Ġrajjiet ewlenin fil-ħajja tal-Kardinal John Henry Newman

 

1801   Twieled nhar il-21 ta’ Frar f’Old Broad Street, f’Londra, l-aktar fost sitt itfal. Tgħammed fid-9 t’April fil-Knisja Anglikana ta’ St Benet Fink.

1808   Beda l-iskola f’Ealing f’Londra.

1816   Newman jgħaddi mill-ewwel konverżjoni tiegħu.

1817   Jibda jgħix fi Trinity College f’Oxford. Jirċievi l-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Anglikana f’din is-sena.

1818   Jintagħżel bħala skular fi Trinity College.

1820   Jikseb il-B.A.

1822   Newman jiddeċiedi li jiġi ordnat fil-Knisja Anglikana. Jinħatar Fellow ta’ Oriel College.

1824   Jordna djaknu fi Christ Church f’Oxford. Jibda l-ħidma pastorali f’St Clement’s. Missieru jmut.

1825   Jordna saċerdot fil-Knisja Anglikana fi Christ Church f’Oxford.  Jibda jikteb l-artiklu tiegħu Miracles.

1826   R. H. Froude u R. I. Wilberforce jsiru Fellows ta’ Oriel College.  Jiddeċiedi li jaqra b’mod sistematiku, il-kitbiet tal-Padri.

1826   Otħu Mary tmut.  Isir Vicar tal-University Church ta’ St Mary’s f’Oxford.

1832   Jikkonkludi l-ewwel ktieb tiegħu The Arians of the Fourth Century.  Jibda l-vjaġġ tiegħu fil-Mediterran mal-Arċidjaknu Froude u ibnu Hurrell.

1833   Newman jerġa’ lura lejn Sqallija u kważi jmut.  Jikteb Lead Kindly Light fil-vjaġġ bejn Palermo u Marsilja.  Jerġa’ lura lejn l-Ingilterra.  Keble jippriedka dwar l-Apostasija Nazzjonali f’St Mary’s Oxford.  Jingħata bidu għall-Oxford Movement.  Newman jippubblika l-ewwel minn Tracts for the Times.  Newman jikteb 29 minn dawn it-trattati.

1834   Jippubblika l-ewwel volum tal-Parochial Sermons. 

1836   Imut sieħbu Froude.  Newman ikollu knisja ċkejkna adattata għalih f’Littlemore.  Oħtu Jemima tiżżewweġ lil T. Mozley.

1838   Newman isir editur tal-British Critic.

1841   Jippubblika Tract 90.  Newman imur jgħix f’Littlemore. 

1843   Id-dubju ta’ Newman dwar il-Knisja Anglikana jisboq dak dwar il-Knisja Kattolika.  Jirriżenja minn St Mary’s.  Jipprietka l-famuża omelija  tiegħu The Parting of Friends f’Littlemore.  Jispiċċa t-traduzzjoni tiegħu ta’ Select Treatises of St Athanasius in controversy with the Arians.   Imut ħabibu John Bowden.

1845   Newman jibda jikteb Essay on the Development of Christian Doctrine.  Jirriżenja minn Oriel.  Nhar it-9 ta’ Ottubru jidħol ‘fil-merħla vera u waħdanija ta’ Kristu’, il-Knisja Kattolika ta’ Ruma.  Jintlaqa’ minn Dominic Barberi f’Littlemore.  Jiġi kkonfermat minn Dr Wiseman. 

1846   Iħalli Littlemore għal Maryvale.  Aktar tard iħalli l-Ingilterra għal Ruma biex isir saċerdot.

1847   Jiddeċiedi li jsir Oratorjan ta’ San Filippu Neri.

Fit-30 ta’ Mejju jordna saċerdot.

1848   Jiftaħ l-ewwel Oratorju f’Alcester Street f’Birmingham. 

1850   Il-Papa Piju XI jagħtih il-grad akkademiku onorarju fit-teoloġija.  Jagħti serje ta’ lectures bl-isem Certain Difficulties felt by Anglicans in submitting to the Catholic Church.  Wiseman iħabbar ir-restawrazzjoni tal-ġerarkija Kattolika fl-Ingilterra. L-Anglikani joħorġu kontra tagħha.

1851   Jibda l-ġuri magħruf Akilli.  Newman jiġi nominat l-ewwel Rettur tal-Universita’ Kattolika tal-Irlanda.

1852   L-Oratorju f’Birmingham trasferit għal Edgbaston.  Newman jipprietka The Second Spring għall-ewwel sinodu fl-Ingilterra wara r-restawrazzjoni tal-ġerarkija.

1853   Jingħalaq il-każ Achilli.  Jinfetaħ l-Oratorju ta’ Birmingham.

1854   Tinfetaħ l-Universita’ ta’ Dublin.

1855   Newman jippubblika r-rumanz Callista.

1857   Il-Kardinal Wiseman iħabbar lil Newman li se jagħtih f’idejh is-superviżjoni tat-traduzzjoni l-ġdida tal-Bibbja.  Madankollu, il-ħsieb ma jseħħx.

1859   Newman isir editur ta’ The Rambler.

1864   Charles Kingsley jeħodha kontra l-Knisja Kattolika.   Newman jiftaħ korrispondenza miegħu.  Jippubblika l-imsemmija Apologia pro vita sua.

1865   Joħroġ il-poema The Dream of Gerontius.

1866   Jippubblika A Letter to Pusey.

1870   Jippubblika An Essay in aid of a Grammar of Assent. 

1875   Jippubblika A Letter to the Duke of Norfolk biex iwieġeb l-akkużi  ta’ Gladstone li l-Kattoliċi mhumiex suditti leali għall-istat.  Imut  Ambrose St John, ħabib intimu ta’ Newman.

1877   Jippubblika l-Via Media fit-tielet edizzjoni.  Isir Honorary Fellow ta’ Trinity College f’Oxford.

1879   Il-Kardinal Manning u l-Isqof Ullathorne jħabbrulu li l-Papa se jagħmlu kardinal.   Newman jitlaq lejn Ruma.  Papa Ljun XIII jaħtru kardinal u jagħtih il-Knisja Djakonali ta’ San Giorgio al Velabro.  Newman jerġa’ lura lejn Birmingham.

1886   Is-saħħa ta’ Newman tibda tonqos.

1889   Fil-25 ta’ Diċembru, Newman iqaddes il-Quddiesa għall-aħħar darba.           

Billi kien naqsu d-dawl, kien jirreċita r-Rużarju flok il-Brevjar b’permess speċjali. 

1890   Fl-10 ta’ Awwissu, jirċievi għall-aħħar darba s-sagramenti.  Imut nhar il-11 ta’ Awwissu.  Jindifen f’Rednal qrib Birmingham, maġenb ħabibu Ambrose St John kif kien talab. 

 

Riferenza;

http://www.newmanfriendsinternational.org/en/j-h-newman/chronology-newman-life/

 

Miġbura minn Fr Geoffrey George Attard