L-EWWEL KTIEB TAL-KRONAKI


1. Minn Adam sa Abraham

[1Kron:1:1] Adam, Seth, Enos, [1Kron:1:2] Kenan, Maħlalel, Ġared; [1Kron:1:3] Ħenok, Matusala, Lamek, [1Kron:1:4] Noè, Sem, Ħam u Ġafet.

[1Kron:1:5] Ulied Ġafet: Gomer, Magog, Madaj, Ġawan, Tubal, Mesek, u Tiras.

[1Kron:1:6] Ulied Gomer: Askenaż, Rifat, u Togarma.

[1Kron:1:7] Ulied Ġawan: Elisa u Tarsis, Kittin u Rodanin.

[1Kron:1:8] Ulied Ħam: Kus u Misrajm, Put u Kangħan.

[1Kron:1:9] Ulied Kus: Seba, Ħawila, Sabta, Ragħma, u Sabteka.
 

Ulied Ragħma: Seba u Dedan.

[1Kron:1:10] U Kus wiled lil Nimrod; dan kien l-ewwel bniedem setgħani fl-art.

[1Kron:1:11] Misrajm wiled lil-Ludin, l-Għanamin, u l-Leħabin, u n-Naftuħin, [1Kron:1:12] u l-Patrusin, u l-Kasluħin (mnejn ġew il-Filistin), u l-Kaftorin. [1Kron:1:13] Kangħan wiled lil Sidon, il-kbir tiegħu, u 'l Ħet [1Kron:1:14] u l-Ġebusin, u l-Amurrin, u l-Ġirgasin, [1Kron:1:15] il-Ħiwwin, u l-Għarakin u s-Sinin, [1Kron:1:16] u l-Arwadin, u s-Semarin, u l-Ħamatin.

[1Kron:1:17] Ulied Sem: Għelam, Assur, Arfaksad, Lud, Aram, Għus, Ħul, Geter, u Mesek.

[1Kron:1:18] Arfaksad wiled lil Selaħ, u Selaħ wiled lil Għeber.

[1Kron:1:19] Lil Għeber twildulu żewġ ulied: wieħed kien jismu Peleg, għax fi żmienu tqassmet l-art, u ħuh kien jismu Ġoktan.

[1Kron:1:20] Ġoktan wiled lil Almodad, lil Selef, lil Ħasarmawt, lil Ġeraħ, [1Kron:1:21] u lil Ħadoram, lil Użal, lil Dikla, [1Kron:1:22] lil Għebal, lil Abimajel, lil Seba, [1Kron:1:23] lil Ofir, lil Ħawila, u lil Ġobab; dawn kollha ulied Ġoktan.

[1Kron:1:24] Sem, Arfaksad, Selaħ, [1Kron:1:25] Għeber, Peleg, Regħu, [1Kron:1:26] Xerug, Naħor, Teraħ, [1Kron:1:27] Abram, li hu Abraham.

Minn Abraham sa Ġakobb

[1Kron:1:28] Ulied Abraham: Iżakk u Ismagħel. [1Kron:1:29] Dan hu nisilhom: Nebajot, il-kbir ta' Ismagħel, Kedar, Adbel, Mibsam, [1Kron:1:30] Misma, Duma, Massa, Ħadad, Tema, [1Kron:1:31] Ġetur, Nafis, Kedma. Dawn huma wlied Ismagħel.

[1Kron:1:32] Ulied Ketura, il-konkubina ta' Abraham: wildet lil Żimran, Ġoksan, Medan, Midjan, Isbak, u Suwaħ. Ulied Ġoksan: Seba u Dedan. [1Kron:1:33] Ulied Midjan: Għefa, Għefer, Ħenok, Abida u Eldagħa. Dawn kollha wlied Ketura. [1Kron:1:34] U Abraham wiled lil Iżakk. Ulied Iżakk: Għesaw u Iżrael. [1Kron:1:35] Ulied Għesaw: Elifaż, Regħwel, Ġegħus, Ġagħlam, u Koraħ. [1Kron:1:36] Ulied Elifaż: Teman, Omar, Sefi, Gagħtam, Kenaż, Timna u Għamalek. [1Kron:1:37] Ulied Regħwel: Naħat, Żeraħ, Samma u Miżża.

[1Kron:1:38] Ulied Xeghir: Lotan, Sobal, Sibgħon, Għana, Dison, Għeser u Disan. [1Kron:1:39] Ulied Lotan: Ħori u Ħomam; oħt Lotan: Timna. [1Kron:1:40] Ulied Sobal: Għalijan, Manaħat, Għebal, Sefi u Onam. Ulied Sibgħon: Ajja u Għana. [1Kron:1:41] Ulied Għana: Dison. Ulied Dison: Ħamran, Esban, Itran, u Keran. [1Kron:1:42] Ulied Għeser: Bilħan, Żagħwan, Ġagħkan. Ulied Disan: Għus u Aran.

Is-slaten ta' Edom

[1Kron:1:43] U dawn huma s-slaten li saltnu fl-art ta' Edom qabel ma beda jsaltan sultan fuq ulied Iżrael: Bela bin Begħor; il-belt tiegħu kien jisimha Dinħaba. [1Kron:1:44] U miet Bela, u warajh saltan Ġobab bin Żeraħ minn Bosra. [1Kron:1:45] Meta miet Ġobab, beda jsaltan floku Ħusam, mill-art tat-Temanin. [1Kron:1:46] Meta miet Ħusam, laħaq sultan floku Ħadad bin Bedad, li kisser lil Midjan fir-raba' ta' Mowab, u l-belt tiegħu kien jisimha Għawit. [1Kron:1:47] Ħadad miet, u floku beda jsaltan Xamla minn Masreka. [1Kron:1:48] U meta miet Xamla, laħaq sultan floku Sawl minn Reħobot tax-Xmara. [1Kron:1:49] U wara l-mewt ta' Sawl beda jsaltan floku Bagħal-ħanan bin Għakbor. [1Kron:1:50] U meta miet Bagħal-ħanan beda jsaltan floku Ħadad, u l-belt tiegħu kien jisimha Pagħi; u martu kien jisimha Meħetabel bint Matred, bint Miżaħab.

[1Kron:1:51] Wara li miet Ħadad, dawn kienu l-kapijiet ta' Edom; il-kap Timna, il-kap Għalwa, il-kap Ġetet, [1Kron:1:52] il-kap Oħolibama, il-kap Ela, il-kap Pinon, [1Kron:1:53] il-kap Kenaż, il-kap Teman, il-kap Mibsar, [1Kron:1:54] il-kap Magdijel, il-kap Għiram. Dawn huma l-kapijiet ta' Edom.

2. Minn Iżrael sa David

[1Kron:2:1] Dawn kienu wlied Iżrael: Ruben, Simgħon, Levi, Ġuda, Issakar, Żebulun, [1Kron:2:2] Dan, Ġużeppi, Benjamin, Naftali, Gad u Aser.

[1Kron:2:3] Ulied Ġuda: Għer, Onan u Sela, it-tlieta twildulu minn bint Sugħa, il-Kangħanija; u Għer, il-kbir ta' Ġuda, kien ħażin f'għajnejn il-Mulej, u dan qatlu. [1Kron:2:4] U Tamar, mart ibnu, wilditlu lil Pereż u l Żeraħ; u hekk ulied Ġuda kienu ħamsa kollox. [1Kron:2:5] Ulied Pereż kienu: Ħesron u Ħamul. [1Kron:2:6] Ulied Żeraħ: Żimri, Etan, Ħeman, Kalkol u Darda: ħamsa kollox. [1Kron:2:7] Ulied Karmi kienu: Għakar, li ġieb l-inkwiet f'Iżrael għax dineb fi ħwejjeġ mogħtija għall-qerda. [1Kron:2:8] Wild Etan: Għażarija.

[1Kron:2:9] L-ulied li twieldu lil Ħesron: Ġerħmijel, Ram, Kelubaj. [1Kron:2:10] Ram wiled 'l Għamminadab; Għamminadab wiled lil Naħson, prinċep fost ulied Ġuda; [1Kron:2:11] u Naħson wiled lil Xalman; Xalman wiled lil Bogħaż; [1Kron:2:12] Bogħaż wiled lil Għobed; Għobed wiled lil Ġesse; [1Kron:2:13] Ġesse wiled lil Elijab, il-kbir tiegħu; lil Abinabad, it-tieni; lil Simgħa, it-tielet; [1Kron:2:14] lil Natanjel, ir-raba'; lil Raddaj, il-ħames; [1Kron:2:15] lil Osem, is-sitta; lil David, is-seba'. [1Kron:2:16] U ħuthom bniet kienu: Seruja u Abigajl. Ulied Seruja kienu: Abisaj, Ġowab u Għaxajel, tlieta kollox. [1Kron:2:17] Abigajl wildet lil Għamaxa; missier Għamaxa kien Ġeter, l-Ismagħeli.

[1Kron:2:18] U Kaleb bin Ħesron wiled minn martu Għażuba lil Ġerigħot; u dawn kienu wliedha: Ġeser, Sobab, u Ardon. [1Kron:2:19] U mietet Għażuba u Kaleb ħa b'martu lil Efrat, u din wilditlu lil Ħur. [1Kron:2:20] U Ħur wiled lil Uri, u Uri wiled lil Besalel.

[1Kron:2:21] U wara dan Ħesron resaq lejn bint Makir, missier Gilgħad; iżżewwiġha meta kellu sittin sena u wilditlu lil Xegub. [1Kron:2:22] U Xegub wiled lil Ġajir, u dan kellu tlieta u għoxrin belt f'Gilgħad. [1Kron:2:23] Imma Gesur u Aram ħadulhom minn taħt idejhom lil Ħawwot-ġajjir, Kenat u l-ibliet tagħha: sittin belt. Dawn kollha kienu wlied Makir, missier Gilgħad. [1Kron:2:24] U meta miet Ħesron, Kaleb resaq lejn Efrat, mart Ħesron missieru, u wilditlu lil Asħur, missier Tekugħa.

[1Kron:2:25] Ulied Ġeraħmijel, il-kbir ta' Ħesron: Ram, il-kbir; Buna, Oren, Osem, u Aħija. [1Kron:2:26] Ġeraħmijel kellu mara oħra jisimha Għatara, li kienet omm Onam. [1Kron:2:27] Ulied Ram, il-kbir ta' Ġeraħmijel, kienu: Magħas, Ġamin, Għeker. [1Kron:2:28] U wlied Onam kienu: Sammaj u Ġada; u wlied Sammaj kienu: Nadab u Abisur.

[1Kron:2:29] U l-mara ta' Abisur kien jisimha Abiħajil, u wilditlu lil Aħban, u lil Molid. [1Kron:2:30] U wlied Nadab: Seled u Affajim. Seled miet bla tfal. [1Kron:2:31] U wlied Affajim: Isgħi. Ulied Isgħi: Sesan. Ulied Sesan: Aħlaj. [1Kron:2:32] U wlied Ġada, ħu Sammaj: Ġeter u Ġonatan; u Ġeter miet bla tfal. [1Kron:2:33] U wlied Ġonatan: Pelet u Żaża. Dawn kienu wlied Ġeraħmijel. [1Kron:2:34] Sesan ma kellux subjien, imma bniet biss. Sesan kellu lsir Eġizzjan li kienu jismu Ġarħa. [1Kron:2:35] U Sesan ta lil Ġarħa, l-ilsir tiegħu, lil bintu b'martu, u wilditlu lil Għattaj. [1Kron:2:36] U Għattaj wiled lil Natan, u Natan wiled lil Żabad. [1Kron:2:37] U Żabad wiled lil Eflal; u Eflal wiled lil Għobed. [1Kron:2:38] U Għobed wiled lil Ġeħu, u Ġeħu wiled lil Għażarija. [1Kron:2:39] U Għażarija wiled lil Ħeles, u Ħeles wiled lil Elgħaxa. [1Kron:2:40] U Elgħaxa wiled lil Sismaj, u Sismaj wiled lil Sallum. [1Kron:2:41] U Sallum wiled lil Ġekamija, u Ġekamija wiled lil Elisama. [1Kron:2:42] U wlied Kaleb, ħu Ġeraħmijel: Maresa, il-kbir tiegħu, li kien missier Żif. U wlied Maresa, missier Ħebron. [1Kron:2:43] Ulied Ħebron kienu: Koraħ u Taffuħa, Rekem u Sema. [1Kron:2:44] Sema wiled lil Raħam, missier Ġorkegħam; u Rekem wiled lil Sammaj. [1Kron:2:45] U bin Sammaj: Magħon; u Magħon kien missier Betsur. [1Kron:2:46] U Għefa, konkubina ta' Kaleb, wildet lil Ħaran, u lil Mosa, u lil Gażeż; u Ħaran wiled lil Gażeż.

[1Kron:2:47] U wlied Ġaħdaj: Regem, Ġotam, Gesan, Pelet, Għefa u Sagħaf. [1Kron:2:48] Magħka, konkubina ta' Kaleb, wildet lil Seber u lil Tirħana, [1Kron:2:49] u wildet ukoll lil Sagħaf, missier Madmanna; lil Sewa, missier Makbena; u lil missier Ġibgħa; u bint Kaleb kienet Għaksa. [1Kron:2:50] Dawn kienu wlied Kaleb.

Ulied Ħur, il-kbir ta’ Efrata; Sobal, missier Kirjat-ġegħarim; [1Kron:2:51] Salma, missier Betlehem; Ħaref, missier Bet-gader. [1Kron:2:52] U wlied Sobal, missier Kirjat-ġegħarim, kienu: Ħarwe, nofs il-Manaħtin. [1Kron:2:53] U l-familji ta' Kirjat-ġegħarim, kienu: il-Ġetrin, il-Putin u s-Sumatin, u l-Misragħin. Minn dawn ħarġu s-Sorgħatin u l-Estawlin.

[1Kron:2:54] Ulied Xalmon: Betlehem u Netufin, Għatrot-bet-ġowab, u nofs il-Manaħtin, u s-Sorgħin. [1Kron:2:55] U l-familji ta' Soferim li kienu jgħammru f’Ġabes: Tirgħatin, Simgħatin u Sukatin. Dawn kienu l-Kenin, li tnisslu minn Ħamat, missier id-dar ta' Rekab.

3. Il-familja ta' David

[1Kron:3:1] U dawn kienu wlied David li twildulu f'Ħebron: il-kbir Amnon minn Aħinogħam, il-Ġeżragħelija; it-tieni, Danjel minn Abigajl, il-Karmelija; [1Kron:3:2] it-tielet, Absalom bin Magħka, bint Talmaj, sultan ta' Gesur; ir-raba', Adonija bin Ħaggit; [1Kron:3:3] il-ħames, Sefatija minn Abital; is-sitta, Itrigħam minn Għegla martu. [1Kron:3:4] Sitta tweldulu f'Ħebron, fejn saltan għal seba' snin u sitt xħur. U tlieta u tletin sena saltan f'Ġerusalemm. [1Kron:3:5] U dawn tweldulu f'Ġerusalemm: Simgħa, Sobab, Natan u Salamun, erbgħa minn Batsugħa, bint Għammijel. [1Kron:3:6] U Ibħar, Elisama, u Elifelet, [1Kron:3:7] Noga, Nefeg, Ġafigħa, [1Kron:3:8] Elisama, Eljada, u Elifelet, disgħa kollox. [1Kron:3:9] Dawn kienu l-ulied kollha ta' David, minbarra l-ulied tal-konkubini, u Tamar oħthom.

[1Kron:3:10] U wlied Salamun kienu: Reħobogħam; Abija, ibnu; Asa, ibnu; Ġosafat, ibnu; [1Kron:3:11] Ġoram, ibnu; Aħażija, ibnu; Ġowas, ibnu; [1Kron:3:12] Amasija, ibnu; Għażarija, ibnu; Ġotam, ibnu; [1Kron:3:13] Aħaż, ibnu; Ħeżekija, ibnu; Manassi, ibnu; [1Kron:3:14] Amon, ibnu; Ġosija, ibnu. [1Kron:3:15] U wlied Ġosija kienu: il-kbir, Ġoħanan; it-tieni, Ġeħojakim; it-tielet, Sedekija; ir-raba' Sallum. [1Kron:3:16] U wlied Ġeħojakim kienu: Ġekonija, ibnu; Sedekija, ibnu. [1Kron:3:17] U wlied Ġekonija, l-ilsir, kienu: Saltijel, ibnu; [1Kron:3:18] u Malkiram, Pedaja, Senassar, Ġekamija, Ħosama u Nedabija. [1Kron:3:19] U wlied Pedaja: Żerubbabel u Simgħi. U wlied Żerubbabel kienu: Mesullam, Ħananija, u Selomit oħthom; [1Kron:3:20] Ħasuba, Oħel, Berekija, Ħasadija, Ġusab-ħesed, ħamsa kollox.

[1Kron:3:21] Ulied Ħananija: Pelatija u Ġesagħija, ibnu; Refaja, ibnu; Arnan, ibnu; Għobadija, ibnu; Sekanija, ibnu.

[1Kron:3:22] U wlied Sekanija kienu: Semajja, u wlied Semajja kienu: Ħattus, Igal, Barijaħ, Nagħrija u Safat, sitta kollox. [1Kron:3:23] U wlied Nagħrija: Elijugħenaj, Ħiżkija, u Għażrikam, tlieta kollox. [1Kron:3:24] U wlied Elijugħenaj kienu: Ħodawija, Eljasib, Pelaja, Għakkub, Ġoħanan, Delaja, u Għanani, sebgħa kollox.

4. Il-familja ta' Ġuda

[1Kron:4:1] U wlied Ġuda kienu: Pereż, Ħesron, Karmi, Ħur u Sobal. [1Kron:4:2] Raja bin Sobal wiled lil Ġaħat; u Ġaħat wiled lil Aħumaj u lil Laħad. Dawn huma l-familji tas-Sorgħatin.

[1Kron:4:3] Dawn huma wlied Għetam: Ġeżragħel, Isma, Idbas; u oħthom kien jisimha Ħaslelfoni. [1Kron:4:4] Penuwel kien missier Gedorh, u Għeżer kien missier Ħusa. Dawn kienu wlied Ħur: il-kbir ta' Efrata, missier Betlehem. [1Kron:4:5] U Asħur, missier Tekugħa, kellu żewġ nisa: Ħela u Nagħra. [1Kron:4:6] U Nagħra wilditlu lil Aħużżam, u lil Ħefer, u lil Temeni, u lil
Ħaħastari. Dawn kienu wlied Nagħra. [1Kron:4:7] U wlied Ħela: Seret, Isħar, u Etnan. [1Kron:4:8] U Kas wiled lil Għanub, lil Sobeba u l-familji ta' Aħarħel, iben Ħarum. [1Kron:4:9] U Ġagħbes kien imweġġaħ aktar minn ħutu; ommu semmietu Ġagħbes, għax, qalet, fl-uġigħ wilidtu. [1Kron:4:10] Ġagħbes sejjaħ lil Alla ta' Iżrael u qal: “Li kont tberikni u twessa' l-fruntieri ta' l-art tiegħi, u tkun idek miegħi u żżommni 'l bogħod mill-ħsara, li ma tilħaqnix.” U Alla tah li talab. [1Kron:4:11] U Kelub, ħu Suħa, wiled lil Meħir, li kien missier Estun. [1Kron:4:12] U Estun wiled lil Betrafa, lil Paseħa, u lil Teħinna, missier Għir-naħas. Dawn kienu l-irġiel ta' Reka. [1Kron:4:13] U wlied Kenaż: Għotnijel u Seraja. U wlied Għotnijel: Ħatat u Megħonotaj. [1Kron:4:14] Megħonotaj wiled lil Għofra; u Seraja wiled lil Ġowab, missier il-Geħarasim, għax kienu nies tas-sengħa. [1Kron:4:15] U wlied Kaleb bin Ġefunni: Għir, u Ela, u Nagħam; u wlied Ela: Kenaż. [1Kron:4:16] U wlied Ġeħallelijel: Żif, Żifa, Tirija, Axarel. [1Kron:4:17a] U wlied Għeżra: Ġeter, Mered, Għefer u Ġalon. [1Kron:4:18b] U dawn kienu wlied Bitija bint il-Fargħun, li kien iżżewwiġha Mered. [1Kron:4:17b] U hi tqalet u wildet lil Mirjam, lil Sammaj u lil Isba, missier Estemogħa. [1Kron:4:18a] U martu, il-Lhudija, wildet lil Ġered, missier Gedor; Ħeber, missier Xoku; u Ġekutijel, missier Żanuħa. [1Kron:4:19] U wlied il-mara ta' Ħodija, oħt Naħam, kienu missier Kegħila, il-Garmi, u missier Estemogħa, il-Magħkati. [1Kron:4:20] U wlied Simon kienu: Amnon u Rinna, Benħanan, u Tilon. U wlied Isgħi: Żoħet u Benżoħet. [1Kron:4:21] Ulied Sela bin Ġuda: Għer, missier Leka; u Lagħda, missier Maresa, u l-familji tal-ħaddiema ta' l-għażel, u l-familji ta' Betasbigħa; [1Kron:4:22] u Ġokim u l-irġiel ta' Kożeba, u Ġowas u Xaraf, li ħakmu fuq Mowab u reġgħu lura lejn Leħem - dawn tifkiriet qodma. [1Kron:4:23] Dawn kienu l-fuħħarin li kienu joqogħdu f'Netagħim u Gedera, u għammru hemm għand is-sultan biex jaħdmulu.
Il-familja ta' Simgħon

[1Kron:4:24] Ulied Simgħon kienu: Nemwel, Ġamin, Ġarib, Żeraħ, u Sawl. [1Kron:4:25] Sallum, ibnu; Mibsam, ibnu; Misma, ibnu. [1Kron:4:26] U wlied Misma kienu: Ħammuwel, ibnu; Żakkur, ibnu; Simgħi, ibnu; [1Kron:4:27] U Simgħi kellu sittax-il tifel u sitt ibniet. Ħutu ma kellhomx ħafna tfal, u l-familji tagħhom ħadd minnhom ma kotor daqs dawk ta' wlied Ġuda.

[1Kron:4:28] Għammru f'Birsaba, Molada, Ħasar-Sugħal; [1Kron:4:29] u f'Bilħa, f'Għesem, f'Tolad, [1Kron:4:30] f'Betwel, f’Ħorma, f'Siklag, [1Kron:4:31] f'Bet-markabot, f'Ħasarsusim, f'Bet-biri u f'Sagħarajm. Dawn kienu bliethom sakemm kien isaltan David, [1Kron:4:32] bl-irħula tagħhom: Għetam, Għajn, Rimmon, Token, u Għasan; ħamest ibliet kollox [1Kron:4:33] bl-irħula tagħhom kollha li kienu madwar dawn l-ibliet sa Bagħal. Dawn huma l-għamajjar tagħhom, u ktieb in-nisel tagħhom. [1Kron:4:34] U Mesobab, Ġamlek, Ġosa bin Amasija; [1Kron:4:35] Ġoel, Ġeħu bin Ġosibija, bin Xerajja, bin Għaxjel, [1Kron:4:36] Eliju-għenaj, Ġagħkoba, Ġesoħaja, Għasajja, Għadijel, Geximjel, Benajja. [1Kron:4:37] U Żiża bin Sifgħi, bin Allon, bin Ġedajja, bin Żimri, bin Semajja. [1Kron:4:38] Dawn li ġibniehom b'isimhom kienu prinċpijiet fil-familji tagħhom, u djar missirijiethom kotru ħafna. [1Kron:4:39] Huma marru lejn id-daħla ta' Gedor lejn il-lvant tal-wied, ifittxu l-mergħa għall-imrieħel tagħhom. [1Kron:4:40] U sabu mergħa bnina u tajba, u art wiesgħa, kwieta u mistrieħa, għax dawk li kienu jgħammru fiha qabel kienu ġejjin minn Ħam. [1Kron:4:41] Dawn, miktubin hawn b'isimhom, fi żmien Ħeżekija, sultan ta' Ġuda, ġew u qerdu t-tined tagħhom u lill-Megħunin, li kienu jinsabu hemm, u qerduhom kif għadhom sa llum, u bdew jgħammru flokhom, għax kien hemm il-mergħa tajba għall-imrieħel tagħhom. [1Kron:4:42] U xi wħud minnhom, minn ulied Simgħon, baqgħu sejrin sal-muntanja ta' Xegħir, ħames mitt raġel, b'kapijiet tagħhom: Pelatija, Nagħrija, Refaja u Għużżijel, ulied Isgħi. [1Kron:4:43] U huma qerdu l-fdalijiet ta' Għamalek, u baqgħu jgħammru hemm sa llum.

5. Il-familja ta' Ruben

[1Kron:5:1] U wlied Ruben, il-kbir ta' Iżrael, (kien il-kbir, imma billi niġġes friex missieru, il-primoġenitura ngħatat lil ulied Ġużeppi bin Iżrael, għalhekk m'hux imniżżel fl-arblu tar-razza bħala l-kbir. [1Kron:5:2] Għalkemm Ġuda kien qawwi fost ħutu u minnu ħareġ prinċep, il-primoġenitura ħadha Ġużeppi); [1Kron:5:3] ulied Ruben, il-kbir ta' Iżrael kienu: Ħanok, Pallu, Ħesron, u Karmi. [1Kron:5:4] Ulied Ġoel: Semajja, ibnu; Gog, ibnu; Simgħi, ibnu; [1Kron:5:5] Mika, ibnu; Raja, ibnu; Bagħal, ibnu; [1Kron:5:6] Bera, ibnu, li Tiglat-pileser, sultan ta' l-Assirja, ħadu fl-eżilju, kien il-prinċep tar-Rubenin. [1Kron:5:7] U ħutu skond il-familji tagħhom, kif inhuma miktubin fl-arblu tar-razza skond il-ġenerazzjonijiet tagħhom kienu: il-kap Ġegħijel, Żakkarija, [1Kron:5:8] Bela bin Għażaż, bin Sema, bin Ġoel, li kien jgħammar f'Għarogħer, sa Nebu u Bagħal-megħon. [1Kron:5:9] Kien jgħammar ukoll lejn il-lvant sa dħul id-deżert lil hinn min-naħa tax-xmara ta' l-Ewfrat, għax l-imrieħel tagħhom kienu tkattru fl-art ta' Gilgħad. [1Kron:5:10] U fi żmien Sawl ħabtu għall-Ħagrin, u dawn waqgħu f'idejhom; u għammru fit-tined tagħhom fuq in-naħa kollha tal-lvant ta' Gilgħad.

Il-familja ta' Gad

[1Kron:5:11] U wlied Gad kienu jgħammru biswithom fl-art ta' Basan sa Saleka: [1Kron:5:12] Ġoel, l-ewwel; Safam, it-tieni; Ġagħnaj; u Safat f'Basan. [1Kron:5:13] U ħuthom skond id-djar ta' missirijiethom kienu: Mikiel, Messullam, Seba, Ġoraj, Ġagħkan, Żigħa, Għeber - sebgħa kollox.

[1Kron:5:14] Dawn ulied Abiħajl bin Ħuri, bin Ġaruħa, bin Gilgħad, bin Mikiel, bin Ġesisaj, bin Ġaħdu, bin Buż; [1Kron:5:15] Aħi bin Għabdijel, bin Guni, il-kap tad-djar ta' missirijiethom. [1Kron:5:16] U kienu jgħammru f'Gilgħad f'Basan, u fl-ibliet tagħha, u fil-mergħat kollha ta' Saron sat-truf kollha tagħhom. [1Kron:5:17] Dawn kollha kienu magħduda u miktubin fi żmien Ġotam, sultan ta' Ġuda, u fi żmien Ġerobogħam, sultan ta' Iżrael.

[1Kron:5:18] Ulied Ruben u Gad, u nofs it-tribù ta' Manassi, rġiel ta' ħila, kellhom irġiel li kienu jġorru t-tarka u x-xabla, jiġbdu l-qaws u mħarrgin fit-taqbid, erbgħa u erbgħin elf, seba' mija u sittin ruħ lesti biex joħorġu għall-gwerra. [1Kron:5:19] U għamlu gwerra kontra l-Ħagrin, u kontra Ġetur, Nafis, u Nodab; [1Kron:5:20] u huma kienu megħjunin kontrihom, u waqqgħu f'idejhom lill-Ħagrin u lil dawk kollha li kienu magħhom, għax huma sejjħu lil Alla waqt il-ġlied u semagħhom għax ittamaw fih. [1Kron:5:21] U ħadulhom l-imrieħel tagħhom: ħamsin elf ġemel, mitejn u ħamsin elf nagħġa, elfejn ħmar, u mitt elf ruħ ħajjin. [1Kron:5:22] U ħafna waqgħu mejta għax il-gwerra kienet ġejja minn Alla, u baqgħu jgħammru flokhom sa l-eżilju.

Nofs it-tribù ta' Manassi

[1Kron:5:23] U wlied in-nofs tribù ta' Manassi kienu jgħammru fl-art li tieħu minn Basan sa Bagħal-ħermon, Xenir, u l-muntanja tal-Ħermon; u kienu ħafna. [1Kron:5:24] U dawn kienu l-kapijiet ta' djar missirijiethom: Għefer, Isgħi, Elijel, Għażrijel, Ġeremija, Ħodawija, u Ġaħdijel, nies qalbiena, nies imsemmija, kapijiet ta' djar missirijiethom. [1Kron:5:25] Imma dinbu kontra Alla ta' missirijiethom, u żnew wara allat il-ġnus tal-pajjiż, li Alla kien qered minn quddiemhom. [1Kron:5:26] Għalhekk Alla ta' Iżrael qanqal ir-ruħ ta' Pul, is-sultan ta' l-Assirja, jiġifieri r-ruħ ta' Tiglat-pileser, is-sultan ta' l-Assirja, u eżiljahom: lir-Rubenin, lill-Gadin, u n-nofs tribù ta' Manassi, u ħadhom f’Ħalaħ, Ħabor, Ħara, u x-xmara ta' Gożan, fejn għadhom hemm sa llum.

Il-familja ta' Levi

[1Kron:5:27] Ulied Levi kienu: Gersun, Keħat, Merari. [1Kron:5:28] U wlied Keħat: Għamram, Isħar, Ħebron u Għużżijel. [1Kron:5:29] U wlied Għamram: Aron, Mosè, u Mirjam. U wlied Aron: Nadab, Abiħu, Elgħażar u Itamar. [1Kron:5:30] Elgħażar wiled lil Fineħas; Fineħas wiled lil Abisugħa, [1Kron:5:31] u Abisugħa wiled lil Bukki; u Bukki wiled lil Għużżi; [1Kron:5:32] u Għużżi wiled lil Żeraħija; u Żeraħija wiled lil Merajot; [1Kron:5:33] Merajot wiled lil Amarija, u Amarija wiled lil Aħitub. [1Kron:5:34] Aħitub wiled lil Sadok, u Sadok wiled lil Aħimagħas. [1Kron:5:35] U Aħimagħas wiled lil Għażarija, u Għażarija wiled lil Ġoħanan. [1Kron:5:36] U Ġoħanan wiled lil Għażarija. Dan kien li kien iservi ta' qassis fit-tempju li kien bena Salamun f'Ġerusalemm. [1Kron:5:37] Għażarija wiled lil Amarija, u Amarija wiled lil Aħitub. [1Kron:5:38] U Aħitub wiled lil Sadok; u Sadok wiled lil Sallum; [1Kron:5:39] u Sallum wiled lil Ħilkija; u Ħilkija wiled lil Għażarija. [1Kron:5:40] U Għażarija wiled lil Xeraja, u Xeraja wiled lil Ġeħosadak. [1Kron:5:41] U Ġeħosadak mar fl-eżilju meta l-Mulej eżilja lil Ġuda u 'l Ġerusalemm permezz ta' Nabukodonosor.

6. [1Kron:6:1] Ulied Levi kienu: Gersum, Keħat, u Merari. [1Kron:6:2] U dawn l-ismijiet ta' wlied Gersum: Libni u Simgħi. [1Kron:6:3] U wlied Keħat: Għamram, u Isħar, Ħebron u Għużżijel. [1Kron:6:4] Ulied Merari: Maħli u Musi.

U dawn huma l-familjari tal-Leviti skond missirijiethom:

[1Kron:6:5] Minn Gersum: Libni, ibnu; Ġaħat, ibnu; Żimma, ibnu; [1Kron:6:6] Ġowaħ, ibnu; Għiddu, ibnu; Żeraħ, ibnu; Ġejteraj, ibnu. [1Kron:6:7] Ulied Keħat: Għamminadab, ibnu; Koraħ, ibnu; Assir, ibnu; [1Kron:6:8] Elkana, ibnu; Ebijasaf, ibnu; Assir, ibnu; [1Kron:6:9] Taħat, ibnu; Urijel, ibnu; Għużżija, ibnu; Sawl, ibnu. [1Kron:6:10] U wlied Elkana: Għamasaj u Aħimot; [1Kron:6:11] Elkana, ibnu; Sofaj, ibnu; Naħat, ibnu; [1Kron:6:12] Elijab, ibnu; Ġeroħam, ibnu; Elkana, ibnu. [1Kron:6:13] Ulied Samwel: Ġoel, il-kbir, u Abija, it-tieni. [1Kron:6:14] Ulied Merari: Maħli; Libni, ibnu; Simgħi, ibnu; Għużża, ibnu; [1Kron:6:15] Simgħa, ibnu; Ħaggija, ibnu; Għasaja, ibnu.

[1Kron:6:16] Dawn kienu n-nies li David kien ħatar għat-tmexxija tal-kant fit-tempju tal-Mulej, meta l-arka sabet postha. [1Kron:6:17] U kienu jservu bħala kantanti quddiem it-tabernaklu tat-tinda tal-laqgħa sa ma bena Salamun it-tempju tal-Mulej f'Ġerusalemm, u kienu jservu bl-ordni kif kien imisshom.

[1Kron:6:18] Dawn huma n-nies u wliedhom li kienu jservu. Minn ulied il-Keħatin: Ħeman, il-kantant, bin Ġoel, bin Samwel, [1Kron:6:19] bin Elkana, bin Ġeroħam, bin Elijel, bin Towaħ, [1Kron:6:20] bin Suf, bin Elkana, bin Maħat, bin Għamasaj, [1Kron:6:21] bin Elkana, bin Ġoel, bin Għażarija, bin Sefanija, [1Kron:6:22] bin Taħat, bin Assir, bin Ebijasaf, bin Koraħ, [1Kron:6:23] bin Isħar, bin Keħat, bin Levi, bin Iżrael; [1Kron:6:24] u ħuh Asaf, li kien joqgħod fuq il-lemin tiegħu, jiġifieri, Asaf bin Berekija, bin Simgħi, [1Kron:6:25] bin Mikiel, bin Bagħasejja, bin Malkija, [1Kron:6:26] bin Etni, bin Żeraħ, bin Għadaja, [1Kron:6:27] bin Etan, bin Żimma, bin Simgħi, [1Kron:6:28] bin Ġaħat, bin Gersum, bin Levi; [1Kron:6:29] u wlied Merari, ħuthom, li kienu joqogħdu fuq ix-xellug; Etan bin Kis, bin Għabdi, bin Malluk, [1Kron:6:30] bin Ħasabija, bin Amasija, bin Ħilkija, [1Kron:6:31] bin Amsi, bin Bani, bin Semer, [1Kron:6:32] bin Maħli, bin Musi, bin Merari, bin Levi.

[1Kron:6:33] U ħuthom il-Leviti kienu maħtura għas-servizz kollu tat-tabernaklu tat-tempju ta' Alla.

[1Kron:6:34] U Aron u wliedu kienu joffru fuq l-artal tas-sagrifiċċju tal-ħruq, u fuq l-artal ta' l-inċens; huma wkoll kienu jieħdu ħsieb is-servizz kollu tal-post il-qaddis u jitolbu maħfra għal Iżrael skond kull ma kien ordna Mosè, il-qaddej ta' Alla. [1Kron:6:35] U dawn kienu wlied Aron: Elgħażar, ibnu; Fineħas, ibnu; Abisugħa, ibnu; [1Kron:6:36] Bukki, ibnu; Għużżi, ibnu; Żeraħija, ibnu; [1Kron:6:37] Merajot, ibnu; Amarija, ibnu; Aħitub, ibnu; [1Kron:6:38] Sadok, ibnu; u Aħimagħas, ibnu.

[1Kron:6:39] U dawn huma l-għamajjar tagħhom skond il-limiti ta' sehemhom. Lil ulied Aron tal-familja tal-Keħatin, għax messithom l-ewwel xorti, [1Kron:6:40] tawhom Ħebron bil-mergħat ta' madwarha fl-art ta' Ġuda. [1Kron:6:41] Imma r-raba' tal-belt u l-irħula tagħha ngħataw lil Kaleb bin Ġefunni. [1Kron:6:42] U lil ulied Aron ingħataw Ħebron, belt tal-kenn, Libna bil-mergħat tagħha, Ġattir u Estemgħa bil-mergħat tagħhom, [1Kron:6:43] Ħilen bil-mergħat tagħha, Debir bil-mergħat tagħha, [1Kron:6:44] Għasan bil-mergħat tagħha, Bet-xemex bil-mergħat tagħha. [1Kron:6:45] U mit-tribù ta' Benjamin, Geba bil-mergħat tagħha, Għalemet bil-mergħat tagħha, Għanatot bil-mergħat tagħha - l-ibliet kollha tagħhom kienu tlittax bil-mergħat tagħhom.

[1Kron:6:46] U lill-bqija ta' wlied Keħat, skond il-familji tagħhom, messhom bix-xorti għaxart ibliet mit-tribù ta' Efrajm, mit-tribù ta' Dan u minn nofs it-tribù ta' Manassi. [1Kron:6:47] U lil ulied Gersom skond il-familji tagħhom messhom bix-xorti tlittax-il belt mit-tribù ta' Issakar, ta' Aser, ta' Naftali u minn nofs it-tribù ta' Manassi f'Basan. [1Kron:6:48] U lil ulied Merari skond il-familji tagħhom messhom bix-xorti tnax-il belt mit-tribù ta' Ruben, ta' Gad, u ta' Żebulun.

[1Kron:6:49] U wlied Iżrael taw dawn l-ibliet bil-mergħat tagħhom lil-Leviti; [1Kron:6:50] tawhomlhom bix-xorti mit-tribù ta' wlied Ġuda, u mit-tribù ta' wlied Simgħon, u mit-tribù ta' wlied Benjamin; dawn l-ibliet jissemmew b'isimhom.

[1Kron:6:51] U l-familji ta' wlied Keħat kisbu bix-xorti bliet mit-tribù ta' Efrajm; [1Kron:6:52] u tawhom dawn l-ibliet tal-kenn: Sikem bil-mergħat tagħha fil-muntanji ta' Efrajm, Geżer bil-mergħat tagħha, [1Kron:6:53] Ġokmegħam bil-mergħat tagħha, Bet-ħoron bil-mergħat tagħha, [1Kron:6:54] Ajjalon bil-mergħat tagħha, u Gat-rimmon bil-mergħat tagħha, [1Kron:6:55] u minn nofs it-tribù ta' Manassi, Għaner bil-mergħat tagħha, Bilgħam bil-mergħat tagħha għall-familji tal-bqija ta' wlied Keħat.

[1Kron:6:56] U lil ulied Gersum tawhom minn nofs it-tribù ta' Manassi: Golan f'Basan bil-mergħat tagħha, u Għastarot bil-mergħat tagħha. [1Kron:6:57] U mit-tribù ta' Issakar: Kedes bil-mergħat tagħha, Dabrat bil-mergħat tagħha, [1Kron:6:58] u Ramot bil-mergħat tagħha, Għanem bil-mergħat tagħha. [1Kron:6:59] U mit-tribù ta' Aser: Masal bil-mergħat tagħha, Għabdon bil-mergħat tagħha; [1Kron:6:60] Ħukok bil-mergħat tagħha, Reħob bil-mergħat tagħha. [1Kron:6:61] Mit-tribù ta' Naftali: Kedes fil-Galilija bil-mergħat tagħha, u Ħammon bil-mergħat tagħha, u Kirjatajm bil-mergħat tagħha. [1Kron:6:62] U lill-bqija ta' wlied Merari tawhom mit-tribù ta' Żebulon: Rimmon bil-mergħat tagħha, Tabor bil-mergħat tagħha; [1Kron:6:63] u 'l hemm mill-Ġordan, biswit Ġeriko, fuq in-naħa tal-Lvant tal-Ġordan, mit-tribù ta' Ruben, tawhom: Beser fid-deżert bil-mergħat tagħha, Ġaħsa bil-mergħat tagħha, [1Kron:6:64] Kedemot bil-mergħat tagħha, Mefagħat bil-mergħat tagħha. [1Kron:6:65] U mit-tribù ta' Gad: Ramot f'Gilgħad bil-mergħat tagħha, Maħanajm bil-mergħat tagħha, [1Kron:6:66] Ħebson bil-mergħat tagħha u Ġagħżer bil-mergħat tagħha.

7. Il-familja ta' Issakar

[1Kron:7:1] U wlied Issakar kienu Tola, Puwa, Ġasub, Simron - erbgħa. [1Kron:7:2] U wlied Tola kienu: Għużżi, Refaja, Ġerijel, u Ġaħmaj, Ibsam, Samwel, kapijiet ta' djar missirijiethom imnisslin minn Tola, nies qalbiena miktuba skond il-ġenerazzjoni tagħhom. Fi żmien David kienu jgħoddu tnejn u għoxrin elf u sitt mitt ruħ. [1Kron:7:3] U wlied Għużżi: Iżraħija, u wlied Iżraħija kienu: Mikiel, Għobadaja, Ġoel, Issija; ħamsa, kollha kapijiet. [1Kron:7:4] U magħhom kien hemm, skond il-ġenerazzjoni ta' dar missirijiethom, qtajja' ta' l-eżerċti mħarrġa għall-gwerra sitta u tletin elf, għax kellhom ħafna nisa u tfal. [1Kron:7:5] U ħuthom li kienu mill-familji ta' Issakar kienu jlaħħqu kollox sebgħa u tmenin elf raġel, gwerriera qalbiena, miktubin skond il-familji tagħhom.

Il-familja ta' Benjamin

[1Kron:7:6] Ulied Benjamin kienu: Bela, Beker, Ġedigħajel - tlieta kollox. [1Kron:7:7] Ulied Bela: Esbon, Għużżi, Għużżijel, Ġerimot, Għiri - ħamsa, kapijiet ta' djar il-missirijiet, gwerriera qalbiena, u, skond il-kitba tal-familji tagħhom, tnejn u għoxrin elf u erbgħa u tletin. [1Kron:7:8] U wlied Beker: Żemira, Ġogħas, Eligħeżer, Elijugħenaj, Għomri, Ġeremot, Abija, Għanatatot, u Għalemet, dawn kollha wlied Beker. [1Kron:7:9] U l-għadd tal-miktubin, skond il-ġenerazzjoni tagħhom, bħala kapijiet tal-familji ta' missirijiethom, gwerriera qalbiena, kien għoxrin elf u mitejn ruħ. [1Kron:7:10] Wild Ġedigħajel: Bilħan. U wlied Bilħan: Ġegħus, Benjamin, Eħud, Kengħana, Żetan, Tarsis u Aħisaħar. [1Kron:7:11] Dawn kollha kienu wlied Ġedigħajel skond il-kapijiet tal-familji tad-djar ta' missirijiethom, gwerriera qalbiena, sbatax-il elf u mitejn ruħ, lesti biex joħorġu għall-gwerra. [1Kron:7:12] U Suffim u Ħuffim, ulied Għir; Ħusim, ulied Aħer.

Il-familja ta' Naftali

[1Kron:7:13] Ulied Naftali kienu: Ġaħsijel, Guni, Ġeser, Sallum, ulied Bilħa.

Il-familja ta' Manassi

[1Kron:7:14] Ulied Manassi kienu: Axrijel, li wilditlu l-konkubina l-Aramija; wildet ukoll lil Makir, missier Gilgħad. [1Kron:7:15] U Makir ħa nisa għal Ħuffim u għal Suffim. Waħda kien jisimha Magħka, u isem it-tieni kien Selofħad; Selofħad kellha bniet biss. [1Kron:7:16] U Magħka, il-mara ta' Makir, wildet iben u semmietu Peres, u ħuh kien jismu Seres, u wliedu kienu Ulam u Rakem. [1Kron:7:17] U wlied Ulam: Bedan. Dawn huma wlied Gilgħad bin Makir, bin Manassi. [1Kron:7:18] U oħtu Ħammoleket wildet lil Isħod, lil Abigħeżer u lil Maħla. [1Kron:7:19] U wlied Semida kienu Aħijan, Sikem, Likħi u Anigħam.

Il-familja ta' Efrajm

[1Kron:7:20] U wlied Efrajm: Setulaħ, Bered, ibnu; Taħat, ibnu; Elgħada, ibnu; Taħat, ibnu; [1Kron:7:21] Żabad, ibnu; Sutelaħ, ibnu; Għeżer u Elgħad; lil dawn qatlulhom in-nies ta' Gatt, li kienu twieldu fil-pajjiż, għax kienu niżlu jeħdulhom l-imrieħel. [1Kron:7:22] U Efrajm missierhom għamel il-vistu għal ħafna jiem, u ħutu ġew isabbruh. [1Kron:7:23] U resaq lejn martu, u din tqalet, u wildet iben, u semmieh Berigħa, għax kienet waqgħet il-ħsara fuq daru. [1Kron:7:24] Bintu kienet Sera, li bniet Bet-ħoron, ta' isfel u ta' fuq, u Użżen-sera. [1Kron:7:25] Refah kien ibnu, u Resef ibnu, u Telaħ ibnu, u Taħan ibnu, [1Kron:7:26] Lagħdan ibnu, Għammiħud ibnu, Elisama ibnu, [1Kron:7:27] Nun ibnu, Ġożwè ibnu. [1Kron:7:28] L-artijiet u l-għamajjar tagħhom kienu: Betel bl-irħula tagħha, Nagħran fuq il-lvant, u Geżer bl-irħula tagħha, fuq il-punent, u Sikem bl-irħula tagħha, u Għajja bl-irħula tagħha. [1Kron:7:29] U f'idejn ulied Manassi kienu: Betsan bl-irħula tagħha, Tagħnak bl-irħula tagħha, Megiddu bl-irħula tagħha, u Dor bl-irħula tagħha. F'dawn kienu jgħammru wlied Ġużeppi bin Iżrael.

Il-familja ta' Aser

[1Kron:7:30] Ulied Aser kienu: Imna, Iswa, Iswi, Berigħa, u oħthom Xeraħ. [1Kron:7:31] U wlied Berigħa: Ħeber, Malkijel, li kienu missier Birżajt. [1Kron:7:32] U Ħeber wiled lil Ġaflet, Somer, Ħotam u Sugħa, oħthom. [1Kron:7:33] U wlied Ġaflet kienu: Pasak, Bimħal, Għaswat. Dawn kienu wlied Ġaflet. [1Kron:7:34] U wlied Semer, ħuh, kienu: Roħga, Ġeħubba u Aram. [1Kron:7:35] U wlied Ħelem, ħuh, kienu: Sofaħ, Imna, Seles u Għamal. [1Kron:7:36] Ulied Sofah: Suħa, Ħarnefer, Sugħal, Beri, Imraħ, [1Kron:7:37] Beser, Ħod, Samma, Silsa, Itran, u Bera. [1Kron:7:38] U wlied Ġeter: Ġefunni, Pisfa u Ara. [1Kron:7:39] U wlied Għulla kienu: Araħ, Ħannijel u Risja.

[1Kron:7:40] Dawn kollha kienu wlied Aser, kapijiet ta' djar missirijiethom, nies magħżula, gwerriera qalbiena, kapijiet fost il-prinċpijiet. L-għadd tal-miktubin tagħhom fl-eżerċtu għall-gwerra kien ilaħħaq sitta u għoxrin elf ruħ.

8. Il-familja ta' Benjamin

[1Kron:8:1] U Benjamin wiled lil Bela, il-kbir tiegħu, Asbel it-tieni, Aħaraħ it-tielet, [1Kron:8:2] Noħa r-raba', Rafa l-ħames. [1Kron:8:3] U Bela kellu dawn l-ulied: Addar, Gera, Abiħud, [1Kron:8:4] Abisugħa, Nagħman, Aħuwaħ, [1Kron:8:5] Gera, Sefufan, u Ħuram. [1Kron:8:6] Dawn kienu wlied Eħud; kienu l-kapijiet ta' djar missirijiethom ta' dawk li kienu jgħammru f'Geba, u ttieħdu fl-eżilju f'Manaħat: [1Kron:8:7] Nagħman, Aħija, Gera, dak li kien ġagħalhom jitilqu, u wiled lil Għużża u lil Aħiħud. [1Kron:8:8] Saħarajm wiled fir-raba' ta' Mowab, wara li keċċa 'l barra lin-nisa tiegħu Ħusim u Bagħra, [1Kron:8:9] u wiled minn martu Ħodes lil Ġobab, Sibja, Mesa, Malkam, [1Kron:8:10] Ġegħus, Xakja, u Mirma. Dawn kienu wliedu, kapijiet ta' djar missirijiethom. [1Kron:8:11] U minn Ħusim wiled lil Abitub u lil Elfagħal. [1Kron:8:12] U wlied Elfagħal kienu: Għeber, Misgħam, Semed, li bena Onu u Lod bl-irħula tagħha, [1Kron:8:13] u Berigħa u Sema; dawn kienu l-kapijiet ta' djar missirijiethom, ta' dawk li kienu jgħammru f'Ajjalon, li ħarrbu lil dawk li kienu jgħammru f'Gatt. [1Kron:8:14] U Aħiju, Sasak, u Ġeremot, [1Kron:8:15] Żebadija, Għarad, Għeder, [1Kron:8:16] Mikiel, Isfa, u Ġoħa kienu wlied Berigħa. [1Kron:8:17] U Żebadija u Mesullam, Ħiżki, Ħeber, [1Kron:8:18] Ismeraj, Iżlija, Ġobab kienu wlied Elfagħal. [1Kron:8:19] Ġakim, Żikri, Żabdi, [1Kron:8:20] Eligħenaj, Silletaj, Elijel, [1Kron:8:21] Għadajja, Berajja u Simrat kienu wlied Simgħi. [1Kron:8:22] Isfan, Għeber, u Elijel, [1Kron:8:23] u Għabdon, Żikri, Ħanan, [1Kron:8:24] Ħananija, Għelam, Għantotija, [1Kron:8:25] Ifdija u Penuwel kienu wlied Sasak. [1Kron:8:26] Samseraj, Seħarija, Għatalija, [1Kron:8:27] Gagħresija, Elija u Żikri kienu wlied Ġeroħam. [1Kron:8:28] Dawn kienu l-kapijiet ta' djar missirijiethom skond il-ġenerazzjonijiet tagħhom. Dawn kienu l-kbarat li kienu jgħammru f'Ġerusalemm.

[1Kron:8:29] F'Gibgħon kien jgħammar missier Gibgħon, u martu kien jisimha Magħka. [1Kron:8:30] Ibnu l-kbir kien Għabdon, u warajh kellu lil Żur, Kis, Bagħal, Nadab, [1Kron:8:31] Gedor, Aħiju u Żakar. [1Kron:8:32] U Miklot wiled lil Sima. Dawn ukoll kienu jgħammru ma' ħuthom biswithom f'Ġerusalemm. [1Kron:8:33] U Ner wiled lil Kis, u Kis wiled lil Sawl, u Sawl wiled lil Ġonatan, u lil Malkisugħa, u lil Abinadab u lil Isbagħal. [1Kron:8:34] U bin Ġonatan kien Merib-bagħal; u Merib-bagħal wiled lil Mika. [1Kron:8:35] U wlied Mika kienu: Piton u Melek, Tarigħa u Aħaż. [1Kron:8:36] U Aħaż wiled lil Ġeħogħadda, u Ġeħogħadda wiled lil Għalemet u lil Għażmawet, u lil Żimri. U Żimri wiled lil Mosa; [1Kron:8:37] u Mosa wiled lil Bingħa; Rafa kien ibnu, Elgħaxa ibnu, Asel ibnu.

[1Kron:8:38] Asel kellu sitt subjien, u dawn kien jisimhom: Għażrikam, ibnu l-kbir, Ismagħel, Segħarija, Għobadija u Ħanan. Dawn kollha wlied Asel. [1Kron:8:39] U wlied Għesek, ħuh, kienu: Ulam il-kbir, Ġegħus it-tieni, u Elifelet it-tielet. [1Kron:8:40] Ulied Ulam kienu gwerriera qalbiena, rġiel imħarrġa fil-ġbid tal-qaws; kellhom ħafna wlied, u wlied l-ulied: mija u ħamsin. Dawn kollha minn ulied Benjamin.

9. Il-familji li ġew lura minn Babilonja

[1Kron:9:1] L-Iżraelin kollha kienu mniżżlin f'arbli tar-razza u miktubin fi Ktieb is-Slaten ta' Iżrael u ta' Ġuda meta kienu tturufnati f'Babilonja minħabba l-infedeltà tagħhom.

[1Kron:9:2] L-ewwel li ġew jgħammru f'artijiethom u fi bliethom kienu: Iżrael, il-qassisin, il-Leviti u l-qaddejja tat-tempju.

[1Kron:9:3] F'Ġerusalemm kienu jgħammru xi wħud minn ulied Ġuda, minn ulied Benjamin, u minn ulied Efrajm u Manassi: [1Kron:9:4] Għutaj bin Għammiħud, bin Għomri, bin Imri, bin Bani, minn ulied Pereż bin Ġuda. [1Kron:9:5] U mis-Selanin: Għasaja l-kbir, u wliedu. [1Kron:9:6] U minn ulied Żeraħ: Ġegħuwel u ħuthom, sitt mija u disgħin. [1Kron:9:7] U minn ulied Benjamin: Sallu bin Mesullam, bin Ħodawija, bin Ħassenuwa, [1Kron:9:8] u Ibneja bin Ġeroħam, Ela bin Għużżi, bin Mikri, u Mesullam bin Sefatija, bin Regħwel, bin Ibnija, [1Kron:9:9] u ħuthom, skond il-ġenerazzjonijiet tagħhom, disa' mija u sitta u ħamsin. Dawn kollha kienu kapijiet tal-familji ta' missirijiethom, skond id-djar ta' missirijiethom.

[1Kron:9:10] Mill-qassisin kienu hemm: Ġedajja, Ġeħojarib, Ġakin, [1Kron:9:11] u Għażarija bin Ħilkija, bin Mesullam, bin Sadok, bin Merajot, bin Aħitub, kap tat-tempju ta' Alla. [1Kron:9:12] U Għadajja bin Ġeroħam, bin Pasħur, bin Malkija, u Magħsaj bin Għadijel, bin Ġaħżera, bin Mesullam, bin Mesillemit, bin Immer. [1Kron:9:13] U ħuthom, kapijiet ta' djar missirijiethom, elf seba' mija u sittin, nies qalbiena u ta' ħila fis-servizz tad-dar ta' Alla.

[1Kron:9:14] U mil-Leviti: Semajja bin Ħassub, bin Għażrikam, bin Ħasabija minn ulied Merari; [1Kron:9:15] u Bakbakkar, Ħeres, Galal, u Mattanija bin Mika, bin Żikri, bin Asaf. [1Kron:9:16] U Għobadija bin Semajja, bin Galal, bin Ġedutun, u Berekija bin Asa, bin Elkana, li kien jgħammar fl-irħula tan-Netufin.

[1Kron:9:17] Il-purtinara kienu: Sallum, Għakkub, Talmon, Aħiman, u ħuthom - Sallum kien il-kap. [1Kron:9:18] Għadhom sa llum f'bieb is-sultan, in-naħa tal-lvant. Dawn kienu l-purtinara tal-kamp ta' wlied Levi. [1Kron:9:19] U Sallum bin Kore, Ebijasaf bin Koraħ, u ħutu mill-familja ta' missieru, il-Koraħin, kienu jieħdu ħsieb ix-xogħol ta' għassiesa tal-bieb tat-tinda, bħalma missirijiethom kienu l-għassiesa tad-dħul tal-kamp tal-Mulej. [1Kron:9:20] U Fineħas bin Elgħażar kien il-kap fuqhom fl-imgħoddi - il-Mulej kien miegħu! [1Kron:9:21] Żakkarija bin Meslemija kien purtinar fid-dħul tat-tinda tal-laqgħa. [1Kron:9:22] Dawn il-purtinara kollha, mitejn u tnax, kienu magħduda skond twelidhom fl-irħula tagħhom. David u Samwel, il-veġġent, kienu tawhom dan l-inkarigu tagħhom. [1Kron:9:23] Huma u wliedhom kienu jieħdu ħsieb bwieb dar il-Mulej, f'bieb it-tinda, bħala għassiesa. [1Kron:9:24] Il-purtinara kienu fuq erbat irjieħ: il-lvant, il-punent, it-tramuntana u n-nofsinhar. [1Kron:9:25] U ħuthom, li kienu fl-irħula, kellhom jiġu minn żmien għal żmien għal sebat ijiem u joqogħdu magħhom. [1Kron:9:26] L-erba' purtinara ewlenin, li kienu Leviti, kienu dejjem fi dmirhom, għax kienu inkarigati mill-kmamar u t-teżor ta' dar il-Mulej. [1Kron:9:27] U kienu jgħammru madwar dar il-Mulej, għax huma kellhom iżommu l-għassa, u jiftħu kull filgħodu.

[1Kron:9:28] Xi wħud minnhom kellhom jieħdu ħsieb it-tagħmir tas-servizz; huma kellhom jgħoddu kollox kull meta joħorġuhom jew idaħħluhom. [1Kron:9:29] Oħrajn fosthom kellhom jieħdu ħsieb it-tagħmir u l-ħwejjeġ imqaddsa, is-smid, l-inbid u ż-żejt, l-inċens u l-ħwawar. [1Kron:9:30] Oħrajn minn ulied il-qassisin kellhom jieħdu ħsieb it-taħlita tal-ħwawar għall-fwieħa. [1Kron:9:31] U Mattitija mil-Leviti, it-tifel il-kbir ta' Sallum il-Koraħi, kien inkarigat mill-għaġna tal-ftajjar. [1Kron:9:32] U xi wħud minn ulied il-Keħatin, minn fost ħuthom, kienu jieħdu ħsieb il-ħobż tal-preżenza u jħejjuh minn Sibt għal Sibt.

[1Kron:9:33] Dawn imbagħad kienu l-kantanti, kapijiet tal-familji tal-Leviti, li kienu joqogħdu fil-kmamar tat-tempju. Kienu ħielsa minn kull xogħol ieħor, għax lejl u nhar kellhom dmirhom x'jaqdu. [1Kron:9:34] Dawn kienu l-kapijiet tal-familji ta' missirijiet il-Leviti, skond il-ġenerazzjonijiet; kienu l-kapijiet li jgħammru f'Ġerusalemm.

Il-familja ta' Sawl

[1Kron:9:35] F'Gibgħon kien jgħammar Ġegħijel, missier Gibgħon; u martu kien jisimha Magħka. [1Kron:9:36] U ibnu l-kbir kien Għabdon, u mbagħad Żur, Kis, Bagħal, Ner u Nadab; [1Kron:9:37] u Gedor, Aħiju, Żakkarija u Miklot; [1Kron:9:38] u Miklot wiled lil Simam; u dawn kienu jgħammru ma' ħuthom biswithom f'Ġerusalemm. [1Kron:9:39] U Ner wiled lil Kis, u Kis wiled lil Sawl, u Sawl wiled lil Ġonatan, u lil Malkisugħa, u lil Abinadab, u lil Esbagħal. [1Kron:9:40] U bin Ġonatan kien Merib-bagħal, u Merib-bagħal wiled lil Mika. [1Kron:9:41] U wlied Mika kienu: Piton, Melek, Taħrigħa, u Aħaż. [1Kron:9:42] U Aħaż wiled lil Ġagħra, u Ġagħra wiled lil Għalemet u lil Għażmawet, u lil Żimri; u Żimri wiled lil Mosa; [1Kron:9:43] u Mosa wiled lil Bingħa, u Refajja kien ibnu, Elgħaxa ibnu, Asel ibnu. [1Kron:9:44] U Asel kellu sitt subjien, u dawn kien jisimhom: Għażrikam, ibnu l-kbir, Ismagħel, Segħarija, Għobadija, u Ħanan. Dawn kollha wlied Asel.

10. Il-mewt ta' Sawl

[1Kron:10:1] U l-Filistin ħabtu għal Iżrael, u n-nies ta' Iżrael ħarbu minn quddiem il-Filistin, u waqgħu mejta fuq il-muntanja ta' Gilbogħa. [1Kron:10:2] U mbagħad il-Filistin għamlu għal wara Sawl u għal wara wliedu, u qatlu lil Ġonatan, lil Abinadab, u lil Malkisugħa, ulied Sawl. [1Kron:10:3] Mbagħad it-taqbida ħraxet madwar Sawl, u laħquh l-arċiera, u darbuh. [1Kron:10:4] U Sawl qal lill-iskudier tiegħu: “Islet ix-xabla tiegħek u infidni biha, li ma jiġux dawn in-nies bla ħtin u jiżżufjettaw bija.” L-iskudier ma ssugrax, għax baża' ħafna. U Sawl qabad ix-xabla, u nxteħet fuqha. [1Kron:10:5] U malli l-iskudier ra lil Sawl mejjet, nxteħet hu wkoll fuq ix-xabla, u miet. [1Kron:10:6] Hekk miet Sawl u t-tliet uliedu, u daru mietu lkoll flimkien. [1Kron:10:7] U n-nies kollha ta' Iżrael li kienu fil-wied, meta raw li kienu ħarbu, u li mietu Sawl u wliedu, telqu l-ibliet tagħhom u ħarbu; u mbagħad ġew jgħammru fihom l-Filistin.

[1Kron:10:8] U ġara li l-għada ġew il-Filistin ineżżgħu l-maqtulin, u sabu lil Sawl u lil uliedu mixħutin mejta fuq il-muntanja ta' Gilbogħa. [1Kron:10:9] Neżżgħuh, ħadulu rasu, u l-armi tiegħu, u bagħtu messaġġiera f'art il-Filistin ta' madwar, biex jagħtu l-aħbar lill-idoli tagħhom u lill-poplu. [1Kron:10:10] U l-armi tiegħu qegħduhom f'dar allathom u 'l rasu dendluha fit-tempju ta' Dagon. [1Kron:10:11] Imma meta n-nies ta' Ġabes-Gilgħad semgħu lkoll b'kull ma kienu għamlu l-Filistin lil Sawl, [1Kron:10:12] qamu lkoll l-irġiel ta' ħila, u ħadu l-katavru ta' Sawl u l-katavri ta' wliedu, u ġibuhom f'Gabes u difnu għadamhom taħt il-balluta f'Gabes; u samu għal sebat ijiem.

[1Kron:10:13] Hekk Sawl miet minħabba l-infedeltà tiegħu; kien infidil kontra l-Mulej, għax ma samax mill-kelma tal-Mulej, u saħansitra mar għand min jeħber bil-mejtin, [1Kron:10:14] u ma fittixx il-Mulej. Għalhekk il-Mulej qatlu, u dawwar is-saltna għal għand David bin Ġesse.

11. David sultan ta' Iżrael

[1Kron:11:1] Mbagħad inġabar Iżrael kollu għand David f'Ħebron, u qalulu: “Ara, aħna għadmek u laħmek. [1Kron:11:2] Fl-imgħoddi, meta Sawl kien sultan, int kont toħroġ lil Iżrael għall-gwerra u ġġibhom lura; u l-Mulej Alla tiegħek qallek: 'Int għad tirgħa l-poplu tiegħi, u inti tkun prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael.’ ” [1Kron:11:3] U x-xjuħ kollha ta' Iżrael ġew għand is-sultan f'Ħebron u s-sultan David għamel patt magħhom f'Ħebron quddiem il-Mulej; u 'l David dilkuh sultan fuq Iżrael skond il-kelma tal-Mulej permezz ta' Samwel.

[1Kron:11:4] U David u Iżrael marru lkoll Ġerusalemm, - li hi Ġebus - fejn kienu jgħammru l-Ġebusin, in-nies li kienu jgħammru fil-pajjiż. [1Kron:11:5] U n-nies ta' Ġebus qalu lil David: “Ma tidħolx hawn.” Imma David ħa f'idejh il-fortizza ta' Sijon, li hi l-belt ta' David. [1Kron:11:6] U David qal: “Min jaħbat għall-Ġebusin l-ewwel, ikun kap u prinċep.” U Ġowab bin Seruja tala' l-ewwel, u sar kap. [1Kron:11:7] U David beda jgħammar fil-fortizza, u għalhekk bdiet tissejjaħ il-belt ta' David. [1Kron:11:8] U bena l-belt dawramejt minn Millu madwarha kollu; u Ġowab sewwa l-bqija tal-belt.

[1Kron:11:9] U David baqa' dejjem jissaħħaħ, u l-Mulej ta' l-eżerċti kien dejjem miegħu.

Il-qalbiena ta' David

[1Kron:11:10] Dawn huma l-kapijiet tal-qalbiena ta' David, li kienu għenuh bis-sħiħ meta kien sultan, flimkien ma' Iżrael kollu, biex sar sultan fuq Iżrael kollu, skond il-kelma tal-Mulej għal Iżrael.

[1Kron:11:11] U dan hu l-għadd tal-qalbiena ta' David: Jesbogħam, il-Ħakmuni, l-aqwa fost it-tlieta; kien hu li venven il-lanza tiegħu fuq tliet mitt ruħ, u qatilhom f'darba waħda.

[1Kron:11:12] Warajh jiġi Elgħażar bin Dodu, l-Aħuħi, wieħed mit-tliet qalbenin. [1Kron:11:13] Hu kien ma' David f'Pas-dammim, meta l-Filistin inġabru għall-ġlied. Kien hemm għalqa mimlija xgħir, u l-poplu kien ħarab minn quddiem il-Filistin. [1Kron:11:14] Imma hu baqa' hemm wieqaf f'nofs l-għalqa, ħelisha, u ħarbat il-Filistin. Dakinhar il-Mulej għamel rebħa kbira.

[1Kron:11:15] Tlieta minn fost it-tletin il-kbar kienu niżlu fil-kenn tal-blat ħdejn David fl-għar ta' Għadullam; u l-Filistin kienu fil-kamp f'wied Refajm. [1Kron:11:16] U David kien fil-fortizza; u f'Betlehem kien hemm l-għases Filistin. [1Kron:11:17] U David ġietu xewqa u qal: “Min se jisqini mill-ilma tal-bir li hemm fil-bieb ta' Betlehem?” [1Kron:11:18] U t-tliet qalbenin qasmu minn nofs il-kamp tal-Filistin, u mlew l-ilma mill-bir fil-bieb ta' Betlehem; u qabduh u ġibuh lil David. Imma hu ma riedx jixorbu, u sawwbu fl-art b'offerta lill-Mulej, [1Kron:11:19] u qal: “Iħarisni Alla tiegħi milli nagħmel dan: li nixrob jien id-demm ta' dawn in-nies li marru jtarrfu ħajjithom. Għax tassew b'sogru ta' ħajjithom ġibuh!” Għalhekk ma riedx jixrob. Dan hu li għamlu t-tliet qalbenin. [1Kron:11:20] L-aqwa fost it-tletin kien Abisaj, hu Ġowab; hu li kien venven il-lanza tiegħu fuq tliet mitt ruħ, u qatilhom. Hekk għamel isem bħal dak tat-tlieta. [1Kron:11:21] Fost it-tletin hu li kellu l-aqwa ġieħ, u sar il-kmandant tagħhom, imma ma laħħaqx mat-tlieta.

[1Kron:11:22] Benajja bin Ġeħojada, minn Kabsel, kien raġel ta' ħila, li għamel ħafna ħwejjeġ ta' l-għaġeb. Kien hu li għeleb iż-żewġ ulied ta' Arijel ta' Mowab. Kien hu wkoll li niżel u qatel l-iljun f'nofs il-ġiebja dakinhar li għamel is-silġ. [1Kron:11:23] Kien hu li qatel lil wieħed Eġizzjan. Dan l-Eġizzjan kien twil ħafna, ħamest idriegħ twil, u f'idu kellu lanza bħall-motwa tan-nissieġa; iżda hu niżel għalih bil-ħatar, ħa l-lanza minn id l-Eġizzjan, u qatlu bil-lanza tiegħu stess. [1Kron:11:24] Dan għamel Benajja bin Ġeħojada, u għamel isem fost it-tliet qalbiena. [1Kron:11:25] Fost it-tletin kien hu li kellu l-aqwa ġieħ, imma ma laħħaqx mat-tlieta. David qiegħdu fuq il-kunsill tiegħu.

[1Kron:11:26] Il-qalbenin ta' l-eżerċtu kienu: Għaxajel, ħu Ġowab; Elħanan bin Dodu minn Betlehem; [1Kron:11:27] Sammot il-Ħarodi; Ħeles il-Peluni; [1Kron:11:28] Għira bin Għikkes, minn Tekugħa; Abigħeżer l-Għanatoti; [1Kron:11:29] Sibbekaj il-Ħusati; Għilaj l-Aħoħi; [1Kron:11:30] Maħaraj in-Netufi; Ħeled bin Bagħna in-Netufi; [1Kron:11:31] Itaj bin Ribaj, minn Gibgħa ta' Benjamin; Benajja l-Pirgħatuni; [1Kron:11:32] Ħuraj mill-widien ta' Ġagħas; Abijel l-Għarbati; [1Kron:11:33] Għażmawet minn Baħurim; Elijaħba s-Sagħalbuni; [1Kron:11:34] Ħasem il-Ġiżuni; Ġonatan bin Sagi l-Ħarari; [1Kron:11:35] Aħijam bin Sakar il-Ħarari; Elifal bin Ur; [1Kron:11:36] Ħefer il-Mekerati;Aħijaħ il-Peluni, [1Kron:11:37] Ħesru l-Karmeli; Nagħraj bin Eżbaj; [1Kron:11:38] Ġoel ħu Natan; Mibħar bin Ħagri; [1Kron:11:39] Selek l-Għammoni; Naħaraj il-Biroti, skudier ta' Ġowab bin Seruja; [1Kron:11:40] Għira l-Ġetri; Gareb il-Ġitri; [1Kron:11:41] Urija l-Ħitti; Żabad bin Aħlaj; [1Kron:11:42] Għadina bin Siża r-Rubeni, kap tar-Rubenin, bi tletin miegħu; [1Kron:11:43] Ħanan bin Magħka; Ġosafat il-Mitni; [1Kron:11:44] Għużżija l-Għastaroti; Sama u Ġegħijel, ulied Ħotam l-Għarogħeri; [1Kron:11:45] Ġedigħajel bin Simri; u Ġoħa, ħuh, it-Tisi; [1Kron:11:46] Elijel il-Moħawi; u Ġeribaja u Ġosawija ulied Elnagħam; Ġetma l-Mowabi; [1Kron:11:47] Elijel, Għobed, Ġagħsijel minn Soba.

12. Il-ħbieb ta' David

[1Kron:12:1] Dawn kienu n-nies li ġew għand David f'Siklag, meta kien għadu magħluq minħabba Sawl bin Kis. Kienu huma wkoll fost il-qalbenin li għenuh fil-gwerra; [1Kron:12:2] mħarrġa fil-ġbid tal-qaws; iwaddbu bil-lemin u bix-xellug, ħaġar u vleġeġ, bil-qaws. Kienu kollha qraba ta' Sawl minn Benjamin.

[1Kron:12:3] Il-kap kien Aħigħeżer; mbagħad Ġowas ulied Semajja ta' Gibgħa; Ġeżigħel u Pelet, ulied Għażmawet; Beraka u Ġeħu l-Għanatoti; [1Kron:12:4] Ismaja l-Gibgħuni, raġel qalbieni mit-tletin, u fuq it-tletin; [1Kron:12:5] Ġeremija, Ġagħżijel, Ġoħanan, Ġożabad minn Gedera; [1Kron:12:6] Elgħażaj Ġerimot, Bagħlija, Semarija, Seratija l-Ħarufi; [1Kron:12:7] Elkana, Issija, Għażarijel, Ġogħeżer, Ġasobgħam il-Koraħi, [1Kron:12:8] Gogħela, Żebadija, ulied Ġeroħam minn Gedor.

[1Kron:12:9] Mill-Gadin marru għal ma' David fil-fortizza fid-deżert qalbenin ta' qawwa, nies imħarrġa għall-gwerra, armati bit-tarka u l-lanza, wiċċhom wiċċ l-iljuni u ħfief bħall-għażżiela fuq il-muntanji: [1Kron:12:10] Għeżer il-kap; Għobadija t-tieni; Elijab it-tielet; [1Kron:12:11] Mismanna r-raba'; Ġeremija l-ħames; [1Kron:12:12] Għattaj is-sitta; Elijel is-seba'; [1Kron:12:13] Ġoħanan it-tmienja; Elżabad id-disa'; [1Kron:12:14] Ġeremija l-għaxra; Makbannaj il-ħdax. [1Kron:12:15] Dawn kienu minn ulied Gad, kapijiet tal-qtajja'; l-iżgħar wieħed kien jikkmanda mija, u l-ikbar elf. [1Kron:12:16] Dawn kienu li qasmu l-Ġordan fl-ewwel xahar, meta s-soltu jkun mimli sa xfaru kollha, u ħarrbu lil dawk kollha li kienu fil-widien lejn il-lvant u lejn il-punent.

[1Kron:12:17] U ġew ukoll uħud minn Benjamin u Ġuda għand David fil-fortizza. [1Kron:12:18] David ħareġ jilqagħhom u qalilhom: “Jekk intom ġejtu għandi bis-sliem biex tgħinuni, nkun qalb waħda magħkom; imma jekk intom ġejtu tqarrqu bija, u terħuni f'idejn l-għedewwa tiegħi - għalkemm m'hemm ebda qerq f'idejja, - jalla jarah Alla ta' missirijietna, u jagħmel ħaqq hu.” [1Kron:12:19] Mbagħad l-ispirtu ġie fuq Għamasaj, il-kap tat-tletin, u qal:

“Tiegħek, aħna, O David!
Miegħek aħna bin Ġesse!
Is-sliem, is-sliem għalik!
U s-sliem lil min jgħinek,
għax għenek Alla tiegħek.”

U David laqagħhom u għamilhom kapijiet fuq l-eżerċtu.

[1Kron:12:20] U xi wħud minn Manassi marru għal ma' David, meta hu kien mar mal-Filistin għall-gwerra kontra Sawl. Iżda hu ma għenhomx, għaliex il-kbarat tal-Filistin ftiehmu u bagħtuh, għax qalu: “Li ma jmurx idur għal ma' sidu Sawl bi ħsara għal rasna.”

[1Kron:12:21] Meta ġie Siklag minn Manassi marru għal miegħu: Għadna, Ġożabad, Ġedigħajel, Mikiel, Ġożabad, Eliħu u Silletaj, kapijiet ta' l-eluf ta' Manassi. [1Kron:12:22] U dawn għenu lil David kontra l-qtajja' tal-ħallelin, għax kienu kollha nies qalbiena ta' qawwa kbira, u saru fizzjali fl-eżerċtu. [1Kron:12:23] Minn jum għal ieħor kienu dejjem ġejjin irġiel għand David biex jgħinuh, sakemm il-kamp tiegħu sar kbir daqs il-kamp ta' Alla.

L-armata ta' David

[1Kron:12:24] Dan hu l-għadd tal-kapijiet tal-qtajja' armati għall-gwerra, li ġew għand David f'Ħebron biex jgħaddulu s-saltna ta' Sawl skond il-kelma tal-Mulej.

[1Kron:12:25] Ulied Ġuda armati bit-tarka u l-lanza; sitt elef u tmien mija, armati għall-gwerra.

[1Kron:12:26] Minn ulied Simgħon, qalbenin ta' qawwa kbira għall-gwerra: sebat elef u mija.

[1Kron:12:27] Minn ulied Levi, erbat elef u sitt mija. [1Kron:12:28] U Ġeħojada, kap tad-dar ta' Aron, u miegħu tlitt elef u seba' mija. [1Kron:12:29] Sadok, żagħżugħ qalbieni u ta' ħila, bi tnejn u għoxrin fizzjal minn dar missieru.

[1Kron:12:30] U minn ulied Benjamin, ħut Sawl, tlitt elef, il-biċċa l-kbira minnhom sa dakinhar kienu jżommu mad-dar ta' Sawl.

[1Kron:12:31] Minn ulied Efrajm, għoxrin elf u tmien mija, rġiel qalbiena u ta' ħila, u nies ta' isem f'dar missirijiethom.

[1Kron:12:32] U minn nofs it-tribù ta' Manassi: tmintax-il elf, li kienu magħżula b'isimhom, biex jiġu u jagħmlu lil David sultan.

[1Kron:12:33] U minn ulied Issakar, nies li kienu jafu jifhmu ż-żminijiet u jagħrfu x'għandu jagħmel Iżrael, mitejn kap tagħhom u ħuthom, lkoll taħt il-kmand tagħhom.

[1Kron:12:34] Minn Żebulun: ħamsin elf ruħ lesti għall-gwerra armati b'kull xorta ta' tagħmir għall-gwerra biex jgħinu lil David b'qalb sħiħa.

[1Kron:12:35] U minn Naftali: elf fizzjal u magħhom sebgħa u tletin elf armati bit-tarka u l-lanza.

[1Kron:12:36] U minn Dan: tmienja u għoxrin elf u sitt mitt ruħ lesti għall-gwerra.

[1Kron:12:37] U minn Aser: erbgħin elf ruħ lesti għall-gwerra.

[1Kron:12:38] Min-naħa l-oħra tal-Ġordan, mir-Rubenin, mill-Gadin u min-nofs tribù ta' Manassi: mija u għoxrin elf bl-armi kollha tal-gwerra.

[1Kron:12:39] Dawn kollha kienu nies gwerriera, mqassmin għall-battalja, u ġew Ħebron bil-fehma sħiħa li jagħmlu lil David sultan fuq Iżrael kollu. U l-bqija ta' Iżrael kienu fehma waħda li jagħmlu lil David sultan. [1Kron:12:40] U baqgħu hemm tlitt ijiem ma' David, jieklu u jixorbu, għax ħuthom kienu lestewlhom kollox. [1Kron:12:41] U dawk ukoll li kienu joqogħdu fil-qrib tagħhom sa Issakar u Żebulun u Naftali, kienu ġiebu l-ikel fuq il-ħmir, iġmla, bgħula u gniedes: ħażniet tal-qamħ, tin imqadded, għenieqed taż-żbib, nbid u żejt, baqar u nagħaġ, kollox bil-ħafna, għax kien hemm il-ferħ f'Iżrael.

13. L-arka għand Għobededom

[1Kron:13:1] U David ħa l-parir tal-fizzjali ta' l-eluf u l-mijiet u tal-kapijiet kollha. [1Kron:13:2] David imbagħad kellem lill-ġemgħa kollha ta' Iżrael: “Jekk intom jidhrilkom li hu tajjeb, u jekk inhu ġej mill-Mulej, Alla tagħna, nibagħtu għal ħutna li għad fadal fl-art ta' Iżrael, u magħhom il-qassisin u l-Leviti, fl-ibliet tal-mergħat tagħhom, biex jinġabru magħna, [1Kron:13:3] u nġibu l-arka ta' Alla tagħna għandna, għax ma fittixnihiex fi żmien Sawl.” [1Kron:13:4] U l-ġemgħa kollha qablet li jsir dan, għax għoġbot din il-ħaġa lill-poplu kollu.

[1Kron:13:5] Għalhekk David laqqa' lil Iżrael kollu minn Siħor ta' l-Eġittu sa dħul Ħamat, biex iġibu l-arka ta' Alla minn Kirjat-ġegħarim. [1Kron:13:6] U tala' David u Iżrael kollu Bagħla, lejn Kirjat-ġegħarim ta' Ġuda, biex italla' minn hemm l-arka ta' Alla, li ġġib l-isem tal-Mulej li qiegħed fuq il-kerubini. [1Kron:13:7] U għabbew l-arka ta' Alla fuq karru ġdid, mid-dar ta' Abinadab; u Għużża u Aħiju kienu jsuqu l-karru.

[1Kron:13:8] U David u Iżrael kollu bdew jaqbżu u jiżfnu bil-ferħ quddiem Alla b'kemm kellhom saħħa, bl-għana u bid-daqq taċ-ċetri, ta' l-arpi u t-tnabar, iċ-ċnieċel u t-trombi. [1Kron:13:9] Xħin waslu ħdejn il-qiegħa ta' Kidon, il-gniedes tfixklu, u Għużża medd idu biex iżomm l-arka. [1Kron:13:10] U l-Mulej għadab għal Għużża, u ħabat għalih talli medd idu fuq l-arka, u baqa' mejjet tal-post quddiem Alla. [1Kron:13:11] David għela għax il-Mulej laqat lil Għużża, u sejjaħ il-post: Pereż-għużża sa llum.

[1Kron:13:12] Dakinhar David ħass ruħu beżgħan quddiem Alla u qal: “Kif nista' ndaħħal l-arka ta' Alla għandi?” [1Kron:13:13] U David ma riedx idaħħal l-arka għandu fil-belt ta' David, imma ħadha fid-dar ta' Għobededom, il-Gitti. [1Kron:13:14] U l-arka ta' Alla baqgħet f'dar Għobededom, f'daru, għal tliet xħur sħaħ; u l-Mulej bierek id-dar ta' Għobededom u kull ma kellu.

14. Ir-rebħa fuq il-Filistin

[1Kron:14:1] U Ħiram, is-sultan ta' Tir, bagħat messaġġiera għand David, u injam taċ-ċedru u mastrudaxxi u naġġara biex jibnulu dar. [1Kron:14:2] U David għaraf li l-Mulej wettqu sultan fuq Iżrael, u li għolla saltnatu minħabba l-poplu tiegħu Iżrael.

[1Kron:14:3] U David ħa aktar nisa f'Ġerusalemm, u David wiled aktar subjien u bniet. [1Kron:14:4] U dawn huma l-ismijiet ta' l-ulied li tweldulu f'Ġerusalemm: Sammugħa, Sobab, Natan, Salamun, [1Kron:14:5] Ibħar, Elisugħa, Elfelet, [1Kron:14:6] Nogaħ, Nefeg, Ġafigħa, [1Kron:14:7] Ellisama, Begħeljada, u Elifelet.

[1Kron:14:8] U l-Filistin semgħu li David kien midluk sultan fuq Iżrael kollu; u telgħu l-Filistin kollha jfittxu lil David; u malli David sama' ħareġ għalihom. [1Kron:14:9] U l-Filistin ġew u xterdu fil-wied ta' Refajm. [1Kron:14:10] U David stħarreġ lil Alla u qal: “Nitla' kontra l-Filistin? Terħihomli int f'idejja?” U l-Mulej wieġeb lil David: “Itla', u nerħihom f'idejk.” [1Kron:14:11] U telgħu lejn Bagħal-perasim, u David tahom xebgħa hemm. U mbagħad David qal: “Ħarbat Alla quddiemu l-għedewwa tiegħi b'idejja, bħalma jħarbat l-ilma kollox quddiemu.” Għalhekk semmew il-post Bagħal-perasim. [1Kron:14:12] U l-Filistin ħallew hemm l-allat tagħhom, u David ordna li jagħtuhom in-nar.

[1Kron:14:13] Imma l-Filistin reġgħu telgħu u tqassmu fil-wied. [1Kron:14:14] U David stħarreġ lil Alla, u Alla wieġbu: “Titlax għalihom: dur għal warajhom, u ħudhom minn wara, minn biswit is-siġar tal-balzmu. [1Kron:14:15] Malli tisma' t-tħaxwix tal-mixi fuq il-qċaċet tas-siġar tal-balzmu, dak il-ħin oħroġ għat-taqbida, għax Alla joħroġ quddiemek, u jkisser il-kamp tal-Filistin.” [1Kron:14:16] U David għamel bħalma ordnalu Alla, u ħarbat il-kamp tal-Filistin minn Gibgħon sa Geżer. [1Kron:14:17] U isem David xtered mal-pajjiż kollu, u l-Mulej xeħet il-biża' tiegħu fuq il-ġnus kollha.

15. L-arka f'Ġerusalemm

[1Kron:15:1] David bena għalih djar fil-Belt ta' David, u ħejja post għall-arka ta' Alla u talla' għarix għaliha. [1Kron:15:2] U mbagħad David qal: “Ħadd ma jista' jġorr l-arka ta' Alla ħlief il-Leviti: għax lilhom għażel il-Mulej biex iġorru l-arka tal-Mulej, u jservuh għal dejjem.”

[1Kron:15:3] U David laqqa' lill-poplu ta' Iżrael kollu f'Ġerusalemm biex italla' l-arka tal-Mulej f'postha li kien ħejja għaliha. [1Kron:15:4] U David laqqa' lil ulied Aron u 'l-Leviti. [1Kron:15:5] Minn ulied Keħat: Urijel il-kap, b'mija u għoxrin minn ħutu. [1Kron:15:6] Minn ulied Merari: Għaxajja l-kap, b'mitejn u għoxrin minn ħutu. [1Kron:15:7] Minn ulied Gersum: Ġoel il-kap, b'mija u tletin minn ħutu. [1Kron:15:8] Minn ulied Elisafan: Semajja l-kap, b'mitejn minn ħutu. [1Kron:15:9] Minn ulied Ħebron: Elijel il-kap, bi tmenin minn ħutu. [1Kron:15:10] Minn ulied Għużżijel: Għamminadab il-kap, b'mija u tnax minn ħutu.

[1Kron:15:11] Mbagħad David sejjaħ lill-qassisin Sadok u Abjatar, u 'l-Leviti: Urijel, Għaxajja, Ġoel, Semajja, Elijel, u Għamminadab, [1Kron:15:12] u qalilhom: “Intom il-kapijiet tal-familji ta' missirijiet il-Leviti. Tqaddsu intom u ħutkom, u tellgħu l-arka tal-Mulej, Alla ta' Iżrael, fil-post li jien ħejjejt għaliha. [1Kron:15:13] Billi l-ewwel darba ma kontux intom, il-Mulej, Alla tagħna, ħabat għalina, għax ma konniex fittixnieh kif inhu ordnat.” [1Kron:15:14] U l-qassisin u l-Leviti tqaddsu, biex itellgħu l-arka tal-Mulej, Alla ta' Iżrael. [1Kron:15:15] U l-Leviti ġarrew l-arka ta' Alla bil-lasti fuq spallejhom, kif kien ordna Mosè skond il-kelma tal-Mulej.

[1Kron:15:16] U David ordna lill-kapijiet tal-Leviti li jqassmu 'l ħuthom, il-mużiċisti bl-istrumenti tad-daqq - arpi, ċetri, ċnieċel - u jgħollu u jsemmgħu leħinhom għoli b'sinjal ta' ferħ.


[1Kron:15:17] U l-Leviti għażlu lil Ħeman bin Ġoel, u minn ħutu lil Asaf bin Barakija; u minn ulied Merari, ħuthom, lil Etan bin Kusaja, [1Kron:15:18] u magħhom ħuthom tat-tieni grad: Żakkarija, Ġagħżijel, Semiramot, Ġeħijel, Għunni, Elijab, Benaja, Maghxija, Mattitija, Elifleħu, u Mikneja, u Għobededom u Ġegħijel, il-purtinara. [1Kron:15:19] U l-kantanti, Ħeman, Asaf u Etan kellhom idoqqu ċ-ċnieċel tal-bronż iżarżru. [1Kron:15:20] Żakkarija, Għażijel, Semiramot, Ġeħijel, Għunni, Elijab, Magħxija u Benaja kellhom idoqqu l-arpi b'leħen għoli; [1Kron:15:21] u Mattitija, Elifleħu, Mikneja, Għobededom, Ġegħijel u Għażażija, kellhom idoqqu ċ-ċetri b'leħen baxx, biex isostnu l-vuċi. [1Kron:15:22] U Kenanija, kap tal-Leviti fil-kant, kellu jiddirieġi l-kant għax kien jifhem. [1Kron:15:23] U Barakija u Elkana kellhom ikunu purtinara ta' l-arka. [1Kron:15:24] Il-qassisin Sebanija, Ġosafat, Netanjel, Għamasaj, Żakkarija, Benaja u Eligħeżer, kellhom idoqqu t-trombi quddiem l-arka ta' Alla. U Għobededom u Ġeħijja kienu purtinara ta' l-arka.

David quddiem l-arka

[1Kron:15:25] U ġara li David, u x-xjuħ ta' Iżrael, u l-kapijiet ta' l-eluf marru jtellgħu l-arka tal-patt tal-Mulej minn dar Għobededom bil-ferħ. [1Kron:15:26] U ġara li billi Alla għen lil-Leviti, li kienu jġorru l-arka tal-patt tal-Mulej, offrew b'sagrifiċċju seba' għoġiela u seba' mtaten. [1Kron:15:27] U David kien liebes mantar ta' l-għażel fin, u wkoll il-Leviti li kienu jġorru l-arka, il-kantanti, u Kenanija, il-kap li kien jiddirieġi l-kant. David kellu fuqu l-efod tal-kittien. [1Kron:15:28] Hekk Iżrael kollu wasslu l-arka tal-patt tal-Mulej b'għajat ta' ferħ u d-daqq tat-trombi, u ċ-ċnieċel u l-platti; u daqqew ukoll l-arpi u ċ-ċetri bil-qawwa kollha.

[1Kron:15:29] U ġara li hi u dieħla l-arka tal-patt tal-Mulej fil-belt ta' David, Mikal, bint Sawl, ittawwlet mit-tieqa u lemħet is-sultan David jaqbeż u jiżfen, u stmerrietu f'qalbha.

16. Offerti u sagrifiċċji

[1Kron:16:1] U hekk ġiebu l-arka ta' Alla u qegħduha f'nofs it-tinda li kien waqqaf għaliha David, u offrew sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem quddiem Alla. [1Kron:16:2] Meta kien offra s-sagrifiċċji tal-ħruq u s-sagrifiċċji tas-sliem, David bierek il-poplu b'isem il-Mulej, [1Kron:16:3] u qassam lin-nies kollha ta' Iżrael, rġiel u nisa, ħobża, biċċa laħam, u ċappa żbib.

[1Kron:16:4] U qiegħed xi wħud mil-Leviti għas-servizz quddiem l-arka tal-Mulej biex ifakkru, iroddu l-ħajr, u jfaħħru lill-Mulej, Alla ta' Iżrael: [1Kron:16:5] Asaf il-kap, u Żakkarija ta' warajh, Ġagħżijel, Semiramot, Ġeħijel, Mattitija, Elijab, Benaja, Għobededom u Ġegħijel, li kellhom l-arpi u ċ-ċetri. Asaf kellu jdoqq il-platti. [1Kron:16:6] Benaja u Ġaħżijel, il-qassisin, kellhom idoqqu t-trombi quddiem l-arka tal-patt ta' Alla dejjem.

[1Kron:16:7] Dak in-nhar David qabbad għall-ewwel darba lil Asaf u 'l ħutu biex ifaħħru lill-Mulej:

[1Kron:16:8] “Faħħru l-Mulej u xandru ismu,
Għarrfu lill-ġnus bl-għemejjel tiegħu.
[1Kron:16:9] Għannulu u doqqulu,
xandru l-għeġubijiet tiegħu kollha.
[1Kron:16:10] Ftaħru bl-isem qaddis tiegħu,
tifraħ il-qalb ta' dawk li jfittxu lill-Mulej.
[1Kron:16:11] Ħabirku biex tagħrfu lill-Mulej u
l-qawwa tiegħu,
fittxu 'l wiċċu l-ħin kollu.
[1Kron:16:12] Ftakru fil-ħwejjeġ kbar li għamel,
fl-għeġubijiet u l-ġudizzji tiegħu.
[1Kron:16:13] Nisel Iżrael, il-qaddej tiegħu,
ulied Ġakobb, il-maħtur tiegħu.
[1Kron:16:14] Jahweh hu Alla tagħna!
Ma' l-art kollha l-ġudizzji tiegħu.
[1Kron:16:15] Ftakru għal dejjem fil-patt tiegħu,
fil-kelma li ta għal elf nisel;
[1Kron:16:16] fil-patt li għamel ma' Abraham,
fil-wegħda li ħalef lil Iżakk;
[1Kron:16:17] li ġedded lil Ġakobb b'liġi,
lil Iżrael b'patt għal dejjem,
[1Kron:16:18] meta qal: ‘Lilek nagħti l-art ta' Kangħan,
bħala sehem tal-wirt tagħkom.’

[1Kron:16:19] Ftit kontu għadkom tgħoddu,
ma kontux ħlief ftit u barranin f'dik l-art;
[1Kron:16:20] jiġġerrew minn ġens għal ieħor,
minn saltna għal għand poplu ieħor.
[1Kron:16:21] Hu ma ħalla 'l ħadd jaħqarhom;
slaten rażżan minħabba fihom.
[1Kron:16:22] ‘Tmissux lil dawk li huma
kkonsagrati lili,
tagħmlux deni lill-profeti tiegħi.’
[1Kron:16:23] Għannu, art kollha, lill-Mulej.
Ħabbru minn jum għal ieħor
is-salvazzjoni tiegħu.
[1Kron:16:24] Xandru fost il-ġnus is-sebħ tiegħu,
fost il-popli kollha l-għeġubijiet tiegħu.
[1Kron:16:25] Kbir il-Mulej, ta' min ifaħħru ħafna,
tal-biża' aktar mill-allat kollha.
[1Kron:16:26] Għax kollha frugħa l-allat tal-popli,
Jahweh hu li għamel is-smewwiet.
[1Kron:16:27] Ġmiel u sebħ huma quddiemu,
qawwa u ferħ hemm f'postu.

[1Kron:16:28] Agħtu lill-Mulej, familji tal-popli,
agħtu lill-Mulej sebħ u qawwa,
[1Kron:16:29] agħtu lill-Mulej is-sebħ ta' ismu.
Ġibulu l-offerti u idħlu quddiemu;
nxteħtu quddiem il-Mulej b'tiżjin qaddis.
[1Kron:16:30] Triegħdu, art kollha, quddiemu.
Hu jżomm sħiħa d-dinja biex qatt ma titħarrek.
[1Kron:16:31] Ħa jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art.
Ħalli jgħidu fost il-ġnus: ‘Il-Mulej isaltan.’
[1Kron:16:32] Ħa jħabbat il-baħar u kull ma fih.
Ħa jifraħ ir-raba' u kull ma fih,
[1Kron:16:33] u jgħannu bil-ferħ is-siġar tal-bosk,
quddiem il-Mulej, għax ġej
biex jagħmel ħaqq mid-dinja.
[1Kron:16:34] Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

[1Kron:16:35] Għidu: Salvana, Alla
tas-salvazzjoni tagħna,
u iġmagħna minn fost il-ġnus,
biex inroddu ħajr lill-isem imqaddes tiegħek,
u niftaħru bit-tifħir tiegħek.
[1Kron:16:36] Mbierek il-Mulej Alla ta' Iżrael
minn dejjem għal dejjem!”

U l-poplu kollu wieġeb “Amen”. U bdew ifaħħru l-Mulej.

Il-ministeru ta' l-arka

[1Kron:16:37] U ħalla hemm lil Asaf u 'l ħutu quddiem l-arka tal-patt tal-Mulej, biex iservu hemm dejjem quddiem l-arka, skond ma jkun hemm bżonn minn jum għal ieħor. [1Kron:16:38] Kif ukoll lil Għobededom u tmienja u sittin minn ħutu; u Għobededom bin Ġedutun, u Ħosa bħala purtinara.

[1Kron:16:39] U 'l Sadok, il-qassis, u 'l ħutu l-qassisin ħalliehom quddiem it-tabernaklu tal-Mulej fuq l-għolja ta' Gibgħon, [1Kron:16:40] biex joffru s-sagrifiċċji tal-ħruq lill-Mulej fuq l-artal tas-sagrifiċċju għal dejjem, fil-għodu u fil-għaxija, kollox skond ma hemm miktub fil-Liġi, li l-Mulej kien ordna lil Iżrael. [1Kron:16:41] U magħhom kien hemm Ħeman, Ġedutun, u l-bqija li kienu magħżulin, u msemmija b'isimhom, biex ifaħħru lill-Mulej: “Għax għal dejjem hi t-tjieba tiegħu.” [1Kron:16:42] U Ħeman u Ġedutun kellhom trombi u ċnieċel għall-mużiċisti, u tagħmir ieħor għall-kant lil Alla. U wlied Ġedutun kienu mal-bieb.

[1Kron:16:43] U l-poplu kollu mar, kulħadd għal daru, u David mar id-dar biex ibierek lil niesu.

17. Natan u David

[1Kron:17:1] Meta David mar joqgħod f'daru qal lil Natan, il-profeta: “Issa jien qiegħed f'dar taċ-ċedru, u l-arka tal-patt tal-Mulej qiegħda taħt tinda.” [1Kron:17:2] U qal Natan lil David: “Kull ma għandek fi ħsiebek li tagħmel, agħmlu; għax Alla miegħek.”

[1Kron:17:3] Imma dak il-lejl stess Alla kellem lil Natan u qallu: [1Kron:17:4] “Mur u għid lill-qaddej tiegħi David: Dan jgħid il-Mulej: 'Mhux inti se tibnili dar biex noqgħod fiha. [1Kron:17:5] Jiena ma għammart f'ebda dar minn mindu tellajt lil Iżrael sa llum. Jien kont niġġerra minn tinda għal oħra u f'għarix. [1Kron:17:6] F'dak iż-żmien kollu li kont niġġerra 'l hawn u 'l hinn ma' Iżrael kollu, qatt għedt lil xi ħadd mill-Imħallfin ta' Iżrael, li jien kont qabbadt biex jirgħu l-poplu tiegħi Iżrael; għaliex ma bnejtlix dar taċ-ċedru?'

[1Kron:17:7] “U issa għid lill-qaddej tiegħi David: Dan jgħid il-Mulej ta' l-eżerċti: 'Ara, jiena ħadtek mill-mergħat, minn wara l-imrieħel, biex tkun prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael. [1Kron:17:8] Dejjem kont miegħek kull fejn kont tmur; jiena qridt l-għedewwa tiegħek kollha minn quddiemek. Jiena nibnilek isem jixbaħ l-ismijiet il-kbar li hawn fid-dinja. [1Kron:17:9] Nagħmel post għall-poplu tiegħi Iżrael, u nqiegħdu hemm, fejn jgħammar bla biża', u ma jgħakksuhx iżjed il-ħżiena bħal qabel, [1Kron:17:10] jiġifieri sa minn meta qajjimt l-Imħallfin fuq il-poplu tiegħi Iżrael; u nrażżan l-għedewwa tiegħek kollha.

“Lilek imbagħad il-Mulej jagħtik kelma li jibnilek dar. [1Kron:17:11] U meta inti ttemm żmienek, u tkun inġbart ma' missirijietek, jiena nqajjem nislek warajk, wieħed minn uliedek, u nsaħħaħ is-saltna tiegħu. [1Kron:17:12] Hu jibnili dar, u jiena nsaħħaħ it-tron tiegħu għal dejjem. [1Kron:17:13] Jiena nkun għalih missier, u hu jkun għalija iben, u t-tjieba tiegħi qatt ma nwarrabha minnu, bħalma warrabtha mis-sultan ta' qablek; [1Kron:17:14] imma nwaqqfu għal dejjem fid-dar tiegħi u fis-saltna tiegħi, u t-tron tiegħu jibqa' sħiħ għal dejjem.”

[1Kron:17:15] Natan tkellem ma' David skond dan il-kliem u din il-viżjoni.

It-talba ta' David

[1Kron:17:16] Mbagħad is-sultan David mar quddiem il-Mulej u qal: “Min jiena jien, Mulej Alla, u min hi l-familja tiegħi, biex wassaltni sa hawn? [1Kron:17:17] Imma dan kien għadu ftit f'għajnejk, o Alla! Issa tkellimt mill-familja tal-qaddej tiegħek għal żmien li għadu 'l bogħod, u wrejtni bħal dehra ta' bniedem dejjem tiela' 'l fuq, O Mulej Alla. [1Kron:17:18] X'jista' jgħidlek iżjed David talli onorajt lill-qaddej tiegħek daqshekk, la darba int tafu l-qaddej tiegħek? [1Kron:17:19] Mulej, minħabba l-qaddej tiegħek, u skond qalbek, għamilt dan il-kobor kollu meta int għarraftu b'dawn il-ħwejjeġ kbar. [1Kron:17:20] Mulej ma hawn ħadd daqsek, u ebda Alla ieħor ħliefek, skond kull ma smajna b'widnejna. [1Kron:17:21] U liema poplu ieħor fid-dinja hu bħal Iżrael, il-poplu tiegħek, li Alla jinqala' biex jifdih u jagħmlu l-poplu tiegħu, u tagħmel isem għalik b'għemejjel kbar u ta' l-għaġeb biex keċċejt il-ġnus minn quddiem il-poplu tiegħek li int fdejt mill-Eġittu? [1Kron:17:22] U int għamilt il-poplu tiegħek Iżrael poplu tiegħek għal dejjem; u inti, Mulej, sirt Alla tagħhom. [1Kron:17:23] U issa Mulej, il-kelma li int għedt dwar il-qaddej tiegħek u dwar il-familja tiegħu jalla tibqa' għal dejjem, u agħmel kif għedt.

[1Kron:17:24] B'hekk ismek jibqa' u jitfaħħar għal dejjem billi jgħidu: 'Il-Mulej ta' l-eżerċti, Alla ta' Iżrael, hu Alla għal Iżrael.' U l-familja ta' David, il-qaddej tiegħek, tibqa' sħiħa quddiemek. [1Kron:17:25] Għax int, Alla tiegħi, għarraft lill-qaddej tiegħek li għad tibnilu dar, għalhekk il-qaddej tiegħek għamel il-qalb jitlob quddiemek. [1Kron:17:26] U issa, Mulej, int hu Alla, u wegħedt dan il-ġid lill-qaddej tiegħek, [1Kron:17:27] issa ħa jogħġbok tbierek il-familja tal-qaddej tiegħek, ħalli tibqa' sħiħa quddiemek għal dejjem, għax kull ma tbierek inti, Mulej, jibqa' mbierek għal dejjem.”

18. Ir-rebħ ta' David

[1Kron:18:1] Ġara li wara dan David ħabat għall-Filistin, għelibhom u ħadilhom minn taħt idejhom Gatt u l-irħula tagħha. [1Kron:18:2] Kisser ukoll lil Mowab, u l-Mowabin saru suġġetti għal David u bdew iħallsu l-ħaraġ. [1Kron:18:3] Rebaħ ukoll David lil Ħadad-għeżer, sultan ta' Soba, lejn Ħamat, meta mar biex iwaqqaf saltnatu sax-xmara ta' l-Ewfrat. [1Kron:18:4] U David ħadlu elf karru, sebat elef rikkieb, u għoxrin elf ruħ tal-fanterija. U David qata' l-għeruq ta' l-għarqub taż-żwiemel kollha tal-karrijiet, u ħalla sħaħ minnhom għal mitt karru.

[1Kron:18:5] Aram ta' Damasku mar jgħin lil Ħadad-għeżer, sultan ta' Soba: u David ħabat għal Aram u qered minnhom tnejn u għoxrin elf raġel. [1Kron:18:6] U David ħalla l-għases f'Aram ta' Damasku; u l-Aramin saru suġġetti għal David u bdew iħallsu l-ħaraġ. U l-Mulej kien jgħin lil David f'kull ma kien jidħol għalih. [1Kron:18:7] U David ħa t-tarkiet tad-deheb li kellhom fuqhom il-qaddejja ta' Ħadad-għeżer, u ġiebhom f'Ġerusalemm. [1Kron:18:8] U minn Tibħat u minn Kun, bliet ta' Ħadad-għeżer, David ħa ħafna bronż. Bih Salamun għamel il-baħar tal-bronz, il-kolonni, u tagħmir ieħor tal-bronż.

[1Kron:18:9] U Togħu, sultan ta' Ħamat, sar jaf li David kien qered il-forza kollha ta' Ħadad-għeżer, sultan ta' Soba. [1Kron:18:10] U bagħat lil ibnu Ħadoram is-sultan David biex iselli għalih u jifraħlu talli ħabat għal Ħadad-għeżer u għelbu; għax Ħadad-għeżer kien miġġieled ma' Togħu. U bagħatlu tagħmir tad-deheb, fidda u bronż. [1Kron:18:11] U s-sultan David ikkonsagrahom lill-Mulej flimkien mal-fidda u d-deheb li ħa mingħand il-ġnus kollha, minn Edom, minn Mowab, minn ulied Għammon, u mill-Filistin, u minn Għamalek.

[1Kron:18:12] Abisaj bin Seruja kisser lil Edom f'Wied il-Melħ, tmintax-il elf raġel. [1Kron:18:13] U ħalla għases f'Edom; u l-Edumin kollha saru suġġetti għal David. Hekk il-Mulej kien irebbaħ lil David kull fejn kien imur.

[1Kron:18:14] U David kien isaltan fuq Iżrael kollu, u kien jagħmel il-ħaqq u s-sewwa mal-poplu kollu tiegħu.

[1Kron:18:15] Ġowab bin Seruja kien jikkmanda l-eżerċtu; u Ġosafat bin Aħilud kien segretarju; [1Kron:18:16] Sadok bin Aħitub u Aħimelek bin Abjatar, qassisin; u Sawsa kien kronista; [1Kron:18:17] u Benajja bin Ġeħojada kien fuq il-Keretin u l-Peletin; u wlied David kienu l-uffiċjali kbar madwar is-sultan.

19. David u l-Għammonin

[1Kron:19:1] Ġara li wara dan miet Naħas, is-sultan ta' wlied Għammon, u daħal isaltan floku ibnu. [1Kron:19:2] U David qal: “Ħa nrodd lil Ħanun bin Naħas il-favur li missieru għamel miegħi.” U David bagħat messaġġiera jagħtuh l-għomor għall-mewt ta' missieru. U l-qaddejja ta' David marru fl-art ta' wlied Għammon għand Ħanun biex jagħtuh l-għomor.

[1Kron:19:3] U l-kapijiet ta' wlied Għammon qalu lil Ħanun: “Taħseb int li David bagħat jagħtik l-għomor biex permezz tal-qaddejja tiegħu jagħti ġieħ lil missierek? M'hux biex jistħarrġu u jitkixxfu u jġarrfu l-pajjiż ġew il-qaddejja tiegħu għandek? [1Kron:19:4] U Ħanun qabad lill-qaddejja ta' David, qaxxrilhom leħjithom u qatgħalhom nofs ilbieshom min-nofs sal-maqgħad u telaqhom. [1Kron:19:5] U marru u għarrfu lil David dwar dawn in-nies. U bagħat lil min jilqagħhom - għax dawn l-irġiel ħassew ruħhom avviliti għall-aħħar. U s-sultan qalilhom: “Oqogħdu f'Ġeriko sakemm tikbrilkom il-leħja, mbagħad erġgħu lura.”

[1Kron:19:6] Meta wlied Għammon raw li kisruha ma' David, Ħanun u wlied Għammon bagħtu elf talent tal-fidda biex jikru mingħand Aram-naħarajm, minn Aram-Magħka u minn Soba karrijiet u rikkieba; [1Kron:19:7] u krew tnejn u tletin elf karru, u s-sultan ta' Magħka u n-nies tiegħu; u ġew u waqqfu l-kamp quddiem Medeba. U wlied Għammon inġabru minn bliethom, u ġew għall-gwerra.

[1Kron:19:8] U David sama' b'dan, u bagħat lil Ġowab u l-eżerċtu kollu u n-nies qalbiena. [1Kron:19:9] U l-Għammonin ħarġu u ħadu posthom għall-ġlied fil-bieb tal-belt; u s-slaten li kienu ġew tqassmu għalihom weħidhom fir-raba'.

[1Kron:19:10] Meta Ġowab ra li kien mhedded minn quddiem u minn wara għażel l-aħjar min-nies kollha ta' Iżrael, u qassamhom quddiem l-Aramin. [1Kron:19:11] U l-bqija tal-poplu ħallieh f'idejn ħuh Abisaj, u qassamhom quddiem l-Għammonin [1Kron:19:12] u qallu: “Jekk l-Aramin insibhom aqwa minni, int ejja għinni; u jekk int issib l-Għammonin aqwa minnek, niġi ngħinek jien. [1Kron:19:13] Agħmel il-ħila, u nissieltu għall-poplu tagħna u għall-ibliet ta' Alla tagħna, mbagħad il-Mulej jagħmel dak li jidhirlu li hu tajjeb.”

[1Kron:19:14] U Ġowab u n-nies li kellu miegħu resqu quddiem Aram biex jitqabdu; u dawn ħarbu minn quddiemu. [1Kron:19:15] U malli wlied Għammon raw li l-Aramin kienu ħarbu, ħarbu huma wkoll minn quddiem Abisaj, ħu Ġowab, u daħlu l-belt; Ġowab imbagħad mar u telaq lejn Ġerusalemm.

[1Kron:19:16] Meta l-Aramin raw li marru minn taħt quddiem Iżrael, bagħtu messaġġiera u ħarġu lill-Aramin li kien hemm in-naħa l-oħra tax-xmara, u lil Sofak, il-kmandant ta' l-eżerċtu ta' Ħadad-għeżer, miexi quddiemhom. [1Kron:19:17] David sar jaf b'dan u ġama' lil Iżrael kollu, qasam il-Ġordan u ġie għalihom. U malli David qassam l-eżerċtu quddiem l-Aramin għat-taqbida, huma ħabtu għalih. [1Kron:19:18] U l-Aramin ħarbu minn quddiem Iżrael, David qatel mill-Aramin sebat elef rikkieb tal-karrijiet u erbgħin elf raġel tal-fanterija; lil Sofak, il-kmandant ta' l-eżerċtu, qatlu wkoll. [1Kron:19:19] Meta l-qaddejja ta' Ħadad-għeżer raw li tkissru quddiem Iżrael, għamlu paċi ma' David, u saru suġġetti għalih; u hekk l-Aramin ma ġewx aktar jgħinu lil ulied Għammon.

20. [1Kron:20:1] U ġara li fil-bidu tas-sena, meta s-slaten is-soltu joħorġu għall-gwerra, Ġowab ħareġ bl-eżerċtu, u ħarbat l-art ta' l-Għammonin, mbagħad mar idawwar il-belt ta' Rabba. U David kien baqa' Ġerusalemm. U Ġowab ħabat għal Rabba u ġarrafha. [1Kron:20:2] U David qabad il-kuruna tas-sultan tagħhom minn fuq rasu, u sab li kienet tiżen talent deheb, u fiha kien hemm ħaġra prezzjuża, u tqiegħdet fuq ras David. Ħa wkoll priża kbira mill-belt. [1Kron:20:3] In-nies tagħha mbagħad ħariġhom u qabbadhom jaħdmu bil-munxar, bil-bqaqen u bil-fisien tal-ħadid. Hekk għamel David lill-ibliet kollha ta' l-Għammonin.

Mbagħad David raġa’ lura lejn Ġerusalemm bl-eżerċtu kollu.

[1Kron:20:4] Wara dan qam il-ġlied f'Geżer mal-Filistin. U Sibbekaj minn Ħusa darab lil Siffaj, li kien minn ulied ir-Refajin; u hekk il-Filistin kienu megħlubin.

[1Kron:20:5] U raġa’ qam il-ġlied mal-Filistin; u Elħanan bin Ġajir darab lil Laħmi, ħu Gulija l-Gatti, li kellu l-lasta tal-lanza bħal motwa tan-nissieġa.

[1Kron:20:6] U raġa’ qam il-ġlied f'Gatt, u kien hemm raġel twil, li kellu erbgħa u għoxrin saba', mqassma sitta sitta. Dan ukoll kien minn nisel Rafa. [1Kron:20:7] U kien iżeblaħ lil Iżrael, imma qatlu Ġonatan bin Simgħa, ħu David. [1Kron:20:8] Dawn kienu twieldu lil Rafa f'Gatt, u mietu b'id David u b'id il-qaddejja tiegħu.

21. Iċ-ċensiment ta' David

[1Kron:21:1] U x-Xitan qam kontra Iżrael, u xewwex lil David biex jgħodd lil Iżrael. [1Kron:21:2] U David qal lil Ġowab u lill-kbarat tal-poplu: Morru għoddu lil Iżrael minn Birsaba sa Dan, u ġibuli rapport biex inkun naf l-għadd tagħhom. [1Kron:21:3] U Ġowab qallu: “Ħa jkattar il-Mulej il-poplu tiegħu mitt darba daqs li hu. Jaqaw m'hux sidi s-sultan, u m'humiex huma lkoll qaddejja ta' sidi? Għala qiegħed ifittex dan sidi? Għala għandu jkun hu li jġib il-ħtija fuq Iżrael?” [1Kron:21:4] Imma l-kelma tas-sultan għelbet lil Ġowab; u Ġowab ħareġ u dar Iżrael kollu; mbagħad ġie Ġerusalemm. [1Kron:21:5] U Ġowab ta l-għadd taċ-ċensiment tal-poplu lil David, u Iżrael kollu kien ilaħħaq miljun u mitt elf raġel kapaċi jislet ix-xabla, u Ġuda erba' mija u sebgħin elf raġel kapaċi jislet ix-xabla. [1Kron:21:6] Iżda lit-tribù ta' Levi u lit-tribù ta' Benjamin ma għaddhomx magħhom, għax l-ordni tas-sultan lil Ġowab ma għoġbux.

Il-pesta

[1Kron:21:7] Iżda Alla ma għoġbux dan u ħabat għal Iżrael. [1Kron:21:8] U David qal lil Alla: “Dnibt bil-kbir b'li għamilt; issa neħħi, nitolbok, dan il-ħażen tal-qaddej tiegħek, għax tbellaht bis-sħiħ.”

[1Kron:21:9] U l-Mulej kellem lil Gad, il-veġġent ta' David, u qallu: [1Kron:21:10] “Mur u kellem lil David u għidlu: Dan jgħid il-Mulej: 'Tliet ħwejjeġ inqegħedlek quddiemek: agħżel waħda minnhom u jien nagħmilhielek’.” [1Kron:21:11] U Gad mar għand David u qallu: “Dan jgħid il-Mulej; 'Agħżel int; [1Kron:21:12] jew tliet snin għaks, jew tliet xhur maħrub minn quddiem l-għedewwa tiegħek bix-xabla ta' l-għedewwa tiġri warajk, jonkella tlitt ijiem taħt ix-xabla tal-Mulej - il-pesta fl-art, bl-anġlu tal-Mulej li jħarbat l-art kollha ta' Iżrael. Issa aħsibha u għidli x'għandi ngħid lil min bagħatni.' ”

[1Kron:21:13] U wieġeb David lil Gad: “Nħossni f'diqa kbira: Ħalli naqa' f'id il-Mulej, għax kbira hija l-ħniena tiegħu, imma ma rridx naqa' f'idejn il-bniedem.” [1Kron:21:14] U l-Mulej bagħat il-pesta f'Iżrael. U mietu minn Iżrael sebgħin elf raġel.

[1Kron:21:15] U Alla bagħat anġlu Ġerusalemm biex jeqridha; imma meta kien se jeqridha, il-Mulej ra, u sogħob bih mid-deni, u qal lill-anġlu l-qerried: “Biżżejjed! Żomm idek.” U l-anġlu tal-Mulej dak il-ħin kien ħdejn il-qiegħa ta' Ornan il-Ġebusi.

[1Kron:21:16] U David rafa' għajnejh, u ra lill-anġlu tal-Mulej qiegħed bejn art u sema bix-xabla misluta f'idu, u mifruxa għal fuq Ġerusalemm. Mbagħad David u x-xjuħ, liebsa x-xkejjer, niżlu wiċċhom fl-art. [1Kron:21:17] U David qal lil Alla: “Jaqaw m'hux jien kont li ordnajt l-għadd tal-poplu? M'hux jien li dnibt, u għamilt dan id-deni kollu? Imma dawn in-nagħaġ x'għamlu? Mulej Alla tiegħi, ħa tkun, nitolbok, idek fuqi u fuq dar missieri; imma tħallix din il-pesta fuq il-poplu tiegħek.”

L-artal fuq il-qiegħa ta' Ornan

[1Kron:21:18] U l-anġlu tal-Mulej qal lil Gad biex jgħid lil David jitla' u jtalla' artal lill-Mulej fuq il-qiegħa ta' Ornan il-Ġebusi. [1Kron:21:19] U David tala' skond il-kelma ta' Gad, li kien qallu f'isem il-Mulej. [1Kron:21:20] U Ornan dar u ra l-anġlu, u l-erba' wlied li kienu miegħu nħbew. Ornan kien qiegħed jidres il-qamħ. [1Kron:21:21] Malli David wasal ħdejh, Ornan ħares u ra lil David, u ħareġ mill-qiegħa u niżel wiċċu fl-art quddiem David. [1Kron:21:22] U David qal lil Ornan: “Agħtini l-post tal-qiegħa biex nibni fih artal lill-Mulej. Agħtihuli b'kemm jiswa flus u hekk tieqaf il-pesta minn fost il-poplu.” [1Kron:21:23] U Ornan wieġeb lil David: “Ħudu, ħa jagħmel sidi s-sultan dak li jidhirlu li hu l-aħjar. Ara, nagħti l-baqar għas-sagrifiċċju tal-ħruq, u x-xatba għall-ħatab, u l-qamħ għall-offerta; kollox nagħtik.” [1Kron:21:24] U s-sultan David qal lil Ornan: “Le! Nixtrih b'kemm jiswa flus, għax ma noffrix dak li hu tiegħek lill-Mulej, u lanqas noffri sagrifiċċji bla ħlas.” [1Kron:21:25] U David ta lil Ornan għall-post sitt mitt xekel tad-deheb bl-użin. [1Kron:21:26] U David bena hemm artal lill-Mulej, u offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem; u sejjaħ lill-Mulej u dan wieġbu bin-nar mis-sema għal fuq l-artal tas-sagrifiċċju tal-ħruq. [1Kron:21:27] Mbagħad il-Mulej ordna lill-anġlu, u dan daħħal ix-xabla f'għantha.

[1Kron:21:28] Dak iż-żmien, meta David ra li l-Mulej wieġbu fil-qiegħa ta' Ornan il-Ġebusi, offra sagrifiċċji hemm. [1Kron:21:29] It-tabernaklu li kien għamel Mosè fid-deżert u l-artal tas-sagrifiċċji tal-ħruq, dak iż-żmien kienu għadhom fuq l-għolja ta' Gibgħon. [1Kron:21:30] U David ma kienx jista' jmur quddiemu jistaqsi lil Alla, għax kien jibża' mix-xabla ta' l-anġlu tal-Mulej.

22. L-artal fuq il-qiegħa ta' Ornan

[1Kron:22:1] U David qal: “Hawn ikun it-tempju tal-Mulej Alla, u hawn ikun l-artal għas-sagrifiċċji tal-ħruq għal Iżrael.”

Tħejjija għall-bini tat-tempju

[1Kron:22:2] David ordna li jiġbru l-barranin li kienu fl-art ta' Iżrael, u għażel minnhom naġġara biex jaqtgħu ġebel tal-qjies għall-bini tad-dar ta' Alla. [1Kron:22:3] U David ukoll ħaseb biex ġabar ħafna ħadid għall-imsiemer, għall-battenti tal-bibien u għall-istaneg; kwantità kbira ta' bronż bla użin, [1Kron:22:4] injam taċ-ċedru ma tgħoddux, għax is-Sidonin u t-Tirin ġiebu 'l David kwantità kbira ta' injam taċ-ċedru. [1Kron:22:5] Għax David qal: “Salamun ibni għadu żgħir u mingħajr esperjenza. U d-dar li se tinbena lill-Mulej trid tkun kbira tassew, biex tkun imsemmija u mfaħħra fil-pajjiżi kollha; nieħu mela ħsieb jien it-tħejjija tagħha.” U David qabel mewtu ħejja kull ma kien meħtieġ.

[1Kron:22:6] U sejjaħ lil ibnu Salamun, u ordnalu li jibni dar lill-Mulej, Alla ta' Iżrael. [1Kron:22:7] U qal David lil Salamun: “Ibni, jien kelli fi ħsiebi li nibni dar lil isem il-Mulej, Alla tiegħi, [1Kron:22:8] imma l-kelma tal-Mulej waslet għandi tgħidli: 'Int xerridt demm bil-kotra, u tqabadt taqbid bil-bosta, għalhekk ma tibnix inti dar lil ismi, għaliex xerridt ħafna demm fl-art quddiemi. [1Kron:22:9] Ara, jitwelidlek iben; hu jkun bniedem ta' sliem, u nserrħu mill-għedewwa kollha tiegħu ta' madwaru, għax ismu jkun Salamun, u nagħti sliem u kwiet lil Iżrael fiż-żmien kollu tiegħu. [1Kron:22:10] Hu jibni dar lil ismi. Hu jkun għalija iben, u jien inkun għalih missier; u nwaqqaf it-tron tiegħu fuq Iżrael għal dejjem.'

[1Kron:22:11] “U issa, ibni, ikun miegħek il-Mulej biex tkun tiflaħ tibni dar lill-Mulej Alla tiegħek, kif tkellem fuqek. [1Kron:22:12] Biss, jagħtik il-Mulej għaqal u dehen, biex meta jqiegħdek fuq Iżrael, int tħares il-liġi tal-Mulej, Alla tiegħek. [1Kron:22:13] Ikollok ir-riżq jekk inti tfittex li tħares il-ligijiet u l-kmandamenti li l-Mulej ordna lil Mosè għal Iżrael. Qawwi qalbek u agħmel il-ħila! Tibżax u taqtax qalbek! [1Kron:22:14] Ara, b'taħbit kbir ħejjejt għal dar il-Mulej mitt elf talent tad-deheb u miljun talent tal-fidda; u bronż u ħadid bla qjies għax hemm bil-kotra; u injam u ħaġar ħejjejt ukoll, u int tkompli żżid magħhom. [1Kron:22:15] Għandek ukoll kotra ta' ħaddiema: naġġara, bennejja, mastrudaxxi, u nies tas-sengħa bla għadd għax-xogħol [1Kron:22:16] tad-deheb, tal-fidda, tal-bronż u tal-ħadid. Qum, mela, u midd idejk; u l-Mulej ikun miegħek.”

[1Kron:22:17] U David ordna lill-prinċpijiet kollha ta' Iżrael biex jgħinu lil Salamun, ibnu, u qalilhom: [1Kron:22:18] “M'hux magħkom il-Mulej Alla tagħkom? Ma serraħkomx minn kullimkien? Għax hu reħa f'idejja n-nies kollha tal-pajjiż, u l-art kollha maħkuma quddiem il-Mulej u quddiem il-poplu tiegħu. [1Kron:22:19] Mela agħtu ruħkom u qalbkom biex tfittxu l-Mulej Alla tagħkom. Qumu u ibnu s-santwarju tal-Mulej Alla biex l-arka tal-patt tal-Mulej u t-tagħmir imqaddes ta' Alla jinġiebu fid-dar li se tinbena lil isem il-Mulej.”

23. It-tqassim tal-Leviti

[1Kron:23:1] David, xiħ u mimli bl-għomor, għamel lil Salamun, ibnu, sultan fuq Iżrael. [1Kron:23:2] U ġabar il-prinċpijiet kollha ta' Iżrael u l-qassisin u l-Leviti. [1Kron:23:3] U għadd il-Leviti minn tletin sena 'l fuq; l-għadd tagħhom, wieħed wieħed, kien ta' tmienja u tletin elf wieħed. [1Kron:23:4] Minn dawn erbgħa u għoxrin elf kellhom jieħdu ħsieb ix-xogħol ta' dar il-Mulej; u sitt elef ikunu uffiċjali u mħallfin; [1Kron:23:5] erbat elef purtinara u erbat elef jagħtu tifħir lill-Mulej bl-istrumenti li kien għamel għat-tifħir. [1Kron:23:6] David imbagħad qassamhom f'taqsimiet skond ulied Levi: Gersun, Keħat u Merari.

[1Kron:23:7] Mill-Gersunin kien hemm: Lagħdan u Simgħi. [1Kron:23:8] Ulied Lagħdan: Ġeħijel il-kap, Żetam, Ġoel, tlieta kollox. [1Kron:23:9] Ulied Simgħi: Selomot, Ħażijel, Ħaran, tlieta kollox. Dawn kienu l-kapijiet tal-familji ta' Lagħdan. [1Kron:23:10] U wlied Simgħi kienu: Ġaħat, Żina, Ġegħus u Berigħa. Dawn kienu wlied Simgħi, erbgħa kollox. [1Kron:23:11] U Ġaħat kien il-kap, u Żiża t-tieni, Ġegħus u Berija ma kellhomx ħafna tfal, għalhekk kienu magħdudin b'familja waħda għal xogħol wieħed. [1Kron:23:12] Ulied Keħat: Għamram, Isħar, Ħebron, Għużżijel, erbgħa kollox. [1Kron:23:13] Ulied Għamram: Aron u Mosè. Aron kien magħżul biex jikkonsagra l-aktar ħwejjeġ qaddisa, hu u wliedu, għal dejjem: jiġifieri jaħarqu l-inċens quddiem il-Mulej, li jservu quddiemu, u jbierku f'ismu għal dejjem. [1Kron:23:14] Mosè, il-bniedem ta' Alla, uliedu kienu magħduda mat-tribù ta' Levi. [1Kron:23:15] Ulied Mosè: Gersum u Eligħeżer. [1Kron:23:16] Ulied Gersum: Sebuwel, il-kap. [1Kron:23:17] U wlied Eligħeżer kienu Reħabija, il-kap; Eligħeżer ma kellux tfal aktar, imma wlied Reħabija kienu ħafna. [1Kron:23:18] Ulied Isħar: Selomit, il-kap. [1Kron:23:19] Ulied Ħebron: Ġerija, il-kap; Amarija, it-tieni; Ġaħżijel, it-tielet; Ġekamgħam, ir-raba'. [1Kron:23:20] Ulied Għużżijel: Mika, il-kap; Issija, it-tieni. [1Kron:23:21] Ulied Merari: Maħli u Musi. Ulied Maħli, Elgħażar u Kis. [1Kron:23:22] Elgħażar miet u ma kellux subjien, imma bniet; u żżewwġuhom ħuthom, ulied Kis. [1Kron:23:23] Ulied Musi kienu Maħli, Għeder, u Ġeremot, tlieta kollox.

[1Kron:23:24] Dawn kienu wlied Levi skond il-familji ta' missirijiethom, il-kapijiet tal-familji ta' missirijiethom kif kienu magħduda, wieħed wieħed, skond isimhom. Kienu jagħmlu x-xogħol tas-servizz f'dar il-Mulej minn għoxrin sena 'l fuq. [1Kron:23:25] Għax David qal: “Il-Mulej, Alla ta' Iżrael, ta l-mistrieħ lill-poplu tiegħu, u hu għamel l-għamara tiegħu f'Ġerusalemm għal dejjem. [1Kron:23:26] Għalhekk il-Leviti ma għandhomx għalfejn iġorru t-tabernaklu u t-tagħmir għas-servizz tiegħu.” [1Kron:23:27] Għaliex skond l-aħħar kliem ta' David, il-Leviti jingħaddu minn għoxrin sena 'l fuq. [1Kron:23:28] Ix-xogħol tagħhom kien li jgħinu lil ulied Aron fis-servizz tad-dar tal-Mulej fil-btieħi, fil-kmamar, fit-tindif ta' kull ma hu kkonsagrat, u kull xogħol ieħor fis-servizz tad-dar ta' Alla. [1Kron:23:29] Kellhom jieħdu ħsieb il-ħobż tal-preżenza, kull ħami fit-taġen, l-offerta mħallta biż-żejt, u kull użin u kejl.

[1Kron:23:30] Kull filgħodu kellhom imorru jroddu ħajr u jfaħħru lill-Mulej, u hekk ukoll filgħaxija, [1Kron:23:31] u wkoll kull meta kienu jkunu offruti lill-Mulej is-sagrifiċċji tal-ħruq fis-Sibtijiet, fil-qamar ġdid u fil-festi, skond in-numru li jkun imisshom skond il-Liġi għal dejjem quddiem il-Mulej.

[1Kron:23:32] Kellhom jieħdu ħsieb is-servizz fit-tinda tal-laqgħa, is-servizz tal-ħwejjeġ sagri, u s-servizz ta' wlied Aron, ħuthom fis-servizz ta' dar il-Mulej.

24. It-tqassim tal-qassisin

[1Kron:24:1] Ulied Aron kienu mqassma hekk: Ulied Aron kienu: Nadab, Abiħu, Elgħażar u Itamar. [1Kron:24:2] Nadab u Abiħu mietu qabel missierhom, u ma kellhomx tfal, għalhekk Elgħażar u Itamar għamluha ta' qassisin. [1Kron:24:3] David bl-għajnuna ta' Sadok minn ulied Elgħażar, u Aħimelek minn ulied Itamar, qassamhom skond ix-xogħol tagħhom fis-servizz. [1Kron:24:4] U billi fost ulied Elgħażar instabu kapijiet irġiel aktar milli minn fost ulied Itamar, qassmuhom hekk: minn ulied Elgħażar, skond il-kapijiet ta' dar missirijiethom, sittax-il wieħed; u lil ulied Itamar, skond id-djar ta' missirijiethom, tmienja. [1Kron:24:5] Qassmuhom bix-xorti, wieħed bħall-ieħor, għax kien hemm prinċpijiet tas-santwarju u prinċpijiet ta' Alla, kemm minn ulied Elgħażar kemm minn ulied Itamar.

[1Kron:24:6] Semajja bin Netanjel, l-iskriba, minn Levi, kitibhom quddiem is-sultan u l-prinċpijiet, u Sadok, il-qassis, u Aħimelek bin Ebijatar, u l-kapijiet tad-djar ta' missirijiet il-qassisin u l-Leviti; dar waħda kienet magħżula għal Elgħażar, u oħra għal Itamar.

[1Kron:24:7] L-ewwel xorti li telgħet messet lil Ġeħojarib; it-tieni lil Ġedajja; [1Kron:24:8] it-tielet lil Ħarim; ir-raba' lil Segħorim; [1Kron:24:9] il-ħames lil Malkija; is-sitta lil Mijjamin; [1Kron:24:10] is-seba' lil Ħakkus; it-tmienja lil Abija; [1Kron:24:11] id-disa' lil Ġożwè; l-għaxra lil Sekanija; [1Kron:24:12] il-ħdax lil Eljasib; it-tnax lil Ġakim; [1Kron:24:13] it-tlittax lil Ħuffa; l-erbatax lil Ġesebab; [1Kron:24:14] il-ħmistax lil Bilga; is-sittax lil Immer; [1Kron:24:15] is-sbatax lil Ħeżir; it-tmintax lil Ħaffisses; [1Kron:24:16] id-dsatax lil Petaħija; l-għoxrin lil Eżekjel; [1Kron:24:17] il-wieħed u għoxrin lil Ġakin; it-tnejn u għoxrin lil Gamul; [1Kron:24:18] it-tlieta u għoxrin lil Delaja; l-erbgħa u għoxrin lil Magħżija.

[1Kron:24:19] Hekk qassmuhom għax-xogħol li kellhom jagħmlu fis-servizz tagħhom meta jidħlu f'dar il-Mulej, skond ma jkun imisshom kif qassamhom Aron missierhom fuq l-ordni tal-Mulej, Alla ta' Iżrael.

[1Kron:24:20] Il-bqija ta' wlied Levi kienu: minn ulied Għamram: Subajel; minn ulied Subajel: Ġeħdija [1Kron:24:21] ta' Reħabija; minn ulied Reħabija; Issija, il-kap. [1Kron:24:22] Mill-Isħarin: Selomot; minn ulied Selomot: Ġaħat. [1Kron:24:23] U minn ulied Ħebron: Ġerija, il-kap; Amarija, it-tieni; Ġaħżijel, it-tielet; Ġekamgħam, ir-raba'. [1Kron:24:24] Minn ulied Għużżijel: Mika; u minn ulied Mika: Samur. [1Kron:24:25] Ħu Mika: Issija; u minn ulied Issija: Żakkarija. [1Kron:24:26] Ulied Merari: Maħli u Musi. Ulied Ġagħżija: Benu. [1Kron:24:27] Ulied Merari, minn Għużżijel: Benu, Soħam, Żakkur, u Għibri. [1Kron:24:28] Minn Maħli: Elgħażar, li ma kellux tfal. [1Kron:24:29] Minn Kis, ulied Kis; Ġeraħmijel. [1Kron:24:30] U wlied Musi: Maħli, Għeder, Ġerimot.

Dawn kienu ulied il-Leviti, skond id-djar ta’ missierijiethom.
[1Kron:24:31] Dawn ukoll tellgħu x-xorti bħal ħuthom ulied Aron, quddiem is-sultan David, Sadok u Aħimelek, u l-kapijiet tal-familja tal-qassisin u l-Leviti mill-kapijiet il-kbar sa ħuthom iż-żgħar.

25. Il-kant u l-mużika

[1Kron:25:1] David u l-kapijiet tas-servizz qassmu wkoll għas-servizz lil ulied Asaf, Ħeman u Ġedutun, li kellhom jipprofetizzaw biċ-ċetri, bl-arpi, u bil-platti. Dan hu l-għadd tan-nies tax-xogħol skond is-servizz tagħhom.

[1Kron:25:2] Minn ulied Asaf: Żakkur, Ġużeppi, Netanija, Asarela, ulied Asaf, taħt it-tmexxija ta' Asaf, li kien jipprofetizza skond l-ordni tas-sultan. [1Kron:25:3] Minn Ġedutun, ulied Ġedutun: Gedalija, Seri, Isaija, Simgħi, Ħasabija, Mattitija, sitta kollox, taħt id-direzzjoni ta' missierhom Ġedutun, li kienu jipprofetizzaw biċ-ċetra b'radd il-ħajr u tifħir lill-Mulej.

[1Kron:25:4] Minn Ħeman, Ulied Ħeman: Bukkija, Mattanija, Għużżijel, Sebuwel, u Ġerimot, Ħananija, Ħanani, Eljata, Giddalti u Romamti-għeżer, Ġosbeksa, Malloti, Ħotir, Maħażijot. [1Kron:25:5] Dawn kollha kienu wlied Ħeman, il-veġġent tas-sultan fil-ħwejjeġ ta' Alla; u biex ikattarlu ġieħu, skond ma kien wiegħdu, Alla tah erbatax-il tifel u tlitt ibniet.

[1Kron:25:6] Dawn kollha kienu taħt id-direzzjoni ta' missierhom fil-kant f'dar il-Mulej, msieħeb mill-platti, l-arpi u ċ-ċetri, għas-servizz tad-dar ta' Alla taħt id-direzzjoni tas-sultan, Asaf, Ġedutun, u Ħeman.

[1Kron:25:7] L-għadd tagħhom, flimkien ma' dak ta' ħuthom imħarrġa fil-kant lill-Mulej, lkoll jinqalgħu, kien ta' mitejn u tmienja u tmenin. [1Kron:25:8] U huma lkoll, kbar u żgħar, mgħallem u skular, lkoll xorta, tellgħu x-xorti għat-tqassim tas-servizz.

[1Kron:25:9] L-ewwel xorti li telgħet messet lil Ġużeppi minn Asaf;
It-tieni messet lil Gedalija, hu flimkien ma’ ħutu u wliedu, tnax kollox;
[1Kron:25:10] it-tielet messet lil Żakkur, uliedu u ħutu, tnax kollox;
[1Kron:25:11] ir-raba' messet lil Isri, uliedu u ħutu, tnax kollox;
[1Kron:25:12] il-ħames messet lil Netanija, uliedu u ħutu, tnax kollox;
[1Kron:25:13] is-sitta lil Bukkija, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:14] is-seba' lil Asarel, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:15] it-tmienja lil Isaija, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:16] id-disa' lil Mattanija, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:17] l-għaxra lil Simgħi, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:18] il-ħdax lil Għażarel, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:19] it-tnax lil Ħasabija, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:20] it-tlittax lil Subajel, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:21] l-erbatax lil Mattitija, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:22] il-ħmistax lil Ġerimot, uliedu u ħutu, tnax kollox;
[1Kron:25:23] is-sittax lil Ħananija, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:24] is-sbatax lil Ġosbeksa, uliedu u ħutu, tnax kollox;
[1Kron:25:25] it-tmintax lil Ħanani, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:26] id-dsatax lil Malloti, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:27] l-għoxrin lil Elijata, uliedu u ħutu, tnax kollox; [1Kron:25:28] il-wieħed u għoxrin lil Ħotir, uliedu u ħutu, tnax kollox;
[1Kron:25:29] it-tnejn u għoxrin lil Giddalti, uliedu u ħutu, tnax kollox;
[1Kron:25:30] it-tlieta u għoxrin lil Maħżijot, uliedu u ħutu, tnax kollox;
[1Kron:25:31] l-erbgħa u għoxrin lil Romamti-għeżer, uliedu u ħutu, tnax kollox.

26. Il-purtinara

[1Kron:26:1] Dan kien it-tqassim tal-purtinara: mill-Koraħin kien hemm: Meselemija bin Kore minn Ebijasaf. [1Kron:26:2] U Meselemija kellu dawn l-ulied: Żakkarija, il-kbir; Ġedigħajel, it-tieni; Żebadija, it-tielet; Ġatnijel, ir-raba'; [1Kron:26:3] Għelam, il-ħames; Ġeħoħanan, is-sitta; Eljeħu-għenaj, is-seba'. [1Kron:26:4] Għobededom kellu dawn l-ulied: Semajja, il-kbir; Ġeħożabad, it-tieni; Ġowaħ, it-tielet; Sakar, ir-raba'; Netanjel, il-ħames; [1Kron:26:5] Għammijel, is-sitta; Issakar, is-seba'; Pegħulletaj, it-tmienja; għax Alla kien bierku. [1Kron:26:6] U Semajja, ibnu, twildulu wlied li kienu jaħkmu fuq il-familji ta' missirijiethom, għax kienu rġiel ta' ħila kbira. [1Kron:26:7] Ulied Semajja kienu: Għotni, Refel, Għobed, Elżabad, li ħutu kienu nies ta' ħila, Eliħu u Semakija. [1Kron:26:8] Dawn kienu kollha minn ulied Għobededom, huma u wliedhom u ħuthom, nies ta' ħila, tajbin għas-servizz - tnejn u sittin minn Għobededom.

[1Kron:26:9] U Meselemija kellu wlied u aħwa, nies ta' ħila - tmintax kollox.

[1Kron:26:10] U Ħosa, minn ulied Merari, kellu wliedu: Simri, il-kap, għax għalkemm ma kienx il-kbir, missieru għamlu kap; [1Kron:26:11] Ħilkija, it-tieni; Tebalija, it-tielet; Żakkarija, ir-raba'; l-ulied kollha ta' Ħosa u ħutu kienu tlittax.

[1Kron:26:12] Dawn kienu t-taqsimiet tal-purtinara skond il-kapijiet tagħhom; kellhom is-servizz tagħhom bħalma ħuthom kienu jservu fid-dar tal-Mulej. [1Kron:26:13] U huma tellgħu x-xorti għal kull bieb skond id-djar ta' missirijiethom, lkoll xorta, kbar u żgħar. [1Kron:26:14] U x-xorti tan-naħa tal-lvant messet lil Selemija. Tellgħu x-xorti għal Żakkarija ibnu, kunsillier għaqli, u x-xorti messitu n-naħa tat-tramuntana. [1Kron:26:15] Lil Għobededom messitu n-naħa tan-nofsinhar, u lil ibnu u lil uliedu messithom id-dar ta' l-imħażen. [1Kron:26:16] Lil Suffim u lil Ħosa n-naħa tal-punent, il-bieb ta' Salleket, fit-triq tat-telgħa, għassa biswit għassa. [1Kron:26:17] Fuq in-naħa tal-lvant kien hemm sitt Leviti kuljum, in-naħa tat-tramuntana erbgħa kuljum, in-naħa tan-nofsinhar erbgħa kuljum, u fl-imħażen kien hemm tnejn u tnejn. [1Kron:26:18] U tnejn tal-Parbar fuq il-punent, erbgħa ħdejn it-triq, u tnejn għall-Parbar. [1Kron:26:19] Dan kien it-taqsim tal-purtinara minn fost ulied Koraħ u wlied Merari.

[1Kron:26:20] Il-Leviti, ħuthom, kellhom jieħdu ħsieb l-imħażen tad-dar ta' Alla, u l-imħażen ta' l-offerti mqaddsa. [1Kron:26:21] Ulied Lagħdan, ulied il-Gersunin minn Lagħdan, il-kapijiet ta' djar missirijiethom minn Lagħdan il-Gersuni: Ġeħijeli. [1Kron:26:22] U wlied Ġeħijeli, Żetan u Ġoel, ħuh, kellhom jieħdu ħsieb l-imħażen ta' dar il-Mulej. [1Kron:26:23] Mill-Għamramin, l-Isħarin, il-Ħebronin, l-Għużżijelin, [1Kron:26:24] Sebuwel bin Gersum bin Mosè kien suprentendent ta' l-imħażen. [1Kron:26:25] U minn ħutu minn Eligħeżer: Reħabija, u ibnu Isaija; Ġoram, ibnu; Żikri, ibnu; Selomot, ibnu. [1Kron:26:26] Dan Selomot u ħutu kellhom jieħdu ħsieb il-ħażniet kollha ta' l-offerti mqaddsa, li s-sultan David u l-kapijiet tal-familji, u l-kmandanti ta' l-eluf u l-mijiet, u l-ġenerali ta' l-eżerċtu, kienu kkonsagraw. [1Kron:26:27] Kienu kkonsagrawhom mid-dħul tal-gwerra u l-priżi għall-manutenzjoni ta' dar il-Mulej. [1Kron:26:28] U kull ma kien ikkonsagra Samwel, il-veġġent, Sawl bin Kis, Abner bin Ner, u Ġowab bin Seruja - dawn il-ħwejjeġ kollha kkonsagrati kienu fi ħsieb Selomot u ħutu.

[1Kron:26:29] Mill-Isħarin, Kenanija u wliedu kellhom jieħdu ħsieb l-affarijiet ċivili ta' Iżrael, bħala kummissarji u mħallfin. [1Kron:26:30] Mill-Ħebronin, Ħasabija u ħutu, elf u seba' mitt raġel ta' ħila kbira, kellhom jieħdu ħsieb Iżrael, in-naħa tal-punent tal-Ġordan, fil-ħwejjeġ kollha tal-Mulej u s-servizz tas-sultan. [1Kron:26:31] Mill-Ħebronin, Ġerija kien il-kap tal-Ħebronin skond nisilhom u d-djar ta' missirijiethom. Fis-sena erbgħin tas-saltna ta' David bdew ifittxu u sabu f'nofshom nies ta' ħila kbira f'Gagħżer ta' Gilgħad. [1Kron:26:32] Is-sultan David, lilu u ħutu - elfejn u seba' mitt raġel ta' ħila, kapijiet ta' djar missirijiethom - tahom is-setgħa fuq ir-Rubenin, il-Gadin u nofs it-tribù ta' Manassi, biex jieħdu ħsieb kull ma kellu x'jaqsam mal-Mulej u jmiss lis-sultan.

27. L-eżerċtu u l-amministrazzjoni ċivili

[1Kron:27:1] Dan hu l-għadd ta' wlied Iżrael, il-kapijiet ta' djar il-missirijiet, il-kmandanti ta' l-eluf u l-mijiet, u l-fizzjali li kienu jservu lis-sultan f'dak kollu li kellu x'jaqsam mat-taqsimiet ta' l-eżerċtu, li kienu jidħlu u joħorġu, waħda wara l-oħra, minn xahar għal xahar, matul is-sena. Kull taqsima kien fiha erbgħa u għoxrin elf ruħ.

[1Kron:27:2] Fuq l-ewwel taqsima għall-ewwel xahar kien hemm Ġasobgħam bin Żabdijel. U t-taqsima tiegħu kien fiha erbgħa u għoxrin elf ruħ. [1Kron:27:3] Kien hemm ulied Pereż, u kien kap fuq il-kmandanti kollha ta' l-eżerċtu għall-ewwel xahar.

[1Kron:27:4] Fuq it-taqsima għat-tieni xahar kien hemm Elgħażar bin Dodaj l-Aħoħi; fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.

[1Kron:27:5] Kmandant tat-tielet taqsima għat-tielet xahar kien Benajja bin Ġeħojada, il-qassis, bħala kap. It-taqsima tiegħu kien fiha erbgħa u għoxrin elf ruħ. [1Kron:27:6] Dan Benajja kien raġel qalbieni fost it-tletin u fuq it-tletin; u Għam-miżabad, ibnu, kien inkarigat mit-taqsima tiegħu.

[1Kron:27:7] Ir-raba', għar-raba' xahar, kien hemm Għaxajel, ħu Ġowab, u warajh Żebadija ibnu. Fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.

[1Kron:27:8] Il-ħames, għall-ħames xahar, kien hemm il-kmandant Samħut l-Eżraħi; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.

[1Kron:27:9] Is-sitta, għas-sitt xahar, Għira bin Għikkes it-Tekugħi; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.

[1Kron:27:10] Is-seba', għas-seba' xahar, Ħeles il-Peluni, minn ulied Efrajm; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.

[1Kron:27:11] It-tmienja, għat-tmien xahar, Sibbekaj il-Ħusati taż-Żeraħin; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.

[1Kron:27:12] Id-disa', għad-disa' xahar, kien hemm Abigħeżer l-Għanatoti, mill-Benjaminin; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.

[1Kron:27:13] L-għaxra, għall-għaxar xahar, kien hemm Maħaraj, in-Netufi, miż-Żeraħin; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.

[1Kron:27:14] Il-ħdax, għall-ħdax-il xahar, kien hemm Banajja l-Piragħtuni, minn ulied Efrajm; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.

[1Kron:27:15] It-tnax, għat-tnax-il xahar, kien hemm Ħeldaj, in-Netufi, minn Għotnijel; u fit-taqsima tiegħu kien hemm erbgħa u għoxrin elf ruħ.

[1Kron:27:16] Dawn kienu l-kapijiet fuq it-tribujiet ta' Iżrael: fuq ir-Rubenin kien hemm il-prinċep Eligħeżer bin Żikri; fuq is-Simgħonin, Sefatija bin Magħka; [1Kron:27:17] fuq il-Leviti, Ħasabija bin Kemuwel; u fuq nies Aron, Sadok; [1Kron:27:18] fuq Ġuda, Eliħu, minn ħut David; fuq Issakar, Għomri bin Mikiel; [1Kron:27:19] fuq Żebulun, Ismajja bin Għobadija; fuq Naftali, Ġeremot bin Għażrijel; [1Kron:27:20] fuq Efrajm, Ħosegħa bin Għażażija; fuq nofs it-tribù ta' Manassi, Ġoel bin Pedaja; [1Kron:27:21] fuq in-nofs l-ieħor tat-tribù ta' Manassi f'Gilgħad, Iddu bin Żakarija; fuq Benjamin, Ġagħsijel bin Abner; [1Kron:27:22] fuq Dan, Għażarel bin Ġeroħam.

Dawn kienu l-prinċpijiet tat-tribujiet ta’ Iżrael.

[1Kron:27:23] Dawk li kellhom minn għoxrin sena 'l isfel David ma għaddhomx għax il-Mulej kien wiegħed li jkattar lil Iżrael bħall-kwiekeb tas-sema. [1Kron:27:24] Ġowab bin Seruja beda jgħodd, imma ma spiċċax, għax minħabba f'hekk waqgħet il-korla fuq Iżrael, u anqas l-għadd ma kien imniżżel fi Ktieb il-Ġrajja tas-Sultan David.

[1Kron:27:25] U biex jieħu ħsieb il-ħażniet tas-sultan kien hemm Għażmawet bin Għaddijel; u Ġonatan bin Għużżija kien jieħu ħsieb il-ħażniet li kellu fir-raba', fl-ibliet, u fl-irħula u fit-torrijiet. [1Kron:27:26] Għeżri bin Kelub kien jieħu ħsieb il-ħaddiema tar-raba', li kienu jaħdmu l-art. [1Kron:27:27] U fuq l-oqsma tad-dwieli kien hemm Simgħi r-Rami; u Żabdi s-Sifmi kien jieħu ħsieb il-ħażniet ta' l-inbid f'dawn l-oqsma.

[1Kron:27:28] U fuq l-oqsma taż-żebbuġ u tal-ġummajż fis-Sefela kien hemm Bagħal-ħanan il-Gederi; u Ġowas kien jieħu ħsieb il-ħażniet taż-żejt. [1Kron:27:29] Jieħu ħsieb il-baqar li kienu jirgħu f'Saron kien hemm Sitraj is-Saroni; u l-baqar li kienu fil-widien kien jieħu ħsiebhom Safat bin Għadlaj. [1Kron:27:30] Fuq l-iġmla kien hemm Obil l-Ismagħeli; u fuq il-ħmariet kien hemm Ġeħdeja l-Meronoti. [1Kron:27:31] Fuq l-imrieħel kien hemm Ġażiż il-Ħagri. Dawn kollha kienu jieħdu ħsieb il-ġid li kellu s-sultan David.

[1Kron:27:32] Ġonatan, iz-ziju ta' David, bniedem jilħaqlu u segretarju, kien kunsillier; u hu u Ġeħijel bin Ħakmoni kienu jieħdu ħsieb ulied is-sultan. [1Kron:27:33] U Aħitofel kien kunsillier tas-sultan u Ħusaj l-Arki kien ħabib tas-sultan. [1Kron:27:34] Wara Aħitofel laħaq Ġeħojada bin Banajja, u Abjatar. Il-kmandant ta' l-eżerċtu tas-sultan kien Ġowab.

28. L-aħħar laqgħa f'Ġerusalemm

[1Kron:28:1] U David laqqa' f'Ġerusalemm il- kapijiet kollha ta' Iżrael, il-kapijiet tat-tribujiet, il-kapijiet tat-taqsim għas-servizz tas-sultan, il-kmandanti ta' l-eluf u tal-mijiet, l-uffiċjali li kienu jieħdu ħsieb il-ġid u l-imrieħel tas-sultan u wliedu, flimkien ma' l-uffiċjali tal-palazz u l-qalbenin u l-gwerriera qalbiena.

[1Kron:28:2] Is-sultan David qam fuq riġlejh u qal: “Isimgħu, intom ħuti u l-poplu tiegħi! Jien kont bi ħsiebni nibni dar għall-mistrieħ ta' l-arka tal-patt tal-Mulej, u l-mirfes ta' riġlejn Alla tagħna, u kont lestejt kollox għall-bini. [1Kron:28:3] Imma Alla qalli: 'Int ma tibnix dar lil ismi, għax int bniedem tal-ġlied, u xerridt id-demm.' [1Kron:28:4] Imma l-Mulej, Alla ta' Iżrael, għażilni minn fost dar missieri li nkun sultan fuq Iżrael għal dejjem. Għax hu għażel lil Ġuda bi prinċep, u mid-dar ta' Ġuda, id-dar ta' missieri, u minn fost ulied missieri għoġbu jagħmel lili sultan fuq Iżrael kollu.

[1Kron:28:5] “U minn fost uliedi kollha - għax il-Mulej tani kotra ta' wlied - hu għażel lil Salamun, ibni, biex joqgħod fuq it-tron tas-saltna tal-Mulej fuq Iżrael.

[1Kron:28:6] “U qalli: 'Salamun, ibnek, hu jibni dari u l-btieħi tiegħi, għax lilu ħtart b'ibni, u jien inkun għalih missier. [1Kron:28:7] U jien inwettaqlu għal dejjem is-saltna tiegħu, jekk jibqa' sħiħ fil-fehma tiegħu li jagħmel il-liġijiet u l-ordnijiet tiegħi, bħalma għamel sa llum.'

[1Kron:28:8] “Mela issa hawn quddiem Iżrael kollu, il-ġemgħa tal-Mulej, u quddiem Alla tagħna li qiegħed jismagħna; ħarsu u fittxu l-liġijiet kollha tal-Mulej, Alla tagħkom, sabiex tibqgħu żżommu f'idejkom din l-art għammiela u tgħadduha b'wirt lil uliedkom warajkom għal dejjem.

[1Kron:28:9] “U inti, Salamun, ibni, agħraf 'l Alla ta' missierek u aqdih b'qalbek sħiħa u b'rieda soda għaliex il-Mulej jistħarreġ il-qlub u jifhem kull għamla ta' ħsieb. Jekk inti tfittxu, iħallik issibu; imma jekk int titilqu, hu jwarrbek għal dejjem. [1Kron:28:10] Ara, issa li l-Mulej għażlek biex tibnilu dar bħala santwarju, agħmel il-qalb u ibda!”

[1Kron:28:11] U David ta lil Salamun, ibnu, il-mudell tal-portiku, tal-bini stess, l-imħażen, il-kmamar ta' fuq, il-kmamar ta' ġewwa, u l-kamra tal-propizjatorju. [1Kron:28:12] Tah il-mudell ta' kull ma kellu f'moħħu dwar il-btieħi ta' dar il-Mulej u tal-kmamar kollha dawramejt għall-ħażniet tad-dar ta' Alla u għall-ħażniet ta' l-offerti mqaddsa; [1Kron:28:13] għat-taqsim tal-qassisin u l-Leviti, u x-xogħol kollu tas-servizz ta' dar il-Mulej u t-tagħmir għas-servizz ta' dar il-Mulej. [1Kron:28:14] Qallu wkoll l-użin tad-deheb meħtieġ għal kull tagħmir għal kull servizz, u l-użin tal-fidda għat-tagħmir kollu tal-fidda għal kull servizz; [1Kron:28:15] l-użin tad-deheb għall-imnariet tad-deheb u l-imsiebaħ tagħhom tad-deheb, u l-użin tal-fidda ta' l-imnariet tal-fidda, bl-użin ta' kull imnara u l-imsiebaħ tagħha, skond l-użu ta' kull imnara fis-servizz. [1Kron:28:16] U mbagħad l-użin tad-deheb meħtieġ għall-imwejjed tal-ħobż tal-preżenza u tal-fidda għall-imwejjed tal-fidda; [1Kron:28:17] il-mudell tal-frieket, tal-bwieqi, tat-tazzi tad-deheb fin; u tal-buqari tad-deheb, bl-użin għal kull buqar, u għall-buqari tal-fidda skond l-użin ta' kull buqar; [1Kron:28:18] mudell għall-artal ta' l-inċens, deheb fin bl-użin; u l-mudell tal-karru tal-kerubini tad-deheb, li kellhom jgħattu l-arka tal-patt bi ġwenħajhom mifruxa.

[1Kron:28:19] Dan kollu għarrfu bil-miktub, minn id il-Mulej, ix-xogħol kollu li kellu jsir skond il-mudell.

[1Kron:28:20] U David qal lil ibnu Salamun: “Agħmel il-ħila, agħmel il-qalb u idħol għax-xogħol! La tibżax, u la taqtax qalbek, għax il-Mulej, Alla tiegħi, miegħek. M'hux se jħallik u anqas jitilqek sa ma ttemm ix-xogħol għas-servizz ta' dar il-Mulej.

[1Kron:28:21] “Hawn ukoll it-taqsimiet tal-qassisin u l-Leviti għas-servizz kollu tad-dar ta' Alla; għandek ukoll għal kull xogħol nies jinqalgħu u lesti minn qalbhom għal kull xogħol; u l-kapijiet u l-poplu kollu joqogħdu għal kliemek.”

29. David iħeġġeġ il-poplu

[1Kron:29:1] U David kellem lill-ġemgħa kollha: “Ibni Salamun - lilu waħdu Alla għażel - għadu tfajjel u dgħajjef, u x-xogħol hu kbir, għax dan m'huwiex xi palazz għal xi bniedem, imma għall-Mulej Alla. [1Kron:29:2] Jien għamilt kull ma stajt u ħejjejt kollox għad-dar ta' Alla tiegħi, id-deheb għall-oġġetti tad-deheb, u l-fidda għall-oġġetti tal-fidda, bronż għall-oġġetti tal-bronż, ħadid għall-oġġetti tal-ħadid, injam għall-oġġetti ta' l-injam, kwantità kbira ta' ħaġar ta' l-oniċi u ħaġar ieħor għall-ingastar, rħam aħdar u kkulurit, kull xorta oħra ta' ħaġar prezzjuż u rħam bil-kotra.

[1Kron:29:3] “U aktar, minħabba l-għaxqa tiegħi bid-dar ta' Alla tiegħi, kull ma għandi tad-deheb u l-fidda tajtu lid-dar ta' Alla, minbarra dak li lestejt għas-santwarju: [1Kron:29:4] tlitt elef talent tad-deheb, deheb ta' Ofir, u sebat elef talent tal-fidda fina għall-kisi tal-ħitan tas-swali; [1Kron:29:5] deheb għall-oġġetti tad-deheb, u fidda għall-oġġetti tal-fidda għal kull xogħol tan-nies tas-sengħa. Min hu issa lest li jersaq b'idejh mimlija u jagħti minn qalbu offerta lill-Mulej?”

[1Kron:29:6] U l-kapijiet tad-djar ta' missirijiethom, il-kapijiet tat-tribujiet ta' Iżrael, u l-kmandanti ta' l-eluf u tal-mijiet, u s-suprentendenti tax-xogħol tas-sultan tħajjru, [1Kron:29:7] u offrew minn rajhom għas-servizz tad-dar ta' Alla ħamest elef talent u għaxart elef darik tad-deheb, għaxart elef talent tal-fidda, tmintax-il elf talent tal-bronż u mitt elf talent tal-ħadid. [1Kron:29:8] U kull min sab li kellu ħaġar prezzjuż, tah f'idejn Ġeħijel il-Gersuni għat-teżor ta' dar il-Mulej.

[1Kron:29:9] U l-poplu feraħ bl-offerti minn rajhom, għax tassew taw minn qalbhom lill-Mulej, u feraħ ukoll David is-sultan b'ferħ kbir.

[1Kron:29:10] U David bierek il-Mulej quddiem il-ġemgħa kollha u qal:

“Mbierek int, Mulej, Alla ta' Iżrael, missierna,
minn dejjem għal dejjem.
[1Kron:29:11] Tiegħek, Mulej, il-kobor u l-qawwa,
il-ġieħ, is-sebħ u t-tifħir:
kull ma hemm fis-sema u fl-art.
Tiegħek is-saltna, Mulej,
int kap fuq kulħadd.

[1Kron:29:12] Minnek l-għana u s-sebħ;
int taħkem fuq kollox.
F'idejk il-qawwa u s-saħħa;
f'idejk is-setgħa li tkabbar u 'l kulhadd issaħħaħ.
[1Kron:29:13] U issa nfaħħruk, Alla tagħna,
u nsebbħu l-isem glorjuż tiegħek.

[1Kron:29:14] “Iva, jien min jien u min hu dan il-poplu tiegħi biex stajna nagħtu daqshekk minn rajna? Għax kollox minnek ġej; u minn idejk nagħtuh lilek. [1Kron:29:15] Għax tassew frustieri aħna quddiemek, u barranin bħalma kienu missirijietna. Bħad-dell għomorna fuq l-art, u m'hemm xejn sod.

[1Kron:29:16] “Mulej Alla tagħna, dan il-ġid kollu li ħejjejna għall-bini ta' dar għall-isem qaddis tiegħek, minn idejk ġej, u kollu hu tiegħek.

[1Kron:29:17] “Jiena naf, Alla tiegħi, li int tgħarbel il-qalb, u titgħaxxaq bis-sewwa. Jien b'qalb sinċiera tajt dan kollu minn rajja, u issa qiegħed nara dan il-poplu tiegħek li jinsab hawn joffrilek dan kollu ferħan minn qalbu.

[1Kron:29:18] “Mulej, Alla ta' Abraham, Iżakk, u Iżrael, missirijietna, żomm din il-fehma u ħsibijiet f'qalb il-poplu tiegħek, u iġbdilhom qalbhom lejk.

[1Kron:29:19] “Lil ibni Salamun agħtih qalb sħiħa, biex iħares il-kmandamenti, il-preċetti u l-liġijiet tiegħek, u biex jagħmel minn kollox u jibni l-palazz li jien ħejjejt.”

[1Kron:29:20] U David imbagħad qal lill-ġemgħa kollha: “Bierku lill-Mulej Alla tagħkom.” U l-ġemgħa kollha bierket lill-Mulej, Alla ta' missirijiethom, u baxxew rashom u niżlu wiċċhom fl-art quddiem il-Mulej u quddiem is-sultan.

[1Kron:29:21] U l-għada ta' dak il-jum offrew vittmi lill-Mulej u sagrifiċċji tal-ħruq: elf gendus, elf muntun, elf ħaruf, bil-libazzjonijiet tagħhom, u kotra kbira ta' vittmi għal Iżrael kollu. [1Kron:29:22] U kielu u xorbu dakinhar b'ferħ kbir quddiem il-Mulej, u għamlu lil Salamun bin David, sultan għat-tieni darba, u dilkuh prinċep quddiem il-Mulej, u lil Sadok bħala qassis.

[1Kron:29:23] U Salamun qagħad fuq it-tron tal-Mulej bħala sultan flok David missieru, u kellu r-riżq; u Iżrael kollu kien jisma' minnu. [1Kron:29:24] U l-kapijiet kollha u l-qalbiena u l-ulied kollha tas-sultan David qagħdu għas-sultan Salamun. [1Kron:29:25] U l-Mulej kabbar u għolla lil Salamun quddiem Iżrael kollu, u xeħet fuqu l-glorja ta' saltna, li qatt qablu ma kellu ebda sultan fuq Iżrael.

[1Kron:29:26] U David bin Ġesse saltan fuq Iżrael kollu; [1Kron:29:27] u ż-żmien li saltan fuq Iżrael kien ta' erbgħin sena: għal seba' snin saltan f'Ħebron, u għal tlieta u tletin sena f'Ġerusalemm.

[1Kron:29:28] U miet bi kwietu fi xjuħitu, mimli bl-għomor, bl-għana, u bil-glorja; u beda jsaltan floku Salamun, ibnu.

[1Kron:29:29] U l-ġrajja ta' David, mill-bidu sa l-aħħar, jinsabu miktuba fil-ġrajja ta' Samwel il-veġġent, u l-ġrajja ta' Natan il-profeta, u l-ġrajja ta' Gad il-veġġent, [1Kron:29:30] flimkien mas-saltna tiegħu kollha, l-għemejjel qalbiena tiegħu, u kull ma għadda minn għalih u minn Iżrael kollu u mis-saltniet kollha ta' l-artijiet l-oħra ta' madwaru.