Laikos

 

 

Is-Sibt, 12 ta’ Lulju 2014: Il-Forum tal-Għaqdiet u Movimenti organizza laqgħa tar-riflessjoni għall-Mexxejja tal-Għaqdiet u Movimenti fi ħdan l-istess Forum.

Fil-bidu tal-laqgħa, li saret fis-Seminarju f’Tal-Virtù, ir-Rabat, il-kelliem, Monsinjur Anton Gouder ressaq id-domanda quddiem dawk preżenti, “Tħossukom frustrati bil-Knisja?” 

Imbagħad huwa kompla biex qara silta minn talba ta’ Fr James Martin SJ li fiha semma kif diversi qaddisin u personaġġi kbar fil-Knisja wkoll setgħu ħassewhom frustrati bil-Knisja.  Imbagħad staqsa, “Jekk dawn xorta baqgħu jafdaw il-Knisja tiegħek, għaliex jiena le, Mulej?”

 

It-talba, Prayer of a frustrated Catholic, ta’ Fr James Martin SJ, ikkwotata minn Mons. Gouder ►