Laikos

 

TALBA GĦAT-3 JUM DINJI

TAN-NANNIET U L-ANZJANI 2023

 

 

Verġni Marija,

Omm tal-Fidi u tat-Tama,

Mudell għall-umanità mifnija bl-indifferenza,

għamilni disponibbli bħalek

biex naċċetta r-rieda t’Alla,

biex inkabbar u rrodd ħajr lill-Ħniena tiegħu.

 

Marija, Omm tal-Qawwa,

Int li taf ʼil qalbi,

tħallix li naqta’ qalbi.

B’fiduċja nafda ħajti f’idejk.

Fejjaq il-ġrieħi tiegħi,

u jalla l-ħlewwa tiegħek tmexxini f’ħajti.

 

Il-preżenza tiegħek, Ja Omm tal-Imħabba,

twassalna biex induqu l-ferħ

li naraw il-familji tagħna magħqudin.  

Għinni biex inxerred il-ħlewwa u l-imħabba t’Alla

man-neputijiet u ż-żgħażagħ,

sabiex minbarra li nitlobu għalihom,

inkunu nistgħu wkoll nitolbu magħhom.

 

Interċedi għalija ħalli jkolli d-don tal-Ispirtu s-Santu:

sabiex jgħinni fid-dgħufija tiegħi;

sabiex jimla l-qalbi bil-konsolazzjoni

li nista’ nħalli sinjali tal-fidi fost iż-żgħażagħ,

li nagħti xhieda tas-sbuħija tal-ħajja,

u l-għarfien li l-ħajja għandha l-limitazzjonijiet tagħha,

u li, wara din il-ħajja, hemm tistenniena t-tgħannieqa tal-Missier.

 

Ammen.

 

 

 Miġjuba għall-Malti minn Fr Roy Galdes