Home          |          Email          |                                                                                                                     Sit uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

 

 

Il-Papa Benedittu XVI jħeġġeġ lil-Lajċi

biex ikunu Ħmira għas-Soċjetà

 

Ħajr lil Nicholas Balzan

 

 

BUENOS AIRES, Arġentina, APRIL 4, 2011 (Zenit.org).- Il-Q.T. jinkoraġġixxi lil-lajċi Kattoliċi li jidħlu iktar fil-fond fil-formazzjoni Nisranija tagħhom, ħalli jwasslu l-ħmira tal-Evanġelju b’mod iktar effettiv fis-soċjetà.

 

Il-Papa għamel dan il-messaġġ permezz tas-segretarju tal-istat, il-Kardinal Tarcisio Bertone, fl-okkażjoni tat-80 anniversarju tal-Azzjoni Kattolika fl-Arġentina.

 

Il-messaġġ, mgħoddi lill-assistant ġenerali tal-assoċjazzjoni, l-Isqof  Luis Collazuol, kien imxandar fuq is-sit elettroniku tal-moviment. Huwa jesprimi “ħajr lill-Mulej għal dawn is-snin ta’ ħidma qaddisa ta’ evanġelizzazzjoni intensa u fekonda .”

 

Sehem il-Lajċali fil-ħidma ta' Kristu

Huwa jisħaq li “l-lajċi, li bil-Magħmudija u s-sagrament tal-Konfirmazzjoni għandhom sehem mill-ħidma saċerdotali, profetika u regali ta’ Kristu, huma msejħin li jikkontribwixxu – bil-mod oriġinali tagħhom – għat-tkabbir u t-tqaddis tal-Knisja u tad-dinja, billi jbiddlu r-realtajiet temporali għall-valuri li tippromwovi s-saltna t’Alla.”

 

Il-Papa nnota illi “biex iwettqu l-missjoni tagħhom b’mod responsabbli u b’fedeltà, il-lajċi jeħtieġu pedament sod dottrinali, kif ukoll pastorali u spiritwali, flimkien mas-sapport meħtieġ.”

 

Impenn għall-formazzjoni

Għal dan il-għan, il-Qdusija Tiegħu jagħmel kuraġġ lil-lajċi “li jintensifikaw l-impenn tagħhom għall-formazzjoni biex, b’għajnejhom fuq Ġesù, jimxu l-mixja tal-qdusija f’unjoni mill-qrib mal-mexxejja pastorali tagħhom, ħalli jwasslu l-ħmira tal-Evanġelju fil-qlub u fl-oqsma tad-dinja tax-xogħol, tal-politika, tal-kultura u tal-familja.”

(ZE11040408)

 

 

Home          |          Email          |                                                                                                                     Sit uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta