TWEMMIN DIFFERENTI

 

Il-bnedmin kollha huma fid-dmir li jfittxu l-verità, l-aktar il-verità dwar Alla u l-Knisja tiegħu, u meta jsibuha huma fid-dmir li jħaddnuha u jkunu fidili lejha.  Dan id-dmir jiġi mill-istess natura tal-bniedem. Dan m’huwiex kuntrarju għar-rispett sinċier li għandu jkun hemm għar-reliġjonijiet kollha. (KKK 2104)

Fejn tidħol ir-reliġjon, ħadd ma għandu jiġi mġiegħel imur kontra l-kuxjenza tiegħu, u lanqas ħadd ma għandu jiġi mfixkel li jimxi skont il-kuxjenza tiegħu, kemm privatament u kemm pubblikament, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, sakemm dan isir f’limiti ġusti”. (KKK 2106)

Fil-verità hawn diversi persuni li jemmnu fl-eżistenza ta’ Alla u oħrajn li ma jemmnux.  Anke fost dawk li jemmnu hemm minnhom li jħaddnu twemmin differenti.

 

Hawn taħt issib xi kliem relatat ma' dawn il-kunċetti

Ateiżmu. Il-kelma tfisser nuqqas ta’ fidi f’Alla jew l-eżistenza tiegħu.  Fil-fatt hemm raġunijiet differenti għaliex bniedem ikun ateu, u allura hemm ukoll tipi differenti ta’ ateiżmu. 

Anjositċiżmu. Dan differenti mill-ateiżmu. Hemm anjostiċi li jgħidu li jeżisti xi esseri ‘l fuq mill-bniedem, imma ma nistgħu inkunu nafu xejn dwaru.  Anjostiċi oħra jgħidu li l-bniedem ma jista’ qatt jipprova jekk Alla jeżistix jew le.

Monoteiżmu.  Dan huwa t-twemmin f’Alla wieħed kif nemmnu aħna l-insara, kif jemmnu l-Lhud u kif jemmnu wkoll il-Musulmani.  Imma anke fost dawn hemm differenzi bażiċi, b’mod speċjali għaliex għall-insara Alla huwa Trinità, wieħed fi tliet persuni.

Politeiżmu. Dan huwa t-twemmin f’diversi allat.

Teiżmu. Il-kelma tfisser it-twemmin f’Alla personali, li jitkellem mal-bniedem, li juri lilu nnifsu, li tista’ tirrelata miegħu.

Umaneżmu. L-Umanisti huma dawk li jitfgħu ħafna enfasi fuq il-bniedem, l-uman, dak li nistgħu niksbu f'din il-ħajja.  Uħud jemmnu fl-eżistenza ta' Alla, imma oħrajn jeskluduha għal kollox. 

Xettiċiżmu. Bniedem xettiku huwa dak li ma jkunx jista' joħroġ mid-dubju.

 

Ara aktar ...

Fr Mark Sultana dwar il-kelma, Anjostiċiżmu.

Fr Mark Sultana dwar il-kelma, Ateiżmu. Min huwa l-Ateu?

Fr Mark Sultana dwar il-kelma, Umaniżmu. Min huma l-Umanisti?

Fr Mark Sultana dwar il-kelma, Xettiċiżmu.