Pastoral Formation Institute

Catholic Institute, Floriana FRN 1441 - (00356) 22039510/513

www.maltapfi.org info@maltapfi.org

10 ta’ Ġunju 2013

Għażiż/a,

Għal darb’oħra l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, u wkoll diversi entitajiet formattivi oħra fil-Knisja, ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni nisranija, kif jidher aktar lisfel. Qed nehmeż il-prospectus fejn tista’ ssib id-dettalji kollha dwar kull kors imsemmi. Tista’ wkoll issib l-istess informazzjoni kollha jekk iżżur il-website www.maltapfi.org/courses/prospectus

Wieħed jista' japplika għal wieħed jew aktar minn dawn il-korsijiet billi jimla l-formula tal-applikazzjoni mehmuża u jibgħatha lil:

Istitut ta’ Formazzjoni, l-Istitut Kattoliku, Floriana FRN1441 sat-5 ta' Awwissu 2013.

Għall-kumditŕ tiegħek, din hi l-lista ta’ korsijiet li se jibdew din is-sena:

1.  General Education Award in Evangelisation – dan il-kors ta’ sitt xhur se jsir fiċ-Ċentru Pastorali Ta’ Mlit, il-Mosta. Il-kors isir nhar ta’ Erbgħa bejn is-6.30pm u t-8.30pm. Il-lectures jibdew fis-6 ta’ Novembru 2013.

2.   Higher Education Award in Family Ministry – Dan il-kors ta’ sitt xhur isir nhar ta’ Ġimgħa, bejn is-6.30pm u t-8.30pm u jibda l-Ġimgħa 17 ta' Jannar 2014. Il-lectures isiru fiċ-Ċentru Pastorali tas-Swatar u jkun hemm servizz ta’ child-minding.

3.   Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry – Dan il-kors ta’ sentejn isir nhar ta’ Tlieta bejn is-6pm u t-8pm u jibda fl-1 ta’ Ottubru 2013. Il-lectures isiru fis-Sala tas-Segretarjat għall-Katekeżi, fl-Istitut Kattoliku, l-Furjana. Se jsiru wkoll tlett on-going formation seminars għal Youth Leaders (18+). Dawn se jsiru nhar ta’ Sibt filgħodu (30 ta’ Novembru 2013, u 3 ta’ Marzu u 6 ta’ Settembru 2014).

4.    Higher Education Award in the Liturgy – Dan il-kors ta’ sena isir nhar ta’ Ħamis, bejn is-6pm u t-8pm, u jibda fit-3 ta’ Ottubru. Il-laqgħat isiru fis-Sala San Pawl, l-Istitut Kattoliku, l-Furjana.

5.   Higher Education Award in Missiology – Dan il-kors ta’ sitt xhur isir nhar ta’ Tnejn bejn is-6.30pm u t-8.30pm. Jibda fit-2 ta’ Dicembru 2013, u l-laqgħat isiru fis-Sala tal- Uffiċċju Pontifiċju Missjunarju, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.

6.  Higher Education Award in Theology – Dan il-kors ta’ sentejn isir nhar ta’ Tnejn, bejn is-6.30pm u t-8.30pm, u jibda fis-7 ta’ Ottubru. Il-laqgħat isiru fis-Sala San Pawl, l-Istitut Kattoliku, l-Furjana.

7.   Higher Education Award in Catholic Social Teaching – Dan il-kors isir fuq bazi ta’ sitt partijiet li, flimkien – tul sentejn – , ikopru t-tagħlim soċjali tal-Knisja. Wieħed jista’ jattendi kemm jixtieq minn dawn il-partijiet jew modules u jingħata ċ-ċertifikat skont l-attendenza. Il-kors isir nhar ta’ Tlieta bejn is- 6.30pm u t-8.30pm.  L-ewwel module tal-kors se jibda fit-12 ta’ Novembru. Il-lectures isiru fl-Istitut Kattoliku, l-Furjana.

8.   Higher Education Award in Parish Nursing – Dan il-kors ta’ sena isir nhar ta’ Tlieta bejn is-6.00pm u t-8.00pm u jibda fl-1 ta’ Ottubru. Il-lectures isiru fis-Sala San Pawl, l-Istitut Kattoliku, l-Furjana.

9.  Kors Esperjenzjali ta’ Talb. Dan il-kors esperjenzjali għandu l-għan li jgħin lill-parteċipanti biex jitolbu permezz ta’ tradizzjonijiet differenti ta’ talb fi ħdan il-Knisja. Dawn l-esperjenzi ta’ talb se jsiru fuq erba’ weekends mhux residenzjali. Dan se jsiru fis-16-17 ta’ Novembru 2013; fil-11-12 Jannar; fil-15-16 ta’ Marzu; u fit-3-4 ta’ Mejju 2014.

10. Korsijiet ta’ Formazzjoni mill-Fakultŕ tat-TeologijaBA Theology and Human Studies, BA (Hons) Theology, MA in Bioethics, MA in Business Ethics. Wieħed jista’ jċempel fuq 23402767 jew jara l-website www.um.edu.mt/theology.

11. Korsijiet ta’ Formazzjoni mill-Istitut Karmelitan - Higher Education Award in Carmelite Spirituality flimkien ma’ modules oħra. Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-korsijiet, ċempel lil Istitut Karmelitan fuq 21454524.

12. Is-Segretarjat tal-Katekeżi se joffri korsijiet ta’ formazzjoni għall-katekisti kull nhar ta’ Erbgħa filgħodu minn Ottubru 2013 sa Mejju 2014 u kors bażiku ta’ Teologija kull nhar ta’ Tlieta filgħodu minn Ottubru sa Diċembru 2013, barra numru ta’ seminars ta’ formazzjoni kontinwata għall-operaturi pastorali. Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-korsijiet, ċempel lis-Segretarjat tal-Katekezi fuq 21223949.

13. L-Istitut Agostinjan se joffri żewg korsijiet dwar l-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin. Dawn isiru nhar ta’ Ġimgha bejn is-6pm u t-8pm u se jibdew fis-27 ta’ Ottubru 2013 u fl-24 ta’ Jannar 2014 rispettivament. Se joffri wkoll kors ta’ sena Philosophy for All. Għal iktar informazzjoni ċempel lill-Istitut Agostinjan fuq 21223427.

14. Korsijiet ta’ Formazzjoni mill-Moviment ta’ Kana – kors għall-koppji mexxejja mit-30 ta’ Settembru sat-2 ta’ Dicembru 2013 jew mis-6 ta’ Jannar sal-10 ta’ Marzu 2014. Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-korsijiet, ċempel lill-Moviment ta’ Kana fuq 2123 8942, jew 21218068 jew ikteb fuq info@canamovement.org.

15. Kors ta’ Formazzjoni Biblika mill-Għaqda Biblika Maltija - Il-Kotba Storiċi, Profetiċi u l-Kotba tal-Għerf.  Dan il-kors isir nhar ta’ Ħamis bejn is-6pm u 7.30pm bejn is-17 ta’ Ottubru 2013 u Mejju 2014. Il-laqgħat isiru fis-Sala tal-Konferenzi tal-Għaqda Biblika Maltija, 51 Triq il-Miratur il-Furjana. Il-kors jifforma it-tieni sena ta’ kors ta’ tliet snin Higher Education Award in Biblical Studies. Dak li jkun jista’ japplika minn din it-tieni sena għall-kors ta’ tlett snin. L-Għaqda Biblika toffri ukoll kors ta’ sena dwar l-Ittri li nsibu fit-Testment il-Ġdid u diversi korsijiet qosra filgħodu u filgħaxija. Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-korsijiet, ċempel lill-Għaqda Biblika Maltija fuq 21220318 jew ikteb fuq info@maltabible.com.

Jekk ikollok bżonn aktar informazzjoni dwar dawn il-korsijiet kollha tista’ ċċempel fuq 21233304 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00am u s-1.00pm jew tibgħat email fuq info@maltapfi.org.

Inselli ħafna għalik.

Fi Kristu,

 

Fr Mark Sultana

Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali