|
L-ARĊISQOF EMERITU TA’ MALTA MONSINJUR PAWLU CREMONA OP
Monsinjur Pawlu Cremona O.P., S.Th.D., twieled il-belt Valletta nhar il-25 ta’ Jannar 1946 minn Joseph u Josephine nee Cauchi. Ħa l-Edukazzjoni Primarja tiegħu fl-iskola tal-Montessuori fil-belt Valletta stess, imbagħad l-Edukazzjoni Sekondarja fil-Liceo, il-Ħamrun.
Daħal fl-Ordni Dumnikan f’Settembru tal-1962 u għamel il-Professjoni fl-istess Ordni nhar id-29 ta’ Settembru 1963. Studja l-Filosofija u t-Teoloġija fil-Kulleġġ ta’ San Tumas ta’ Akwinu fil-kunvent tad-Dumnikani tar-Rabat u ġie ordnat saċerdot nhar it-22 ta’ Marzu 1969.
Wara l-Ordinazzjoni Saċerdotali ntbagħat jistudja t-Teoloġija Morali fl-Universita’ Pontifiċa ta’ San Tumas ta’ Akwinu f’Ruma (Angelicum) minn fejn kiseb id-Dottorat fl-1973 bit-Teżi "The Concept of Peace in Pope John XXIII".
Bejn l-1974 u l-1980 hu kien Pirjol fil-Kunvent ta’ Sidtna Marija tal-Għr fir-Rabat. Reġa’ kien Pirjol fl-istess kunvent bejn l-1997 u l-2003. Fl-1981 intgħażel bħala Provinċjal tal-Provinċja Dumnikana Maltija. Hu serva f’dan l-uffiċċju għal żewġ perijodi ta’ erba’ snin. Mat-tmiem tal-ħidma tiegħu bhala Provinċjal hu ntbagħat bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Sidtna Marija tar-Rużarju ta’ Fatima, Gwardamangia. Bejn l-1993 u l-1997 kien responsabbli mill-Formazzjoni tan-Novizzi u l-Istudenti dumnikani fir-Rabat - uffiċċju li reġa’ kellu għal żmien ieħor asir bejn l-2004 u l-2005. Fl-2005, huwa inħatar Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu, f’Tas-Sliema.
Matul il-ħajja saċerdotali tiegħu, Monsinjur Cremona beda f’diversi uffiċċji oħrajn ta' l-Arċidjoċesi, fosthom Delegat ta’ l-Arċiqsof għall-Ħajja Konsagrata, Assistent Direttur Spiritwali fis-Seminarju tal-Virtù, ir-Rabat, membru fil-Kunsill Presbiterali, kif ukoll kien President tal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi Maltin.
Il-Kelma tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP
▪ Omelija tal-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona OP fil-festa ta' San Anton Abbati. 17/01/2018.
▪ Messaġġ tal-Isfijiet Maltin bi tħejjija għall-Elezzjonijiet Ewropej, 17/05/2014.
▪ Starrija tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar il-Liġi tal-Unjoni Ċivili, 16/04/2014.
▪ Omelija fl-okkażjoni tal-Inawgurazzjoni tal-President il-Ġdid ta’ Malta, 04/04/2014.
▪ Pastorali tar-Randan 2014, Sehemna fil-Bini tas-Soċjetà. jew Ara wkoll il-verżjoni tal-Pastorali bl-Ingliż, 01/03/2014.
▪ Omelija fil-uddiesa fis-seba’ anniversarju tal-Ordinazzjoni Episkopali, 19/01/2014.
▪ Messaġġ tal-Arċisqof Pawlu Cremona op dwar il-familja. Festa tal-Familja Mqaddsa. 29/12/2013.
▪ Messaġġ tal-Milied mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. 24/12/2013.
▪ Messaġġ lill-Assembleji Parrokjali 2013.
▪ Abbozz ta’ Liġi li jirregola l-Unjoni Ċivili,, Starrija tal-Isfijiet Maltin, 16/10/2013.
▪ Jum Dinji tal-Komunikazzjonijiet Soċjali, Messaġġ dwar l-Imparzjalità fil-Ġurnaliżmu, 07/06/2013.
▪ Sena tal-Fidi, Ittra Pastorali għall-bidu tas-Sena tal-Fidi.
▪ Sena tal-Fidi, Ittra Pastorali għat-tfal għall-bidu tas-Sena tal-Fidi.
▪ Niċċelebraw il-Ħajja Umana, Ittra Pastorali dwar il-prokreazzjoni assistita (IVF), 26 Lulju 2012. Ara verżjoni massra ... jew Ara wkoll bl-Ingliż ...
▪ L-Eżilju. Ittra Pastorali għar-Randan 2012, 18 Frar 2012. (Għat-Tfal)
▪ The Exile, Pastoral Letter for Lent 2012, 18 February 2012. (In English)
▪ L-Eżilju. Ittra Pastorali għar-Randan 2012, 18 Frar 2012. (Bil-Malti)
▪ Il-Kuragg li Niġġeddu, Ittra Pastorali għall-Avvent 2011, 26 Novembru 2011.
▪ Messaġġ tal-Isfijiet wara r-Referendum dwar id-Divorzju, 28 ta’ Mejju 2011.
▪ Il-Presepju fil-Familji Tagħna, Ittra Pastorali għall-Avvent 2010, Novembru 2010.
▪ Is-Salib Sinjal ta’ Tama, Messaġg mill-Konferenza Episkopali, 19 Ġunju 2010.
▪ Indirizz lill-Papa Benedittu XVI. Ċelebrazzjoni ewkaristika, Fosos tal-Floriana, 18 April 2010.
▪ Indirizz lill-Papa Benedittu XVI, Grotta ta’ San Pawl, Rabat, Malta, 17 April 2010.
▪ Għand min immorru? Ittra Pastorali għar-Randan 2010, 12 Frar 2010.
▪ Ferħ il-Milied manipulat għall-liegħ, Messaġġ tal-Milied lill-Missjunarji, 24 Diċembru 2009.
▪ Il-Milied għajn ta’ ferħ għall-popli, Messaġġ tal-Milied lill-Emigranti, 24 Diċembru 2009.
Il-▪ resepju bħala Vetrina, Messaġġ tal-Milied 2009, 24 Diċembru 2009.
▪ Sejħulhom Kristjani, Ittra Pastorali tal-Isfijiet għall-Avvent 2009, 28 Novembru 2009.
▪ Il-Logħob tal-Ażżard, Starrija mill-Konferenza Episkopali Maltija, 24 Ottubru 2009.
▪ Il-Libertà Vera, Diskors wat il-Pontifikal ta’ Jum l-Indipendenza, 21 Settembru 2009.
▪ X’Jagħmel Lajk Komplit? Diskors għal Jum il-Lajċi, 13 ta’ Frar 2009. ...