L-ITTRA LIL FILEMON

1. Tislima

[Film:1:1] Pawlu, priġunier ta' Kristu Ġesł u ħija Timotju lil Filemon seħibna l-għażiż fix-xogħol, [Film:1:2] u lil oħtna Appja u lil Arkippu, suldat magħna, u lill-knisja li tinġabar f'darek: [Film:1:3] Grazzja u sliem għalikom mingħand Alla Missierna u Ġesł Kristu.

Mħabba u fidi

[Film:1:4] Niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi u niftakar fik fit-talb tiegħi. [Film:1:5] Jiena smajt bil-fidi li għandek fil-Mulej Ġesł u l-imħabba tiegħek għall-qaddisin. [Film:1:6] Nitlob li l-fidi li inti taqsam ma' l-oħrajn ikollha l-qawwa li twassal biex jingħaraf it-tajjeb kollu li hemm fina minħabba fi Kristu. [Film:1:7] Jiena fraħt ħafna u qawwejt qalbi bl-imħabba li għandek; għaliex, ħija, il-qlub tal-qaddisin strieħu fik.

Pawlu jaqbeż għal Oneżimu

[Film:1:8] Għalhekk iktar milli nikkmandak tagħmel li jenħtieġ - kif nista' nagħmel b'wiċċi minn quddiem fi Kristu - [Film:1:9] jiena nitolbok, f'isem l-imħabba; jiena, Pawlu, raġel xwejjaħ, u issa priġunier ta' Kristu Ġesł, [Film:1:10] qiegħed nitolbok bil-ħerqa għal ibni, li jiena nissilt fil-ktajjen, għal Oneżimu, [Film:1:11] dak li darba lilek ma kien jiswielek għal xejn, imma li issa jiswielna, kemm lili u kemm lilek. [Film:1:12] Jiena bgħatthulek lura, lilu, bħallikieku bgħattlek qalbi stess. [Film:1:13] Xtaqt kieku żammejtu miegħi, biex, kif jien fil- ħabs għall-Evanġelju, idur bija minflokok hu. [Film:1:14] Iżda ma ridt nagħmel xejn mingħajr ma nara x'jidhirlek int, biex l-opra tajba tiegħek ma tkunx għamiltha bilfors, imma tkun ħierġa mill-qalb. [Film:1:15] Għandu mnejn li għalhekk hu telaq minn miegħek għal ftit, biex inti terġa' tiksbu lura għal dejjem, [Film:1:16] mhux iktar bħala lsir, imma xi ħaġa iktar minn ilsir, bħala ħuk għażiż; għażiż fuq kollox għalija, imma kemm iktar għalik, skond id-dinja u skond il-Mulej.

[Film:1:17] Int mela, jekk inti qalb waħda miegħi, ilqgħu bħallikieku kont jien! [Film:1:18] Jekk naqsek f'xi ħaġa jew jekk għandu jagħtik, ixħet kollox fuqi. [Film:1:19] B'idi stess qiegħed nikteb: "Jiena, Pawlu, nħallsek" - biex ma ngħidlekx li inti stess taf lilek innifsek lili. [Film:1:20] Iva, ħija, nitolbok, agħmilli dan il-pjaċir minħabba fil-Mulej. Serraħli qalbi fi Kristu.

[Film:1:21] Ktibtlek għax jiena żgur li int tisma' minni, anzi jiena naf li se tagħmel aktar minn hekk. [Film:1:22] Fl-istess ħin ħejjili kamra, għaliex nittama li bis-saħħa tat-talb tagħkom nerġa' ningħata lilkom.

L-aħħar tislijiet

[Film:1:23] Iselli għalikom Epafra priġunier miegħi għal Kristu Ġesł; [Film:1:24] Marku, Aristarku, Dema, Luqa, sħabi fix-xogħol. [Film:1:25] Il-grazzja tal-Mulej Ġesł Kristu tkun magħkom.