L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

Is-Seba' Viżti lill-Ġesù Ewkaristija f'Ħamis ix-Xirka

Daħla

Fil-quddiesa ta’ filgħaxija, nhar Ħamis ix-Xirka, ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Ikla tal-Mulej u fi tmiem din iċ-ċerimonja Ġesù Ewkaristija jittieħed minn fuq l-artal u jitqiegħed fuq l-hekk imsejjaħ “Artal tar-Repożizzjoni”.  Billi nhar il-Ġimgħa l-Kbira ma jsirx quddies dan is-SagrAmment iservi għat-tqarbin wara l-funzjoni ta’ l-Adorazzjoni tas-Salib.

Fil-jum tal-Ħamis l-insara jiġu mħajrin   biex f’xi ħin, matul il-lejl jinġabru għall-adorazzjoni quddiem is-SagrAmment Imqaddes biex jishru mal-Mulej fl-agunija tiegħu fil-Ġnien taż-Żebbuġ.

Niftakru li dan l-artal ma jissimboleġġax is-sepulkru ta’ Kristu, għax Kristu nhar il-Ħamis kien għadu ma mietx għalina, imma jrid ifisser l-imħabba ta’ Kristu li ried jibqa’ magħna fl-Ewkaristija, li hu għoġbu jwaqqaf fl-Aħħar Ikla ma’ l-Appostli tiegħu. Għalhekk l-insara jżejnu dan l-artal bil-fjuri u jdawluh bix-xemgħat bħala sinjal ta’ qima u mħabba . Lilu huma jitolbu l-ħteġiet tagħhom, jiżżuh ħajr, ifaħħruh u jitolbu ħniena u maħrfa għan-nuqqasijiet tagħhom u ta’ sħabhom.

Matul il-Viżti għandu jinżamm is-silenzju biex ir-ruħ tkun tista’ titkellem mal-Imgħallem Divin bħalma żewġt iħbieb jitkellmu flimkien.

Għaldaqstant l-għan ta’ dan il-fuljett hu biex in-nisrani jkollu f’idejh għajnuna ħalli jagħmel waħdu jew mal-familja jew ma’ ħbiebu dawn iż-żjarat lil Ġesù fl-Ewkaristija u jitħeġġeġ dejjem aktar b’sentimenti ta’ fidi, tama u mħabba. Wieħed għandu jaqra bil-mod is-siltiet mill-Iskrittura, jieqaf jaħseb fuq il-qari u mbagħad jgħaddi għat-talb.  Fit-talb tagħna ma għandniex naħsbu fina nfusna biss imma fl-oħrajn ukoll skond ix-xewqa aħħarija ta’ Kristu: 

“Missier, miniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina.”  Ġw XVII, 20-21.

 

Dun Nikol Aquilina

Siġġiewi, 10 ta’ Frar  2003 

 

 

 

 

Introduzzjoni:

 

Ninsabu fil-bidu tat-Tlett Ijiem Qaddisa  tal-Ġimgħa Mqaddsa li jwassluna għaċ-ċelebrazzjoni tal-Għid il-Kbir.  Il-Knisja trid tfakkarna fit-Tlett Misteri kbar li wettaq għalina Ġesù:

 

a)  il-misteru tal-Imħabba Infinita tiegħu li xhieda tagħha hi l-Ewkaristija;

b) il-misteru tat-tbatija u l-mewt ta’ Kristu li  Hu sofra għal dnubietna;

c)  il-misteru tal-qawmien tiegħu mill-imwiet.

 

Kif ninsabu miġburin f’riġlejn Ġesù fis-SagrAmment tal-Ewkaristija niftakru f’dak is-SagrAmment li permezz tiegħu hu ried jibqa’ magħna matul iż-żmenijiet bħala faraġ għalina u bħala ikel ta’ ruħna.

 

Nitolbu:

 

 Ġesù għinna nagħrfu kemm nistgħu il-misteru ta’ mħabbtek kif fissirtulna inti stess f’dan is-SagrAmment ta’ l-Ewkaristija.

 

 O Marija ieqaf magħna biex nifhmu l-imħabba u tbatijiet ta’ Ibnek Ġesù.

 

 

L-Ewwel  Viżta

 

Nadurawk o Ġesù u mberkuk, għax b’salibek, il-mewt u l-qawmien tiegħek inti fdejtna.

 

Ġesù hu l-ikel ta’ Ruħna

 

Qari mill-Vanġelu ta’  San Ġwann (VI, 62-565)

 

Bdew il-Lhud jiġġieldu bejniethom u jgħidu:  Kif jista’ dan jagħtina ġismu?”  Qalilhom Ġesù:  “Tassew, tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux ġisem Bin il-Bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi jkollu l-ħajja ta’ dejjem u jien inqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Għax ġismi hu ikel tassew, u demmi hu xorb tassew. Min jiekol ġismi u jixrob demmi, jibqa’ fija u jiena fih”.

 

Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura

 

Invokazzjonijiet

 

1.  Ġesù iben Alla l-Ħaj, inti sirt bniedem bħalna u għammart fostna. Ibqa’ magħna għal dejjem.

2.  Ġesù inti xandart il-Bxara t-Tajba lill-bnedmin kollha biex jagħrfu aħjar ‘l Alla u jagħmlu r-rieda tiegħu. Ibqa’ magħna għal dejjem.

3.  Ġesù inti tinsab b’mod ta’ l-għaġeb fis-SagrAmment tal-Ewkaristija. Ibqa’ magħna għal dejjem.

4.  Ġesù inti trid li fit-Tqarbin isseħħ il-għaqda sħiħa tagħna miegħek. Ibqa’ magħna għal dejjem.

 

Missierna,  Sliema, Glorja

 

Ħsieb:

 

Nitolbu għal dawk l-erwieħ li m’għandhomx  mħabba lejn Ġesù Ewkaristija. Inpattu għal dawk in-nuqqasijiet tagħna u ta’ sħabna   meta noffendu lil Ġesù b’nuqqas ta’ rispett fi kliemna u f’għemilna.

 

Kant:   Nadurawk ja ħobż tas-sema

 

Nadurawk ja Ħobż tas-sema.

Frott l-imħabba l-iżjed bnin,

Għalik l-anġli dlonk titniehed,

Inti l-hena tal-bnedmin.

 

Rit.  Nadurawk ja Ħobż tas-sema,

Frott l-imħabba l-iżjed bnin.

 


It-Tieni  Viżta

Nadurawk O Ġesù u mberkuk, għax b’salibek, il-mewt u l-qawmien tiegħek inti fdejtna

 

Ġesù għandu  l-kliem tal-ħajja ta’ dejjem

 

Qari mill-Vanġelu ta’ San Ġwann (VI, 66-69)

 

Minn dak il-waqt ħafna mid-dixxipli tiegħu telqu lura u ma baqgħux jimxu warajh. Imbagħad  Ġesù qal lit-tnax:  “Tridux tmorru intom ukoll?”  Wieġbu Xmun Pietru : “Mulej, għand min immorru?  Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem, u aħna nemmnu u nafu li Int il-Qaddis ta’ Alla”

 

Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura  -

 

Invokazzjonijiet

 

1.  Missier Qaddis, fl-imgħoddi inti kellimtna permezz tal-profeti u fl-aħħar kellimtna b’Ibnek stess;  ta’ dan. Irrodulek ħajr Mulej.

2.  Missier l-aktar għaref, Inti bgħattilna l-Ibnek il-għażiż biex ikun għalina, it-Triq, il-Verita’ u l-

   Ħajja;  ta’ dan. Irrodulek ħajr Mulej.

3.  Missier l-aktar ħanin, inti tajtna l-Ibnek il-għażiż biex iħabbrilna l-Wisa’ u l-Fond bla qjies ta’ mħabbtek; ta’ dan

 Irrodulek ħajr Mulej.

4.  Missier Twajjeb, Ibnek ħallielna l-Knisja biex tkun għalina Omm u Għalliema matul iż-żmenijiet; ta’ dan

  Irrodulek ħajr Mulej.

 

 

Ħsieb:

 

Nitolbu għal dawk li ma jħabirkux biex jisimgħu il-Kelma t’Alla. Nitolbu maħfra għal kemm il-darba ma qagħdniex attenti għal dak li nisimgħu fl-omelija tal-Quddiesa  u ma nagħtux widen għall-ispirazzjonijiet li l-Mulej inebbaħna fis-skiet tal-kuxjenza tagħna.

 

Missierna, Sliema , Glorja.

 

Kant:   Miġbura lkoll madwar l-artal

 

Miġbura lkoll madwar l-artal

Il-poplu ġdid li ġbart

Nagħtuk kull qima u nxandruk

Sultan tas-sema u l-art.

 

Mill-Kotba Mqaddsa nisimgħuk

Tkellimna llum fis-skiet,

Il-kelma tiegħek tkun id-dawl

Li jkeċċi d-dlamijiet.

 

 

It-Tielet  Viżta

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk, għax b’salibek, il-mewt u l-qawmien tiegħek, Inti fdejtna.

 

Ġesù fl-Ewkaristija jgħallimna l-umilta’

 

Qari mill-Vanġelu ta’ San Ġwann  (XIII   1, 4-5)

 

Qabel il-festa ta’ l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja  għal għand il-Missier, hu li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja,  ħabbhom sa l-aħħar.  Waqt l-ikla, Ġesù qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu u ħa fardal u dawru ma ħżiemu. Imbagħad tefa’ l-ilma fil-lembija  u beda jaħsel riġlejn id-dixxipli u jimsaħħomlhom bil-fardal li kien imħażżem bih.

 

Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura

 

Invokazzjonijiet:

 

1.  Ġesù id-dehra tiegħek taħsel riġlejn l-appostli tfakkarni fis-suppervja tiegħi, li ġġiegħlni niftaħar bija nnifsi u nwarrab fil-ġenb lil sħabi; għalhekk nitolbok. Kattar fija l-umilta. 

 

2.  Ġesù il-ħajja tiegħek fit-tabernaklu tgħallimni s-skiet, is-sempliċita, il-ġabra. Ħafna drabi jiena niġri wara t-tlellix tad-dinja, u nħossni ferħan fl-istorbju   u fix-xalar li jgħaddi malajr. Għalhekk nitolbok. Kattar fija l-umilta.

 

3.  Ġesù mit-tabernaklu inti tfarraġ il-qlub imnikkta, tqawwi lil min jitolbok l-għajnuna. Iżda jiena fis-suppervja tiegħi nistmell niġi għandek   u   ma nħobbx infittex  l-għajnuna  tiegħek. Għalhekk nitolbok. Kattar fija l-umilta.

 

4.  Ġesù fil-ħasil tar-riġlejn inti ridt tqis ruħek bħala qaddej tal-appostli tiegħek . U Tabilħaqq fit-tabernaklu inti l-qaddej tagħna għax tistenniena niġu għandek. Iżda jiena ħafna drabi nistenna li ħaddieħor ikun il-qaddej tiegħi. Għalhekk nitolbok. Kattar fija l-umilta.

 

Ħsieb:

 

Nitolbu għall-mexxejja tagħna u għal dawk  li għandhom is-setgħa biex fuq l-eżempju ta’ Ġesù  ma jfittxux l-interessi tagħhom imma jagħrfu r-responsabbilta li jaqdu lil poplu afdat f’idejhom.

 

Missierna, Sliema, Glorja.

 

Kant   Jien nadurak bil-qima

 

Jien nadurak bil-qima, Alla li tinsab,

Moħbi hawn quddiemi taħt  dawn ix-xbihat.

Lilek qalbi kollha hawn f’riġlejk nagħtik

Meta naħseb fuqek, ħsiebi nitlef fik.

 

L-għajn , l-idejn, it-togħma lilek ma jħossux;

Iżda biss b’li smajna għala ma nemmnux?

Nemmen li qalilna l-Iben tal-Mulej;

Xejn m’hu iżjed minnu, mill-kliem tal-Feddej.

 


 

Ir-Raba’  Viżta

 

Nadurqawk O Ġesù u mberkuk, għax b’salibek, il-mewt u l-qawmien tiegħek inti fdejtna.

 

Ġesù Ewkaristija, għajn ta’ kull faraġ.

 

Qari mill-Vanġelu ta’ San Ġwann  (XIV  1-3)

 

Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:  “ Tħallux qalbkom titħawwad; emmnu f’Alla u emmnu fija wkoll.  Fid-dar ta’  Missieri hemm ħafna għamajjar; li  ma kienx hekk,  kont ngħidilkom. Jiena sejjer biex inhejjilkom post. U wara li mmur u nhejjilkom post, nerġa’ niġi u nehodkom kiegħi biex fejn inkun jien tkunu intom ukoll.”

 

Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura

 

Invokazzjonijiet.

 

1.  Ġesù inti stess għidtilna: ‘Ejjew għandi intom ilkoll li tinsabu mhabbtin u mtaqqlin u jiena nserrahkom”. Għinna fit-tiġrib tagħna.

 

2.  Ġesù inti xebbaht lilek innifsek mar-Ragħaj it-Tajjeb; li jfittex bla heda n-nagħġa l-mitlufa. Għinna fit-tiġrib tagħna.

 

3.  Ġesù inti sejjaħt imberkin lill-foqra f’ruħhom, faħħart lill- ġwejdin u lil dawk li jħennu, berikt lil ta’ qalbhom safja u ‘l dawk li jħobbu l-ġustizzja. Għinna fit-tiġrib tagħna.

 

4.  Ġesù inti qiegħed fuq il-leminija tal-Missier bħala avukat tagħna u qed tistenniena niġu ħdejk biex nithennew miegħek għal dejjem. Għinna fit-tiġrib tagħna.

 

Ħsieb

 

Nitolbu għal dawk kollha li huma mġarrbin, imnikktin minħabba l-mard jew mitluqin weħidhom fin-niket tal-ħajja, jew qed ibatu ħtija ta’ inġustizzja; għal dawk li  tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom.

 

Missierna, Sliema u Glorja.

 

Kant  O Qalb Ħanina.

 

Ġesù ħallina niġu ħdejk fis-skiet

Biex aħna nieklu mill-Ħobż tas-smewwiet;

Fik biss il-ħajja, fik id-dawk u l-ġid,

Inti ta’ qalbna l-għeżeż Qalb u Sid.

 


 

Il-Ħames  Viżta

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek, il-mewt u l-qawmien tiegħek inti fdejtna.

 

Ġesù  hu s-sagrifiċċju tal-Liġi  l-Ġdida.

 

Qari mill-Vanġelu ta’ San Luqa  (XXII  14-20)

 

X’ħin sar il-ħin Ġesù qagħad  fuq il-mejda ma’ l-appostli tiegħu. U qallhom: “Kelli xewqa kbira li niekol dil-ikla tal-Għid magħkom qabel ma nbati ; għax ngħidilkom li ma niekolhiex iżjed qabel ma sseħħ fis-saltna t’Alla”

 

Imbagħad qabad il-kalċi, radd il-ħajr  u qal :”Ħuduh u aqsmuh bejnietkom; għaliex ngħidilkom li ma nixrobx aktar mill-frott tad-dielja sa ma tiġi s-saltna ta’ Alla”

 

Imbagħad ħa l-ħobż, radd il-ħajr, qasmu, newwilħulħom  u  qal:  “ Dan ħu ġismi mogħti għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi.”  Ħekk ukoll wara l-ikla ħa l-kalċi  u qal:  “ Dan il-kalċi ħu l-għaqda l-ġdida b’demmi, mxerred għalikom.”

 

Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura

 

Invokazzjonijiet

 

1.  “Ftakru li intom kontu mifdijin mill-ħajja fiergħa tagħkom mħux bi ħwejjeġ li jitħassru bħalma ħuma deħeb u fidda; imma bid-demm prezzjuż ta’ Kristu bħala Ħaruf bla għajb u bla tebgħa. (1Pt 1:18-19)  Tifħir lilek Kristu.

2.  “Int kont maqtul u xtrajt għal Alla nies minn kull nazzjon, ilsien, poplu u ġens; u għamiltna għal Alla tagħna saltna ta’ qassisin li jsaltnu fuq l-art.  ( Ap. 5:9-10) Tifħir lilek Kristu.

 

3.  “Jistħoqqlu l-Ħaruf il-maqtul li jieħu s-setgħa u t-tifħir għal dejjem”  (Ap. 5: 12) Tifħir lilek Kristu.

 

4.  “Ħemm Alla wieħed u medjatur wieħed bejn Alla u l-bnedmin:  il-bniedem Kristu Ġesù li ta lilu nnifsu bħala fidwa għal kulħadd.”  (!Tim 2: 5-6)  Tifħir lilek Kristu.

 

Ħsieb:

Nitolbu għall-ħteġiet tal-ġenituri ħalli fuq l-eżempju ta’ Kristu jagħrfu jissagrifikaw lilu nfusħom għall-ġid tal-familja.

 

Missierna, Sliema u Glorja.

 

Kant:  Nidħlu Ferħana

 

Nidħlu ferħana,

Fit-tempju tal-Mulej li stedinna;

Biex f’għaqda waħda

Ninġabru ħdejn l-artal la ħu sejħilna.

Ħu il-Mulej Ġesù

U tagħna lkoll ħuwa il-Feddej

U ma nħalluħx fit-tul jistenna.

 


Is-Sitt  Viżta

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk, għax b’salibek, il- mewt u l-qawmien tiegħek inti fdejtna

 

L-Għaqda ma’ Kristu

 

Qari   mill-Vanġelu ta’ San Ġwann  (XV 1-6,10)

 

“Jiena d-dielja tassew u Missieri l-bidwi. Kull żaraġuna fija li ma tagħmilx frott jaqtagħħa;  u kull waħda li tagħmel il-frott isaffiħa biex tagħmel frott aktar.  Intom  ilkoll safjin minħabba fil-kliem li għidtilkom. Ibqgħu fija u jiena nibqa’ fikom. Bħalma ż-żarġuna ma tistax tagħmel frott minnħa nfisħa , jekk ma tibqax fid-dielja, ħekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.

Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa’ fija u jiena fiħ, dan jagħmel ħafna dfrott, għax mngħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.  Min ma jibqax fija, jintrema barra bħal żarġun u jinxef, imbagħad jiġimgħuħom u jitfgħuħom fin-nar jinħarqu…….

Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandAmmenti tiegħi, tibqgħu f’imħabbti bħalma jiena ħarist il-kmandAmmenti ta’ Missieri  u nibqa’ fl-imħabba tiegħu.”

 

Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura

 
Invokazzjonijiet

 

1.  Agħmel O Ġesù li naraw lilek fil-persuna ta’ sħabna biex ħekk ma tonqos qatt l-imħabba ta’ bejnietna.   Ismagħna nitolbuk Mulej.

 

2.  Agħmel O Ġesù li fil-knisja, fejn niġu nżuruk,  u barra l-knisja, nibqgħu magħqudin ħaġa waħda miegħek u ma’ sħabna.  Ismagħna nitolbuk Mulej.

3.  Agħmel O Ġesù li biex insalvaw l-għaqda ta’ bejnietna, nitgħallmu ninsew u naħfru n-nuqqasijiet ta’ sħabna u ma naslu qatt li npattu deni b’deni. Ismagħna nitolbuk Mulej.

 

4.  Agħmel O Ġesù li fuq kollox u qabel kollox infittxu li ngħixu fis-sliem u fl-imħabba miegħek u ma’ sħabna kif urejtna fl-Aħħar Ikla mal-għeżież tiegħek. Ismagħna nitolbuk Mulej.

 

Ħsieb

 

Nitolbu għal dawk kollħa li xi darba inqasniħom mill-imħabba  u ma ġibniex ruħna ta’ nsara magħħom biex il-Mulej iroddilħom il-ġid u l-ħena;  nitolbu għall-għedewwa tagħna biex fostna sseħħ il-paċi tal-Mulej.

 

Missierna, Sliema u Glorja.

 

Kant   Ġbartna flimkien Mulej

 

Ġbartna flimkien Mulej

B’kelmtek imqaddsa,

F’qalb waħda lilna għaqqadt

Bil-Ġisem t’Ibnek ħaj.

Fejn ħemm l-imħabba,

Fejn ħemm il-għaqda,

Ħemm tgħammar Int, Mulej,

Ħemm Int tgħix fil-qlub.

 


Is-Seba’  Viżta

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk, għax b’salibek, il-mewt u l-qawmien tiegħek inti fdejtna.

 

L-Ewkaristija tgħaqqadna bejnietna

 

Qari mill-ittra ta’ San Pawl lill-Korintin  ( 1Kor 10, 14-17; 12, 12-13)

 

Qed niktellem ma’ nies għaqlin: għarblu intom kull ma ngħid. Il-kalċi mbierek li fuqu ngħidu l-barka mħuwiex għaqda mad-demm ta’ Kristu?  U l-ħobż li naqsmu mħuwiex għaqda mal-ġisem ta’ Kristu?  Għax la l-ħobża ħi waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed; ilkoll kemm aħna nieħdu minn ħobża waħda.

Bħalma l-ġisem ħu wieħed u fiħ ħafna membri, u l-membri kollħa tal-ġisem, għad li ħuma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, ħekk ukoll Kristu. Għax aħna wkoll,  ilkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed biex nagħmlu ġisem wieħed, sew Lħud sew Griegi, sew ilsiera sew ħielsa, u lkoll xrobna minn Spirtu wieħed.

 

Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura

 

Invokazzjonijiet

 

1. O Mulej għamel li l-Knisja tkun sinjal ta’ għaqda quddiem il-ġnus li għadħom ma għarfukx. Nitolbu. Ismagħna nitolbuk Mulej

2. O Mulej agħmel li l-mexxejja tagħna jħabirku biex f’pajjiżna tissaħħaħ il-għaqda, is-sliem u l-ġid ta’ kulħadd. Nitolbu.  Ismagħna nitolbuk Mulej

3. O Mulej neħħi mill-ambjent tagħna familjari, parrokkjali, soċjali, politiku u fejn naħdmu, kull spirtu ta’ mibgħeda, għira u tilwim li jnisslu ħsara u jbegħduna mill-grazzja tiegħek.  Nitolbu.  Ismagħna nitolbuk Mulej

 

4.  O Mulej agħmel li fil-familji tagħna jkun ħemm il-fteħim u r-rispett  bejn il-misser u l-omm, kif ukoll il-għaqda bejn il-ġenituri u l-ulied. Nitolbu. Ismagħna nitolbuk Mulej

 

5.  Agħmel Mulej li fil-quddiesa u fuq il-mejda tat-tqarbin inħossuna qalb waħda, lesti dejjem biex nagħdru, naħfru u ngħinu lil xulxin, skond il-kmand u x-xewqa tiegħek. Nitolbu.  Ismagħna nitolbuk Mulej

 

Ħsieb

 

Nitolbu għall-bżonnijiet tal-familji  tagħna, speċjalment għal dawk li għandħom problemi fir-relazzjonijiet bejn ġenituri  u  ulied; nitolbu għall-parroċċa  tagħna kif ukoll għall-għaqdiet reliġjużi u ċivili  biex fiħom tisseddaq il-għaqda u joktor il-fteħim.

 

Missierna, Sliema, Glorja.

 

Kant   Tina l-ħlewwa tal-ilsna tas-sema

 

L-aħħar qatra ta’ demmek tajtħielna

Meta b’daqqa ta’ lanza nifduk.

Int għallimtna tan-niket il-ħena,

Int għallimtna fil-ħemm inberkuk.

 

Rit.  Qalb imqaddsa ta’ Ġesù,

Li berikt it-tfal ċkejknin,

Kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek

Żommna miegħek imħaddnin.

 

Skond il-feħma tal-Papa:   Missierna, Sliema u Glorja

 

Għall-erwieħ tal-Purgatorju:  Agħtiħom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ; id-dawl ta’ dejjem jiddi lilħom; jistrieħu fis-sliem.  Ammen.

 

 

 Talba lil Ġesù Msallab

 

Ħawn jien, O Ġesù maħbub tiegħi,

Mixħut quddiem il-preżenza tiegħek,

Nitolbok bl-akbar ħrara

Tnissel f’qalbi,sentimenti ta’ fidi, tama u mħabba,

Ta’ ndiema kbira ta’ dnubieeti u ta’ feħma sħiħa

Li ma noffendik qatt iżjed;

Fil-waqt li bl-imħabba u l-ħniena kollħa

Sejjer inġib quddiem għajnejja

Il-ħames pjagi tiegħek,

Nibda minn dak li qal fuqek

Il qaddis profeta David,

“Nifduli jdejja u riġlejja,

u għaddewli għadmi kollu.”

 

Fi tmiem il-Viżti:   Dal-Misteru għarkobbtejna

 

Dal-misteru għarkobbtejna,

Ejjew mela naduraw

U quddiem ir-riti ġodda

Suriet qodma jispiċċaw:

Bit-twemmin ġo qalbna nħossu

Dak li s-sensi le jaraw.

 

Lill-Missier irroddu, u ‘l Iben

B’qalbna kollħa kull tifħir,

Lejħom , mat-tberik ta’ qalbna,

Imħabbitna ‘l fuq ittir;

Lill-Ispirtu mnissel minnħom

Ħajr ukoll, xejn inqas kbir.  Ammen.

 

Nitolbu:  O Alla li f’dan is-SagrAmment ta’ l-għaġeb ħallejtilna t-tifkira tal-passjoni tiegħek; agħtina nitolbuk li nqimu il-misteru tal-Ġisem u d-Demm tiegħek, ħekk li nħossu fina bla ħeda dak li rebħitilna l-fidwa tiegħek. Inti li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. Ammen

 

Ikun imfaħħar Ġesù Kristu. 

Dejjem ikun imfaħħar.