TALBA

TA' GĦELUQ IL-JUM

TAL-MIŻŻEWĠIN

 

 Talb tat-Tnejn

 Talb tal-Tlieta

 Talb tal-Erbgħa

 Talb tal-Ħamis

 Talb tal-Ġimgħa

 Talb tas-Sibt

 Talb tal-Ħadd

 

Fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Familja bħala parti mis-Sena Mqaddsa tal-Ħniena, Ta’ Pinu Publications, id-Dar Pubblikatriċi tas-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu f’Għawdex, għadha kemm ippubblikat il-ktejjeb Talba ta’ Għeluq il-Jum tal-Miżżewġin.

 

Ta’ daqs taskabbli, din il-pubblikazzjoni ta’ erbgħin paġna fiha t-Talba ta’ Għeluq il-Jum adattata għall-koppji miżżewġa, b’siltiet Bibliċi mis-Salmi u l-ktieb tal-Għanja tal-Għanjiet, fost l-oħrajn, bħala proposta lill-familji tagħna biex jagħlqu l-ġurnata b’mument ta’ talb flimkien u mal-Mulej.

 

Kif naqraw fil-Preżentazzjoni “dawn il-paġni jiġbru fihom il-mumenti ta’ intimitŕ spiritwali li l-miżżewġin għandhom jaqsmu ma’ xulxin, kull jum tal-ġimgħa, qabel jidħlu jorqdu, u jwasslu lill-koppja biex isserraħ qalbha fuq il-maħfra mitluba minn xulxin, talba li tiġi mill-enerġija tal-imħabba li rċivew biex ikunu dejjem iżjed magħquda ma’ Kristu u bejniethom.  Irrikonċiljati bil-grazzja tal-Ispirtu, jistgħu jiskopru fl-Iskrittura dawk is-siltiet li Alla nnifsu qiegħed hemm biex jgħallmu kif wieħed għandu jgħix ir-rabta taż-żwieġ miftuħa għall-komunjoni u għall-qdusija.  Hekk huma jkunu lesti jilqgħu l-Kelma li ddawwal, tfarraġ, twieżen, tħeġġeġ”.

 

Il-ktejjeb jista’ jkun proposta tajba għall-komunitajiet parrokkjali tagħna, speċjalment għal dawk il-koppji kollha li jixtiequ jinżlu iktar fil-fond tal-ħajja tat-talb tagħhom.

 

Jinkiseb mis-Santwarju Ta’ Pinu, imma ordnijiet kbar jistgħu jsiru b’email lil rector@tapinu.org.