It-Talba, "Għażiż Ġesù"

ta' San John Henry Newman

 

Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur.

Fawwar il-qalb tiegħi bl-Ispirtu u l-Ħajja tiegħek.

Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien, b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss. Iddi minn ġo fija, kun ġo fija b’mod li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha tħoss fija l-preżenza tiegħek.

Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss!

Ibqa’ miegħi, ħalli nsir niddi bħalma tiddi inti; ħalli b’hekk insir dawl għall-oħrajn.

Id-dawl, o Ġesù, ikun ġej kollu minnek, xejn ma jkun tiegħi.

Tkun inti li tiddi fuq l-oħrajn permezz tiegħi.

Għalhekk, ħallini nfaħħrek bil-mod kif inti tħobb l-aktar: billi niddi fuq dawk ta’ madwari.

Ħallini nxandrek bla ma nitkellem, mhux bil-kliem, imma bl-eżempju tiegħi, bil-forza qawwija ta’ dak li jiena nwettaq, bix-xhieda ċara tal-imħabba li f’qalbi tfawwar għalik.

Amen.

 

Miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard

Mill-ktejjeb ta' talb imqassam b'xejn mill-Papa Franġisku lil dawk miġbura għall-Angelus fi Pjazza San Pietru, il-Belt tal-Vatikan, nhar il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014.

 

Ara verżjoni bil-Malti tal-ktejjeb ...