IL-VERITÀ STORIKA TAL-EVANĠELJI

 Il-Knisja mill-bidu għallmet li fil-Bibbja nsibu dik il-verità li twassalna għas-salvazzjoni tagħna. Din il- verità, il-Knisja ħarsitha matul l-istorja kollha tagħha billi ħarset l-interpretazzjoni tal- fid ital-Kotba Mqaddsa. Għalhekk hi dejjem għallmet li dawk li jinterpretaw il-Kotba Mqaddsa għandhom qabel xejn ikunu miftuħin għall-għajnuna ta’ Alla u għat-tagħlim tal-Knisja.

 

Hi ħaġa sabiħa li ħafna huma dawk li qegħdin jistudjaw bir-reqqa il-Kotba Mqaddsa. Il-Knisja tbierek u tapprova dawn l-istudji, imma ma tridx li l-kontroversji u n-nuqqas ta’ ftehim fuq xi konklużjonijiet iwasslu għal firdiet fost l-Insara.

 

Illum, għandna bżonn ferm aktar minn qabel l-istudju ta’ dawn il-Biblisti għaliex qegħdin jinxterdu ideat ħżiena dwar l-Evanġelju. Għalhekk il-Kummissjoni Biblika Pontifiċja ħarġet dawn il-punti ta’ gwida għall-istudjużi.

 

Biex nagħrfu il-verità irridu naraw qabel kollox kif il-Knisja fehmet din il- verità fid-dawl tat-Tradizzjoni tagħha. Hekk irridu nagħtu kas tat-tagħlim tal-Missirijiet tal-Knisja, tad-Dutturi tal-Knisja. Irridu naraw il-kritika letterarja u tal-istudji  tal-lingwistika tal-Kotba Mqaddsa. Irridu nagħtu kas ta’ kif kienu jaħsbu u jiktbu dawk li kitbu l-Kotba Mqaddsa. Biex nifhmu l-Evanġelju, irridu nifhmu il-ħajja reliġjuża tal-ewwel kommunitajieet insara u tal-wirt li kellhom mit-tradizzjoni appostolika.

 

Biex nifhmu l-evanġelju irridu nifhmu it-tliet fażijiet li għadda minnu.

a.         Ġesù Kristu għażel tnax-il appostlu li sa mill-bidu tal-missjoni tiegħu semgħuh u kienu xhieda tal-għemil tiegħu. Meta kien jjgħallem, Ġesù kien kundizjonat miż-żmien li fih għex, mill-kultura li trabba fiha, mill-presupposti li kienu jħaddnu in-nies li kienu qegħdin jisimgħuh, u mill-mentalità tagħhom. B’hekk huwa setgħa jilħaq l-imħuħ tagħhom biex iwasslilhom il-messaġġ tas-Salvazzjoni b’mod li setgħu jifhmuh u jiftakruh ħalli jkunu kapaċi iwassluh huma lill-oħrajn.

b.         L-Appostli kienu l-ewwel xhieda tal-Qawmien ta’ Kristu mill-mewt. Wara li Ġesù qam mill-mewt, l-appostli bdew iħarsu lejh minn lenti differenti. Issa huma emmnu verament li hu kien il-Mulej, l-Iben ta’ Alla, u bdew jaraw dimensjoni ġdida fit-tagħlim u fil-ġrajjiet ta’ ħajtu. Hekk, waqt li matul ħajtu kienu jistagħġbu li ir-riħ u l-baħar kienu jisimgħu minnu, issa fehmu dik il-ġrajja fid-dawl tal-qawmien u bdew raraw fih is-sid tan-natura. Hekk ukoll, huma bdew iħarsu lejn il-Kotba Mqaddsa f’dawl ġdid. F’ Ġesù mislub u kkundannat mis-Sinedriju, bdew jaraw il-ġebla mormija mill-bennejja li nsibu fis-salmi. Fl-espressjoni Bin David bdew jaqrawha mhux biss f’sens ta’ dinastija skond ir-razza, imma f’dawl ġdid ta’ Messjaniżmu. Dan għamluh wara li niżel fuqhom l-Ispirtu s-Santu li tahom id-dawl biex jagħrfu lil Kristu u l-kitbiet tal-Kotba Mqaddsa fid dawl tiegħu. Dan l-għarfien akbar tal-messaġġ ta’ Kristu huma issa riedu jwassluh lill-ġnus kollha. Għalhekk, biex jiftehmu huma addattaw ruħhom għal bżonnijiet ta’ dawk li kienu jisimgħuhom u għall-kultura tagħhom. Huma użaw forom letterarji ta’ żmienhom bħal innijiet, narrativi, katekeżi li kellhom għeruq Bibliċi imma addattawhom għall-kultura tan-nies ta’ żmienhom. Huma wkoll tkellmu kif kienu jitkellmu n-nies ta’ żmienhom.

C         L-awturi sagri. Kien hemm ħafna lib dew jiktbu dak li kienu jipriedkaw l-Appostli. Dawn żgur li kienu influenzati mill-kommunitajiet li fihom huma kienu jgħixu. Zgur li l-messaġġ ta’ Kristu wassluh b’mod li kien jolqot lill-kommunita tagħhom. Lil din il-kommunita huma riedu jwasslulha il-meassaġġ tas-Salvazzjoni li wasslilna Kristu innifsu. Hekk meta l-evanġelista sab dawn il-kitbiet kollha, huwa stħarreġ u għażel skont il-kuntest li fih kien qiegħed jikteb hu u skont l-intenzjonijiet tiegħu. Hekk, waqt li San Mark fir-rakkont tal-Passjoni ried iwassal il-messaġġ li Ġesù bata ħafna għax ried hu biex isalvana, San Luqa fl-istess rakkont jitfa’ d-dawl fuq il-ħniena ta’ Ġesù li jaħfer lil dawk li salbuh u jwiegħed il-ġenna lill-ħalliel it-tajjeb. Fir-rakkont tal-Passjoni skont San Ġwann Ġesù hu l-eroj li jippjana l-passjoni tiegħu, is-siegħa tiegħu, Matul il-Passjoni hu jwieġeb lil Pilatu jakkuża hu lil dawk li salbuh. “Min tani f’idejk għandu dnub akbar”. “Iva Jien Sultan” L-għażla tal-Evanġelista ma hix biss waħda li tirrakkonta l-ġrajjiet ta’ Kristu, imma aktar kient intenzjonata biex tagħti bażi soda għat-twemmin nisrani u għall-morali nisranija, f’dinja li lil Kristu ma għarfithux; f’dinja li kellha valuri għal kollox differenti minn dawk ta’ Kristu.

Biex nifhmu s-sens tal-Vanġelu irridu niddistingwu bejn tliet sensi. Hemm is-sens litterali – Dak li tfisser il-kelma. Hekk meta Mosè qal lil-Lhud biex jieħdu ħaruf u joqtluh, kien qiegħed jifhem ħaruf, animal, il-ferħ tan-nagħaġ.. Meta san Ġwann isejjaħ lil Ġesù “il-Ħaruf ta’ Alla” hawn is-sens hu metaforiku. F’dan il-kuntest, il-Ħaruf tal-Għid kiseb sens topoloġiku għax sar tip jew figura ta’ Kristu. Meta naqraw il-Vanġelu irridu naraw is-sens li l-Evanġelista qiegħed jagħti mhux biss lill-oġġetti, bħal ħobż, l-inbid  eċċ, imma wkoll il-ġrajjiet bħal festa tal-Għerejjex, il-postijiet bħad-deżert, eċċ

Hu f’dan il-kuntest wiegħsa, u marbutin dejjem mat-tagħlim tal-Maġisteru tal-Knisja bħala dik li għandha l-mandat minn Kristu biex tgħallem dak kollu li għallimna hu, li aħna nistgħu naslu biex nifhmu dejjem aktar il-messaġġ tas-salvazzjoni li fih innifsu hu l-qofol tal-misteru tal-imħabba ta’ Alla għalina.