Dħul          |         Email         |                                                                                                                                                             Segretarjat tal-Lajċi, Malta

 

LINJI GWIDA GĦALL-ĦIDMA FL-UNITA’ PASTORALI

Ġunju 2006

 

L-Unita’ Pastorali

L-Arċidjoċesi ta’ Malta hi maqsuma f’16 l-Unita’ Pastorali. Kull waħda hi magħmula minn numru ta’ Parroċċi li jinsabu qrib xulxin.

 

L-Iskopijiet prinċipali tal-ħidma fl-Unita’ Pastorali

        biex tinħoloq klima li tgħinna naħdmu flimkien fi ħdan il-Knisja;

        biex insiru nafu u niskopru lil xulxin u ngħixu fil-prattika l-ispiritwalita’ tal-komunjoni;

        biex insaħħu l-parroċċi;

        biex inwasslu esperjenzi lil xulxin u nwettqu ħidmiet partikolari flimkien;

        biex ikun hemm kuntatt effettiv bejn il-Knisja ċentrali u l-Parroċċi.

 

L-Għażla tar-Rappreżentanti tal-Parroċċi u l-Elezzjoni tal-Moderaturi u s-Segretarji tal-Grupp ta’ Kuntatt fl-Unita’ Pastorali

Il-Kappillani ġew mitluba biex, wara konsultazzjoni fil-KPP, jinnominaw żewġ persuni bħala rappreżentanti tal-Parroċċa fl-Unita’ Pastorali. Minn fost ir-rappreżentanti mill-Parroċċi fi ħdan l-Unita’ Pastorali, permezz ta’ elezzjoni li ssir waqt laqgħa fil-Kurja, jintgħażlu l-Moderatur/Moderatriċi u s-Segretarju/a għal-kull Unita’ Pastorali. Hu ppjanat li din il-ħidma titwettaq sa l-aħħar ta’ Lulju.

 

Grupp ta’ Animazzjoni għal kull Unita’ Pastorali

Kull Unita’ Pastorali ser ikollha Grupp ta’ Animazzjoni ġdid għat-tliet snin li ġejjin. Dan ikun magħmul mill-Moderatur/Moderatriċi, is-Segretarju/a u Kappillan f’isem il-Kappillani tal-Parroċċi fl-Unita’ Pastorali. Hi responsabbilta’ tal-Moderaturi eżistenti li jaraw li tissejjaħ l-ewwel laqgħa tal-Grupp ta’ Animazzjoni l-ġdid biex isir il-handing over tal-ħidma fl-Unita’ Pastorali. Din il-laqgħa għandha ssir mhux aktar tard minn nofs Settembru.

 

Ir-rwol tal-membri tal-Grupp ta’ Kuntatt fl-Unita’ Pastorali

·         Il-Moderatur/Moderatriċi:

Kull xahar jattendi/tattendi għal-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djoċesan fil-Kurja. Isejjaħ/issejjaħ u jmexxi/tmexxi tliet laqgħat fis-sena tal-Grupp ta’ Kuntatt fl-Unita’ Pastorali. Flimkien mal-membri l-oħra tal-Grupp ta’ Animazzjoni, jikkordina/tikkordina u jsegwi/ssegwi l-ħidma fl-Unita’ Pastorali. Fix-xhur li fih isiru l-Laqgħat ta’ Kuntatt fl-Unita’ Pastorali ma jsirux il-laqgħat tal-Kunsill Pastorali Djoċesan.

 

·         Is-Segretarju/a:

Jibgħat/tibgħat l-Aġenda u jżomm/żżomm il-minuti tal-laqgħat li jissejjħu mill-Moderatur, u jibgħat/tibgħat kopja tagħhom lis-Sergreterija Pastorali.

 

·         Il-Kappillan f’isem il-Kappillani tal-Parroċċi fl-Unita’ Pastorali:

Minn żmien għal żmien isejjaħ laqgħat bejn il-Kappillani tal-parroċċi biex jinżamm kuntatt dirett bejniethom u jiġu identifikati ħtiġijiet, ħidmiet u inizjattivi komuni. Frott dan il-kuntatt, il-Grupp ta’ Kuntatt iħejji l-Aġenda tal-Laqgħat tal-Grupp ta’ Kuntatt fl-Unita’ Pastorali. Kull Kappillan għandu jara li fil-laqgħat tal-KPP u fil-ħidma tal-Parroċċa, jingħata l-ispazju meħtieġ lill-ħidma fi ħdan l-Unita’ Pastorali.

 

·         Ir-Rappreżentanti tal-Parroċċi:

Jattendu t-tliet Laqgħat ta’ Kuntatt fl-Unita’ Pastorali u jżommu lill-membri tal-KPP tal-parroċċa tagħhom infurmati dwar il-ħidma li tkun qed titwettaq fl-Unita’ Pastorali.

 

·         Il-Membri kollha flimkien fil-Grupp ta’ Kuntatt ta’ l-Unita’ Pastorali:

Huma responsabbli flimkien tal-ħidma li titwettaq frott il-Laqgħat ta’ Kuntatt fl-Unita’ Pastorali.

 

Ħidma Futura

Permezz tal-Assemblea Parrokkjali li ssir f’Ottubru/Novembru 2006, kull Parroċċa tagħmel il-proposti tagħha għall-Ħidma fl-Unita’ Pastorali. Fil-Laqgħa tal-Grupp ta’ Kuntatt ta’ Diċembru jitħejja Programm ta’ Ħidma għall-Unita’ Pastorali għas-Sena 2007.

 

ĦIDMIET  TIPIĊI  LI  TWETTQU  FLIMKIEN MILL-PARROĊĊI  FL-UNITA’  PASTORALI

         Kors għall-Letturi

         Kors ta’ Formazzjoni dwar il-Ħajja Nisranija

         Direttorju b’Informazzjoni Reliġjuża tal-Parroċċi fl-Unita’ Pastorali

         Kors Djakonija mill-Caritas

         Pellegrinaġġ flimkien f’Jum il-Qalb ta’ Ġesu’

         Seminar dwar l-Ispiritwalita’ tal-Komunjoni

         Kuntatti bejn diversi Kummissjonijiet Parrokkjali

         Skambju ta’ Pjanijiet Pastorali tal-Parroċċi

         Talb flimkien mill-membri ta’ Kunsilli Pastorali Parrokkjali

         Ċelebrazzjoni Ewkaristika

         Laqgħa għall-membri tal-Kunsilli Pastorali Parrokkjali u tal-Kummissjonijiet Parrokkjali

         Laqgħa dwar l-Ambjent

         Esibizzjoni minn Artisti Lokali u Taħdita dwar l-Ikoni

         Laqgħa / Seminar għall-Katekisti

         Laqgħat ta’ Formazzjoni għall-Adulti

         Festa għall-Familja

         Kors għall-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin

         Kors “Aħna u s-Sinodu”

         Barra l-Grupp ta’ Animazzjoni, twaqqaf Grupp ta’ Azzjoni fl-Unita’ Pastorali

         Lejla ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Ewkaristija

         Laqgħat bejn Saċerdoti, Reliġjużi u Kappillani fl-Unita’ Pastorali

         Konferenzi dwar l-Ewkaristija

         Eżerċizzi għaż-Żgħażagħ

         Kors dwar it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

         Irtir għax-Xebbiet Adulti

         Quddiesa għaż-Żgħażagħ kull nhar ta’ Ħadd

         Qsim ta’ Nformazzjoni dwar Attivitajiet Varji

         Diskussjoni dwar Diffikultajiet li jinqalgħu fil-Parroċċi

         Ġimgħa ta’ Formazzjoni Liturġika mas-Segretarjat Liturġija b’Laqgħat f’Diversi Parroċċi

         Seminar għall-Koppji Mexxejja tal-Korsijiet Tħejjija għaż-Żwieġ

         Taħdita dwar id-Droga għall-Ġenituri tal-Adolexxenti jew ta’ Żgħażagħ Akbar

         Pressjoni ma’ l-Awtoritajiet Ċivili għal aktar sorveljanza mħabba l-Problema tad-Droga

         Pjan ta’ Ħames Ħidmiet, waħda f’Kull Parroċċa

         Irtir għas-Saċerdoti u r-Reliġjużi Rġiel mill-Unita’ Pastorali flimkien

         Irtir għar-Reliġjużi Nisa mill-Komunitajiet fl-Unita’ Pastorali

         Irtir għal-Lajċi Impenjati mill-Parroċċi fl-Unita’ Pastorali

         Laqgħat Regolari bejn il-Kappillani tal-Parroċċi fl-Unita’ Pastorali

         Laqgħat bejn il-Kummissjonijiet Familja mill-Parroċċi fl-Unita’ Pastorali

         F’waħda mill-Parroċċi fl-Unita’ twaqqfu l-Kummissjonijiet Żgħażagħ u Familja

        Trasport Flimkien għal attivitajiet

         Nofs ta’ Nhar ta’ Formazzjoni għall-Operaturi Pastorali

         Kummissjoni Żgħażagħ għall-Unita’ Pastorali

         Seminar għall-Youth Leaders