qiegħed jaħdem fil-ħajja ta' kull bniedem u kull kultura. Teżor tal-Ġeswiti huwa d-dixxerniment spiritwali, li jifittex biex jaraf  il-prezenza ta' l-Ispirtu ta' Alla fir-rejalta' umana u kulturali, iż-żerriegħa tal-prezenza tiegħU imħawwla f' dak li qiegħed jiġri, f' dak li nħossu, fix-xewqat tagħna, fit-tensjoni profonda tal-qalb tagħna u tal-kuntest soċjali, kulturali u spiritwali. Tiġini f' moħħi dak li kien jgħid Rahner: il-Ġiswita huwa speċjalista' fid-dixxernimentt fil-kamp ta' Alla u anke fil-kamp tax-xitan. M' hemmx bżonn tibża tkompli bid-dixxerniment, biex issib il-verita'. Meta qrajt dawn l-osservazzjonijiet ta' Rahner, laqtuni biżżejjed.

Biex tfittex lil Alla f' kull ħaġa, f' kull qasam, tal-għarfien, tal-arti, tax-xjenza, tal-ħajja politika, soċjali u ekonomika, huwa neċessarju l-istudju, is-sensibilta', u l-esperjenza. Xi wħud minn dawn is-suġġetti li aħna niltaqgħu magħhom mhux bilfors jkollhom xi relazzjoni espliċita' ma xi prospett nisrani, imma huma ukoll importanti biex tgħaqqad il-mod kif il-persuni jifhmu dawn l-affarijiet u d-dinja ta' madwarhom. L-osservazzjoni tagħkom biex tispjegaw trid tkun miftuħa, b' objettivi u f' kuntest imqalleb. Huwa ta neċessita' li jkollna attenzjoni fil-konfront tal-verita', tat-tjubija u tas-sbuħija ta' Alla, li dejjem nikkunsidrawhom flimkien, u li jimxu dejjem b' mod prezzjuz fl-impenn lejn id-dinjita' tal-bniedem, u fil-bini ta' dinja magħquda fil-paċi u fil-ħarsien tal-ħolqien. Minn din l-attenzjoni jitwieled seren, sinċier u qawwi, il-ġudizzju imdawwal minn Kristu, fir-rispett tal-avvenimenti,. Personalitjiet kbar bħal Matteo Ricci huma mudell għalina. Dan kollu jitlob li nżommu miftuħa l-qalb, il-moħħ, u nevitaw il-marda spiritwali ta' dejjem li nirreferu biss lejna nfusna.  Anke l-Knisja meta ssir biss bħala referenza lejha nfisha, timrad, u tixjieħ. Il-ħarsa tagħna trid tkun dejjem fissa lejn Kristu, bħala profetika u dinamika lejn il-futur: b' dan il-mod, tibqgħu dejjem żgħażagħ u qalbiena ta' kif ser naraw l-avvenimenti!

 

It-tielet kelma hija fruntiera. Il-missjoni, fil-ġurnal ta' kultura bħalma hu La Civilta' Cattolica, hija kif jidħol fid-dibattitu kulturali ta' żmienna fejn jipproponi, b' mod serju u seren li tkun aċċessibbli fl-istess ħin, l-versjoni li ġejja mill-fidi Kristjana. Il-qasma bejn il-Vanġelju u l-kultura mingħajr dubju hija dramma (cfr Evangelii Nuntiandi, 20). Intom imsejħa biex tikkontibuxxu għal fejqan ta' din il-qasma li tgħaddi saħansitra mill-qalb ta' kull qarrej. Dan il-ministeru hu tipiku fil-missjoni tal-Kumpanija ta' Ġesu'. Mar-riflessjonijiet u l-ħsieb profond tagħkom jeħtieġ li timxu mal-proċessi kulturali u soċjali, u dawk li tant qiegħdin għaddejjin minn tibdil diffiċli, fejn iwasslu anke saħansitra għal konflitti. L-post fejn qiegħdin intom huma propju l-fruntieri. Dan hu l-post tal-Ġeswiti. Dan hu li Pawlu VI, u li reġa kien meħdu minn Benedittu XVI, kien qal fuq il-Kumpanija ta' Ġesu', jgħoddu wkoll b' mod partikolari għalikom illum: "Kullimkien fil-Knisja, anke f' oqsma l' aktar diffiċli u tal-punt, f' salib t-toroq tal-idejoloġiji, fit-tessut soċjali, qiegħed hemm ukoll u qiegħed fil-konfront bejn l-eziġenzi jaħarqu tal-bniedem, il-messaġġ dejjiemi tal-Vanġelju. Hemm kienu u hemm għadhom, il-Ġeswiti". Jekk jogħġobkom  ibqagħu irġiel tal-fruntera, b' dik il-kapaċita' li ġejja minn Alla (cfr 2 Kor 3,6). Iżda taqawx fit-tentazzjoni li l-fruntieri jsiru ta' ġewwa: trid tmur int lejn il-fruntiera u mhux iġġib il-fruntera il-ġewwa d-dar biex nidhru xi ftit isbaħ u xi ftit ta' ġewwa. Fid-dinja tal-lum, meta aħna suġġetti għall-tibdil imgħaġġel u aġitat minnħabba kwistjonijiet wisq rilevanti għal ħajja tal-fidi, huwa ta' urġenza l-impenn kuraġġuz biex nedukaw fidi konvinta u matura, kapaċi li tagħti sens lil ħajja u toffri risposti konvinċenti lil dawk li qiegħdin jfixxu lil Alla. Dan jfisser li tissaħħaħ l-azzjoni tal-Knisja f' oqsma kollha tal-missjoni tagħha. La Civilta' Cattolica din is-sena ġiet imġedda: għamlet layout ġdid, tista' taqra anke fil-versjoni diġitali u tasal għand il-qarrejja saħansitra fuq is-social networks. Anke dawn huma fruntieri li fuqhom intom imsejħa biex taħdmu. Komplu f' din it-triq!

Għeżież Fathers, qiegħed nara fostkom żgħażagħ, żgħażagħ akbar u anżjani. Dan il-ġurnal tagħkom huwa uniku f' dak li hu, li jitwieled minn komunita' ta' ħajja u ta' studju; bħal kor li qiegħed flimkien, kullwieħed għandu jkollu l-vuċi tiegħu u jwassala f' armonija ma ta' l-oħrajn. Isa, għeżież ħuti! Jien ċert li nista' noqgħod fuqkom. Filwaqt li inħallikom f' idejn il-Madonna tat-Triq, nibagħat fuqkom kollha, kittieba, kollaboraturi u sorijiet, kif ukoll anki l-qarrejja kollha ta' dan il-ġurnal, il-Barka tiegħi.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Fr Charles Cini.