KOMPENDJU

KATEKIŻMU TAL- KNISJA KATTOLIKA

MOTU PROPRIO

għall-approvazzjoni u l-publikazzjoni tal-Kompendju
tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

 

Lill-Venerabbli Ħuti Kardinali, Patrijarki, Arċisqfijiet, Isqfijiet, Presbiteri, Djakni u Membri tal-Poplu ta Alla

Madwar għoxrin sena ilu beda t-tfassil tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, mitlub mill-Assemblea Straordinarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet, fl-okkażżjoni tal-għoxrin anniversarju tal-għeluq tal-Konċilju Vatikan II.

Irrodd ħajr lill-Mulej Alla bla waqfien talli ta lill-Knisja Katekiżmu bħal dan, ippromulgat fl-1992 mill-maħbub u għażiż Predeċessur tiegħi, il-Papa Ġwanni Pawlu II.

Il-bżonn kbir u l-għana ta’ dan ir-rigal huwa kkonfermat fuq kollox mill-ħerqa u l-mod pożittiv li bih intlaqa’ mill-isqfijiet, li lilhom kien l-ewwel u qabel kollox indirizzat bħala test ta’ riferiment żgur u awtentiku għat-tagħlim tad-duttrina kattolika, u partikolarment għat-tfassil tal-katekiżmi lokali. Dan kollu kompla jiġi kkonfermat mill-mod kif il-poplu ta’ Alla, fid-diversità kollha tiegħu, laqa’ b’mod favorevoli dan ir-rigal li sal-lum ġie tradott f’aktar minn ħamsin lingwa.

Issa, bferħ kbir, napprova u nippromulga l-Kompendju ta dan il-Katekiżmu.

Il-ħtieġa tiegħu ntweriet mill-parteċipanti tal-Kungress Kateketiku Internazzjonali ta Ottubru 2002, li nistgħu nqisuhom ta interpreti ta bżonn li nħass ħafna fil-Knisja. Il-mibki Predeċessur tiegħi, filwaqt li laqa din ix-xewqa, iddeċieda fi Frar 2003 li tibda t-tħejjija tiegħu, u afda t-tfassil tiegħu lil Kummissjoni ristretta ta kardinali, immexxija minni, flimkien ma xi kollaboraturi esperti. Tul dawn ix-xogħlijiet, il-proġett ta dan il-Kompendju ġie mqiegħed għall-ġudizzju tal-Kardinali Eminentissimi u tal-Presidenti tal-Konferenzi Episkopali, li fil-biċċa l-kbira tagħhom laqgħuh u xtarrewh tant tajjeb.

Il-Kompendju, li issa qiegħed nippreżenta lill-Knisja Universali, hu ġabra fil-qosor iżda fidili u żgura tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika. Wieħed isib fih bmod konċiż l-elementi essenzjali u fundamentali kollha tal-fidi tal-Knisja, u hekk, kif kien mixtieq mill-Predeċessur tiegħi, għandna vademecum, li jgħin lill-persuni, kemm dawk li jemmnu kif ukoll dawk li ma jemmnux, biex ikollhom miġbur quddiemhom, bħala ħaġa waħda, il-firxa sħiħa tal-fidi Kattolika.

Fl-istruttura, fil-kontenut u fil-lingwaġġ il-Kompendju huwa mera fidila tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, u din id-damma għandha tkun ta għajnuna u stimolu biex isir aktar magħruf u mifhum fil-fond.

Bfiduċja nafda, għalhekk, dan il-Kompendju l-ewwelnett fidejn il-Knisja kollha, u speċjalment fid kull Nisrani, biex fit-tielet millennju, permezz tiegħu iseħħ bħeġġa u impenn imġedded il-programm ta evanġelizzazzjoni u edukazzjoni fil-fidi, li għandhom jimmarkaw lil kull komunità ekkleżjali u lil kull min jemmen fi Kristu, għandu kemm għandu żmien u ġej minn liema nazzjon ġej.

Dan il-Kompendju, iżda għax qasir, ċar u sħiħ, irid jasal għand kull bniedem, li waqt li qed jgħix fdinja mimlija aljenazzjoni u li twassal messaġġi differenti, jixtieq isir jaf it-Triq tal-Ħajja, il-Verità, afdata minn Alla lill-Knisja ta Ibnu.

Waqt il-qari ta dan l-istrument awtorevoli, bħalma hu l-Kompendju, bl-interċessjoni ta Marija Santissima, l-Omm ta Kristu u tal-Knisja, jalla kulħadd jagħraf u jilqa dejjem aktar is-sbuħija li ma tintemmx, l-uniċità u l-attwalità tad-Don per eċċellenza li Alla ta lill-umanità: Ibnu l-waħdieni, Ġesù Kristu, li huwa it-Triq, il-Verità u l-Ħajja (Ġw 14,6).

Mogħti fit-28 ta’ Ġunju 2005, lejlet is-Solennità tal-Qaddisin Pietru u Pawlu, fl-ewwel sena tal-Pontifikat.

 

BENEDICTUS PP. XVI 


 INTRODUZZJONI

1. Fil-11 tOttubru tal-1992, il-Papa Ġwanni Pawlu II ippreżenta lill-fidili tad-dinja kollha l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika bħala ktieb ta riferenza[1] għall-katekeżi mġedda mill-għejjun ħajja tal-fidi. Tletin sena wara l-bidu tal-Konċilju Vatikan II (1962-1965), twasslet fit-tmiem hieni u mistenni tagħha x-xewqa fl-1985 fl-Assemblea Straordinarja ta l-Isqfijiet, biex jitfassal katekiżmu tad-duttrina kattolika kollha kemm dwar il-fidi kif ukoll dwar il-morali.

Ħames snin wara, fil-15 tAwwissu 1997, il-Papa filwaqt li ppromulga l-editio typical tal-Catechismus Catholicae Ecclesiae, ikkonferma l-għan ewlieni ta dan ix-xogħol : li jkun wirja sħiħa u integra tad-duttrina kattolika, li tippermetti lil kulħadd li jsir jaf dak li l-istess Knisja tistqarr, tiċċelebra, tgħix, u titlob fil-ħajja ta kuljum tagħha.[2]

2. Biex il-Katekiżmu jingħata dejjem aktar il-piż li jistħoqqlu u biex tintlaħaq it-talba li ħarġet mill-Kungress Kateketiku Internazzjonali ta Ottubru 2002, fl-2003 Ġwanni Pawlu II waqqaf Kummissjoni speċjali preseduta mill-Kard. Joseph Ratzinger, Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, bil-għan li tfassal Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, li jkun fih ġabra aktar fil-qosor ta l-istess varitajiet tal-fidi. Wara sentejn ta ħidma, ġie mħejji abbozz tal-kompendju, li ntbagħat għall-konsultazzjoni tal-Kardinali u tal-Presidenti tal-Konferenzi Episkopali. L-abbozz, bmod sħiħ, ġie meqjus tajjeb mill-maġġoranza assoluta ta dawk li wieġbu. Għalhekk il-kummissjoni filwaqt li żammet quddiemha l-proposti li waslulha għal titjib, għaddiet biex tirrevedi l-imsemmi abbozz u waslet għat-tifsil tat-test finali.

3. Il-karatteristiċi ewlenin tal-Kompendju huma tlieta: ir-rabta qawwija mal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika; l-istil ta djalogu; u l-użu tax-xbihat fil-katekeżi.

Qabel xejn il-Kompendju mhuwiex xogħol li nistgħu narawh għalih waħdu u bebda mod ma jrid jieħu post il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika; aktar minn hekk, jirreferi l-ħin kollu għall-Katekiżmu, kemm permezz tal-indikazzjoni għan-numri ta riferenza kif ukoll għall-istruttura, għall-iżvilupp u għall-kentenut ta l-istess Katekiżmu. Barra minn dan, il-Kompendju jixtieq iqajjem interess u ħeġġa mġedda għall-Katekiżmu li, permezz tal-esposizzjoni għaqlija u l-ispiritwalità tiegħu, jibqa dejjem it-test bażiku tal-katekeżi tal-Knisja llum.

Bħall-Katekiżmu, anki l-Kompendju jinqasam ferba partijiet, li jaqblu mal-liġijiet fundamentali tal-ħajja fi Kristu.

L-ewwel taqsima, imsejħa L-Istqarrija tal-fidi, fiha sintesi kif jixraq tal-lex credendi, jiġifieri tal-fidi kif tistqarrha l-Knisja Kattolika, kif insibuha fil-Kredu ta l-Appostli kif imfisser fil-Kredu Niċen-Kostantinopolitan, li l-istqarrija kontinwa tiegħu fil-ġemgħat Nsara żżomm ħajja t-tifkira tal-veritajiet ewlenija tal-fidi.

It-tieni taqsima, imsejħa Iċ-Ċelebrazzjoni tal-misteru Nisrani, tippreżenta l-elementi essenzjali tal-lex celebrandi. It-tħabbira tal-Vanġelu, fil-fatt, issib it-tweġiba privileġġjata tagħha fil-ħajja sagramentali. Fiha l-fidili jġarrbu u jixhdu, fkull waqt l-eżistenza tagħhom, l-effikaċja salvifika tal-misteru tal-Għid, li permezz tiegħu Kristu wettaq l-opra tal-fidwa tagħna.

It-tielet taqsima, imsejħa Il-Ħajja fi Kristu, tfakkar il-lex vivendi, jiġifieri l-impenn li għandhom l-imgħammdin li juru bl-imġiba u l-għażliet etiċi tagħhom il-fedeltà lejn il-fidi li jistqarru u li jiċċelebraw. Fil-fatt, il-fidili huma msejħa mill-Mulej Ġesù biex iwettqu opri li jaqblu mad-dinjità tagħhom ta ulied il-Missier fl-imħabba tal-Ispirtu s-Santu.

Ir-raba taqsima, imsejħa It-talba Nisranija, toffri sintesi tal-lex orandi, jiġifieri tal-ħajja tat-talb. Fuq l-eżempju taĠesù, il-mudell perfett ta dak li jitlob, in-Nisrani wkoll huwa msejjaħ għad-djalogu ma Alla fit-talb, fejn il-Missierna, it-talba li għallimna Ġesù stess, hija espressjoni privileġġjata.

4. Karatteristika oħra fil-Kompendju hija l-forma tadjalogu. Dan hu stil letterarju kateketiku antik, magħmul minn mistoqsijiet u tweġibiet. Permezz ta dan il-mudell jiġi ppreżentat djalogu idejali bejn l-imgħallem u d-dixxiplu, permezz ta numru ta mistoqsijiet li, waħda wara l-oħra, jinvolvu l-qarrej u jistednuh biex ikompli jiskopri aspetti dejjem ġodda tal-veritajiet tal-fidi tiegħu. L-element ta djalogu jgħin ukoll biex iqassar kemm jista jkun it-test, u jnaqqsu għal dak li hu meħtieġ. Dan jista jgħin biex wieħed jifhem aktar u forsi jiftakar anki bl-amment il-kontenut.

5. It-tielet karatteristika toħroġ mill-preżenza ta xi xbihat, li nsibu mqassma mat-tifsila tal-Kompendju. Huma meħuda mill-patrimonju tant għani tal-ikonografija Nisranija. Mit-tradizzjoni ta mijiet ta snin tal-konċilji nitgħallmu li x-xbiha wkoll hija tħabbira evanġelika. L-artisti ta kull żmien offrew għall-kontemplazzjoni u għall-apprezzament tal-fidili dawk il-fatti l-aktar importanti tal-misteru tal-fidwa, u ppreżentawhom fid-dija tal-ilwien tagħhom u fil-perfezzjoni tas-sbuħija. Dan huwa sinjal ta kif illum aktar minn qabel, fid-dinja tax-xbihat, ix-xbiha sagra tista tesprimi aktar mill-istess kelma, peress li tisboq fil-qawwa tal-komunikazzjoni u tat-trasmissjoni tal-messaġġ tal-Vanġelu.

6. Erbgħin sena wara l-għeluq tal-għeluq tal-Konċilju Vatikan II u fis-sena tal-Ewkaristija, il-Kompendju jista jkun għajnuna oħra biex ixebba kemm il-ġuħ għall-verità tal-fidili ta kull età u kundizzjoni, kif ukoll il-ħtieġa ta dawk, li għalkemm ma jemmnux, għandhom għatx għall-verità u għall-ġustizzja. Il-pubblikazzjoni tiegħu ser isseħħ fis-solennità tal-Qaddisin Appostli Pietru u Pawlu, kolonni tal-Knisja Universali u evanġelizzaturi eżemplari tal-Vanġelu fid-dinja antika. Dawn l-Appostli raw dak li ppriedkaw u xehdu għall-verita ta Kristu sal-martirju. Ejjew nixbħuhom fil-ħeġġa missjunarja tagħhom u nitolbu lill-Mulej biex il-Knisja tkompli timxi dejjem fuq it-tagħlim ta l-Appostli, li minnhom ħadet l-ewwel tħabbira ferħana tal-fidi.

20 ta Marzu 2005, Ħadd il-Palm.

Joseph Cardinal Ratzinger
President tal-Kummissjoni Speċjali


 

L-EWWEL TAQSIMA

 L-ISTQARRIJA TAL-FIDI

 

L-Ewwel Sezzjoni

JIENA NEMMEN” – “AĦNA NEMNNU

 

 “Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej!

 Kollha bil-għerf għamilthom;

 mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek.

 Dan il-baħar ta kobor u wisa bla tarf,

 li fih jimraħ ħut bla għadd;

 bhejjem żgħar u bhejjem kbar.

 Id-dgħajjes jimxu fuq il-mewġ tiegħu,

fih jitliegħeb il-Levjatan,

li int għamilt.

Minnek jistennew il-ħlejjaq kollha

li tagħtihom ikilhom fwaqtu.

Inti tagħtihom, u huma jiġbru;

tiftaħ idejk, u jixbgħu bil-ġid.

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej (Salm 103,24-28.35).

 

Il-Knisja, fis-sahra tal-Għid, tfaħħar lill-Mulej għall-opra l-aktar kbira tal-fidwa tal-umanità u tal-univers:

 O Alla, ta dejjem u li tista kollox,

 inti tqassam bordni ta l-għaġeb l-għemejjel kollha tiegħek;

 agħmel li l-mifdijin tiegħek jifhmu

 li l-ħolqien fil-bidu tad-dinja

 ma kienx għamil aqwa fil-kobor

 minn dak li sar fil-milja taż-żmenijiet

 bis-sagrifiċċju tal-Ħaruf tal-Għid tagħna li hu Kristu,

 li jgħix u jsaltan għal dejjem ta dejjem.

 

 

1. Xinhu l-pjan ta Alla għall-bniedem?

1-25

Alla, infinitament perfett u mbierek fih innifsu, permezz tal-pjan tiegħu ta tjieba pura ħalaq lill-bniedem għax ried, biex jagħtih sehem mill-ħajja mbierka tiegħu. Fil-milja taż-żmien, Alla l-Missier bagħat lil Ibnu bħala feddej u salvatur tal-bnedmin li kienu waqgħu fid-dnub, billi ġabarhom fil-Knisja tiegħu u għamilhom ulied adottivi bil-ħidma ta l-Ispirtu s-Santu u werrieta tal-hena ta dejjem.

 

L-EWWEL KAPITLU

IL-BNIEDEM HUWA KAPAĊI TA ALLA

30

“Int kbir, Mulej, u tassew jistħoqqlok it-tifħir [...] Għamilna għalik u qalbna ma ssibx kwiet sakemm ma tistriħx fik.” (Santu Wistin)

 

2. Għaliex fil-bniedem hemm ix-xewqa għal Alla?

27-30
44-45

Alla stess, meta ħalaq lill-bniedem skond ix-xbieha tiegħu, naqqax fil-qalb tal-bniedem din ix-xewqa li jara lil Alla. Anki jekk din ix-xewqa ta spiss hija injorata, Alla ma jiqafx jiġbed lill-bniedem lejh, biex jgħix u jsib fih dik il-milja tal-verità u tal-hena, li jfittex mingħajr waqfien. Min-natura tiegħu u skond is-sejħa tiegħu, il-bniedem għalhekk huwa essri reliġjuż, li kapaċi jidħol fkomunjoni ma Alla tagħti lill-bniedem id-dinjità fundamentali tiegħu.

3. Kif tista tagħraf lil Alla bid-dawl tar-raġuni biss?

31-36
46-47

Mill-ħolqien stess, jiġifieri mid-dinja u mill-persuna umana, il-bniedem bir-raġuni biss jista jagħraf lil Alla bċertezza bħala l-bidu u t-tmiem tal-univers u bħala l-ogħla tjieba, verità u sbuħija infinita.

4. Huwa biżżejjed id-dawl tar-raġuni biss biex issir taf il-misteru ta Alla?

37-38

Il-bniedem, fl-għarfien ta Alla bl-użu tar-raġuni biss, jiltaqa ma ħafna diffikultajiet. Minbarra dan ma jistax bil-ħila tiegħu jidħol fl-intimità tal-misteru ta Alla. Hu għalhekk li Alla ried idawwal il-bniedem bir-Rivelazzjoni, mhux biss dwar dak li hu l fuq mill-intelliġenza tiegħu, imma wkoll dwar dak li hu l fuq mill-intelliġenza tiegħu, imma wkoll dwar dawk il-veritajiet reliġjużi u morali li, għalkemm minnhom infushom jistgħu jkunu magħrufin bir-raġuni, kulħadd ikun jista jasal biex isir jafhom bla ebda taħbit, bċertezza ħielsa minn kull żball.

5. Kif jista wieħed jitkellem fuq Alla?

39-43
48-49

Tista tkellem lill-bnedmin kollha fuq Alla u titkellem magħhom dwar Alla billi titlaq mill-perfezzjonijiet tal-bniedem u tal-ħlejjaq l-oħra, li huma bħal mera, għalkemm limitata, tal-perfezzjoni infinita ta Alla. Jeħtieġ, iżda li kontinwament insaffu kliemna minn dak kollu li hu limitat, immaġinattiv, imperfett, filwaqt li nifhmu li qatt mhu ser jirnexxilna nesprimu bmod sħiħ il-misteru infinit ta Alla.

 

IT-TIENI KAPITLU

ALLA JILTAQA MAL-BNIEDEM

IR-RIVELAZZJONI TA ALLA

 

6. Xjirrivela Alla lill-bniedem?

50-53
68-69

Alla, fit-tjieba u l-għerf tiegħu, juri lilu nnifsu lill-bniedem. Permezz taġrajjiet u kliem juri lilu nnifsu u l-pjan ta mħabbtu, li waqqaf sa minn dejjem fi Kristu għakk-ġid tal-umanità. Pjan bħal dan jikkonsisti fli jagħti sehem, permezz tal-grazzja tal-Ispirtu s-Santu, lill-bnedmin kollha mill-ħajja divina, bħala ulied adottivi tiegħu fl-Iben waħdieni tiegħu.

7. Liema huma l-ewwel passi tar-Rivelazzjoni ta Alla?

54-58
70-71

Alla, sa mill-bidu wera lilu nnifsu lill-ewwel ġenituri, Adam u Eva, u stedinhom għal komunjoni intima miegħu. Wara l-waqgħa tagħhom, ma waqqafx ir-rivelazzjoni tiegħu u wiegħed il-fidwa għad-dixxendenza tagħhom. Wara d-dilluvju, waqqaf patt ma Noè u mal-ħlejjaq kollha ħajjin.

8. Liema huma l-passi li jmiss fir-Rivelazzjoni ta Alla?

59-64
72

Alla għażel lil Abram u sejjaħlu barra minn pajjiżu biex jagħmel minnu il-missier ta kotra kbira taġnusen 17:5), waqt li wiegħdu li jbierek permezz tiegħu il-ġnus kollha ta l-art (Ġen 12:3). Il-poplu li tnissel minn Abraham irċieva l-wegħdiet ta Alla li kienu saru lill-patrijarki. Alla sawwar lil Iżrael bħala l-poplu magħżul tiegħu, u salvah mill-jasar tal-Eġittu, għamel miegħu Patt fuq is-Sinaj u, permezz ta Mosè, tah il-Liġi tiegħu. Il-Profeti ħabbru fidwa radikali tal-poplu u salvazzjoni, li tħaddan in-nazzjonijiet kollha fPatt ġdid u għal dejjem. Mill-poplu tIżrael, mir-razza tas-sultan David jitwieled il-Ħellies: Ġesù.

9. Liema huwa l-pass aħħari u definittiv tar-Rivelazzjoni ta Alla?

65-66
73

Dak imwettaq mill-Verb ta Alla inkarnat, Ġesù Kristu, il-medjatur u l-milja tar-Rivelazzjoni. Hu, l-Iben waħdieni ta Alla magħmul bniedem, hu l-Kelma perfetta u aħħarija tal-Missier. Bl-għotja tal-Iben u r-rigal tal-Ispirtu s-Santu r-Rivelazzjoni hija għalhekk imwettqa għal kollox, ukoll jekk tul iż-żmenijiet il-fidi tal-Knisja trid tifhem u tara bil-mod il-mod, kull ma fiha r-rivelazzjoni.

 

Minn meta Alla tana lil Ibnu, li huwa l-aħħar Kelma definittiva tiegħu, bħala rigal, Alla ma għandux xi kelma oħra xjagħtina. Qalilna kollox fwaqt wieħed, fdaqqa waħda fdin il-Kelma waħda (San Ġwann tas-Salib).

 

10. X’valur għandhom ir-rivelazzjonijiet private?

67

Anki jekk m’humiex parti mid-depożitu tal-fidi, huma jistgħu jgħinu fl-għajxien tal-istess fidi, sakemm iżommu l-orjentament wkoll dawn ir-rivelazzjonijiet privati, ma jistax jaċċetta dawk li jippretendu li jgħaddu jew jikkoreġu r-Rivelazzjoni definittiva li tagħha l-qofol huwa Kristu.

 

IT-TRASMISSJONI TAR-RIVELAZZJONI DIVINA

11. Għaliex u kif tiġi mwassla r-Rivelazzjoni divina?

74

Alla jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-verità (1 Tim 2:4), jiġifieri dik taĠesù Kristu. Jeħtieġ, mela, li Kristu jitħabbar lill-bnedmin kollha, skond il-kmand tiegħu: Morru agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha (Mt 28:19). Dan iseħħ permezz tat-Tradizzjoni Appostolika.

12. Xinhi t-Tradizzjoni Appostolika?

75-79,
83,
96, 98

It-Tradizzjoni Appostolika hija t-trasmissjoni tal-messaġġ ta Kristu mwettqa, sa mill-bidu tal-Kristjaneżmu, permezz tal-predikazzjoni, ix-xhieda, l-istituzzjonijiet, il-kult u l-kitbiet ispirati. L-Appostli għaddew lis-suċċessuri tagħhom, l-Isqfijiet, u, permezz ta dawn, lill-ġenerazzjonijiet kollha sal-aħħar taż-żmien, dak kollu li rċevew mingħand Kristu u tgħallmu mingħand l-Ispirtu s-Santu.

13. Kif isseħħ it-Tradizzjoni Appostolika?

76

It-Tradizzjoni Appostolika sseħħ fżewġ modi: bit-trasmissjoni ħajja tal-Kelma ta Alla (imsejħa wkoll sempliċement it-Tradizzjoni), u bl-Iskrittura Mqaddsa, li hija l-istess tħabbira tal-fidwa fil-forma miktuba.

14. Xrabta hemm bejn it-Tradizzjoni u l-Iskrittura Mqaddsa?

80-82
97

It-Tradizzjoni u l-Iskrittura Mqaddsa għandhom rabta u jikkomunikaw mill-qrib bejniethom. It-tnejn li huma jagħmlu preżenti fil-Knisja, bmod li jagħti l-frott, il-misteru ta Kristu. It-tnejn ħerġin mill-istess għajn divina: huma jagħmlu flimkien depożitu sagru wieħed ta fidi, li minnhom il-Knisja tieħu iċ-ċertezza tagħha dwar kull ma ġie rrivelat.

15. F’idejn min hu afdat id-depożitu tal-fidi?

84, 91
94, 99

Id-depożitu tal-fidi ġie fdat mill-Appostli lill-Knisja kollha. Il-Poplu ta’ Alla kollu, permezz tas-sens sopranaturali tal-fidi, imsaħħaħ u mqanqal mill-Ispirtu s-Santu u mmexxi mill-Maġisteru tal-Knisja, jilqa’r-Rivelazzjoni divina, jifhimha dejjem aktar u japplikaha ghall-ħajja..

16. Lil min imiss li jinterpreta awtentikament id-depożitu tal-fidi?

85-90
100

Id-dmir tat-tifsir awtentiku ta’ depożitu bħal dan imiss biss lill-Maġisteru ħaj tal-Knisja, jiġifieri, lis-Suċċessur ta’ Pietru, l-Isqof ta’ Ruma, u lill-Isqfijiet li huma f’komunjoni miegħu. Dan il-Maġisteru, li fil-qadi tal-Kelma ta Alla jgawdi l-kariżma żgura tal-verità, iħaddan l-awtorità biex jiddefinixxi d-dommi, li huma formulazzjoni tal-veritajiet li jinsabu fir-Rivelazzjoni divina. Din l-awtorità tinfirex ukoll għall-veritajiet neċessarjament marbuta mar-Rivelazzjoni.

17. Xrabta hemm bejn l-Iskrittura, it-Tradizzjoni u l-Maġisteru?

95

Dawn huma tant marbuta sew bejniethom, li ebda waħda minnhom ma teżisti mingħajr l-oħrajn. Flimkien jgħinu effikaċement, kull waħda bil-mod tagħha, bil-ħidma ta l-Ispirtu s-Santu, biex isseħħ il-fidwa tal-bnedmin.

 

L-ISKRITTURA MQADDSA

18. Għaliex l-Iskrittura Mqaddsa tgħallem il-verità?

105-108
135-136

Għax Alla stess hu l-awtur tal-Iskrittura Mqaddsa: hija għalhekk tissejjaħ ispirata u tgħallem mingħajr ebda żball dawk il-veritajiet, li huma neċessarji għall-fidwa tagħna. L-Ispirtu s-Santu għalhekk nebbaħ il-kittieba umani, li kitbu dak li huwa ried jgħallimna. Il-fidi nisranija, iżda, mhijiex reliġjon tal-Ktieb, imma tal-Kelma ta Alla, li mhijiex kelma miktuba u muta, imam tal-Verb magħmul bniedem u ħaj (San Bernard ta Chiaravalle).

19. Kif għandha tinqara l-Iskristtura Mqaddsa?

109-119
137

L-Iskrittura Mqaddsa trid tinqara u tigi interpretata bil-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu u taħt it-tmexxija tal-Maġisteru tal-Knisja, skond tliet kriterji: 1) attenzjoni għal dak li hemm fl-Iskrittura Mqaddsa u għall-unità tagħha; 2) qari tal-Iskrittura fit-Tradizzjoni ħajja tal-Knisja; 3) attenzjoni għall-analoġija tal-fidi, jiġifieri r-rabta liema bħalha tal-veritajiet tal-fidi bejniethom.

20. Xinhu l-kanoni tal-Iskristtura?

120 
138

It-Tradizzjoni Appostolika wasslet lill-Knisja biex tagħraf liema kitbiet kellhom jidħlu fil-lista tal-Kotba Mqaddsa. Din il-lista tissejjaħ kanoni ta l-Iskristtura. Dan il-kanoni fih 46 kitba fit-Testment il-Qadim u 27 tal-Ġdid.

21. Ximportanza għandu t-Testment il-Qadim għall-Insara?

121-123 

L-Insara jqimu t-Testment il-Qadim bħala vera Kelma ta Alla: il-kitbiet kollha li fih huma ispirati minn Alla u għandhom siwi li jibqa għal dejjem. Huma xhieda tal-pedagoġija divina ta l-imħabba salvifika taAlla. Huma nkitbu fuq kollox biex iħejju l-miġja ta Kristu Salvatur ta l-univers.

22. Ximportanza għandu t-Testment il-Ġdid għall-Insara?

124-127 
139

It-Testment il-Ġdid li ċ-ċentru tiegħu huwa Ġesù Kristu, jagħtina l-verità definittiva tar-Rivelazzjoni divina. Fih l-erba Vanġeli ta Mattew, Mark, Luqa u Ġwanni, li bħala l-aqwa xhieda tal-ħajja u t-tagħlim taĠesù, jiffurmaw il-qalb ta l-Iskrittura kollha u għandhom post waħdieni fil-Knisja.

23. X’rabta hemm bejn it-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid?

128-130 
140

L-Iskrittura hija waħda, għax waħda hija l-Kelma ta’ Alla, wieħed il-pjan ta’ fidwa ta’ Alla, waħda l-ispirazzjoni divina taż-żewġ Testmenti. It-Testment il-Qadim iħejji l-Ġdid u l-Ġdid iwassal biex jitwettaq l-Antik: it-tnejn idawlu lil xulxin.

24. X’funzjoni għandha l-Iskrittura Mqaddsa fil-ħajja tal-Knisja?

131-133 
141-142

L-Iskrittura Mqaddsa tagħti għajnuna u ħeġġa lill-ħajja tal-Knisja. Hi ssaħħaħ ulied il-Knisja fil-fidi tagħhom, tmantni lil ruħhom, u hi nixxiegħa safja fil-ħajja spiritwali. Hija r-ruħ tat-Teoloġija, u tal-predikazzjoni pastorali. Is-Salmista jgħid: hi ”fanal għal riġlejja l-kelma tiegħek, u dawl fil-mogħdija tiegħi” (Salm 119,105). Il-Knisja tħeġġeġ biex l-Iskrittura Mqaddsa tinqara ta’ spiss, għax “l-injoranza tal-Kotba Mqaddsa tfisser injoranza ta’ Kristu” (San Ġilormu).

 

IT-TIELET KAPITLU

IT-TWEĠIBA TAL-BNIEDEM LIL ALLA

JIENA NEMMEN

25. Kif iwieġeb il-bniedem lil Alla li jirrivela lilu nnifsu?

142-143

Il-bniedem, imwettaq mill-grazzja divina, jwieġeb bl-ubbidjenza tal-fidi, li tfisser li tħalli għal kollox fidejn Alla u tilqa l-Verità tiegħu, li hi garantita minnu stess, li hu l-verità nnifisha.

26. Liema huma fl-Iskrittura Mqaddsa x-xhieda ewlenin tal-ubbidjenza lill-fidi?

144-149 

Hemm bosta xhieda, imma speċjalment tnejn: Abraham, li mqiegħed fil-prova, emmen lil Alla (Rum 4:3) u obda dejjem is-sejħa tiegħi, u għalhekk sar il-missier ta dawk kollha li jemmnu (Rum 4:11-18); u l-Verġni Marija, li għexet bmod l-aktar perfett, tul ħajjitha kollha, l-ubbidjenza tal-fidi: Fiat mihi secundum Verbum tuum Ħa jsir minni skond kelmtek(Lq 1,38).

27. Xi jfisser għall-bniedem li jemmen fAlla?

150-152 
176-178

Ifisser li l-bniedem jintrabat ma Alla nnifsu, jintelaq fidejh, jaċċetta bmod ħieles il-verità kollha rrivelata minn Alla, għax Alla hu l-Verità. Ifisser li l-bniedem jemmen fAlla wieħed fi tliet Persuni: Missier, Iben u Spirtu s-Santu.

28. Xinhuma l-karateristiċi tal-fidi?

153-165
179-180
183-184 

Il-fidi, rigal li Alla ta bxejn lill-bniedem, u li tinkiseb minn kull min jitlobhielu bl-umiltà, hu l-virtù sopranaturali meħtieġa biex insalvaw. L-att ta fidi huwa att uman, jiġifieri att tal-intelliġenza tal-bniedem li, taħt l-imbuttatura tal-volontà mċaqilqa minn Alla, jagħti liberament il-kunsens tiegħu lill-verità divina. Il-fidi, barra minn hekk, hija ċerta, għax mibnija fuq il-Kelma ta Alla; taħdem permezz ta l-imħabba (Gal 5,6); dejjem qed tikber, minħabba s-smigħ tal-Kelma ta Alla u tat-talb. Minn issa stess twassalna biex induqu l-ferħ tas-sema.

29. Għaliex mhemmx kontradizzjonijiet bejn il-fidi u x-xjenza?

159 

Ukoll jekk il-fidi hija aqwa mir-raġuni, ma jista qatt ikun hemm kontradizzjonijiet bejn fidi u xjenza, għax it-tnejn jafu l-bidu tagħhom fAlla. Huwa Alla stess li jagħti lill-bniedem kemm id-dawl tar-raġuni kif ukoll il-fidi.

“Emmen biex tifhem: ifhem biex temmen” (Santu Wistin)

AĦNA NEMMNU

30. Għaliex il-fidi hija att personali kif ukoll ekklejali?

166-169
181

Il-fidi hija att personali, għax hija tweġiba ħielsa tal-bniedem lil Alla li jirrivela lilu nnifsu. Imma fl-istess ħin il-fidi tal-Knisja tesprimi ruħha ċar fl-istqarrija: Aħna nemmnu. Fil-fatt, hija l-Knisja li temmen: hija bdal mod, bil-grazzja tal-Ispirtu s-Santu, timxi qabel, tqanqal u tmantni l-fidi tal-individwu Nisrani. Għalhekk il-Knisja hija Omm u Għalliema.

Ma jistax ikollu lil Alla bMissier min mgħandux lill-Knisja bOmm. (San Ċiprijanu).

31. Għaliex huma important l-formoli tal-fidi?

170-171

Il-formoli tal-fidi huma important għax permezz ta lingwaġġ komuni jgħinuna nfissru l-fidi, nagħmluha tagħna, niċċelebrawha u naqsmuha ma l-oħrajn.

32. Bliema mod il-fidi tal-Knisja hija waħda biss?

172-175 
182

Il-Knisja, għalkemm magħmula minn nies ta lsien, kultura u riti differenti, tistqarr bvuċi waħda l-unika fidi li rċeviet mingħand Mulej wieħed u li waslitilha permezz ta Tradizzjoni Appostolika waħda. Tistqarr Alla wieħed Missier, Iben u Spirtu s-Santu u turi triq waħda biss tas-salvazzjoni. Għalhekk aħna nemmnu, bqalb waħda u ruħ waħda, dak kollu li hemm fil-Kelma ta Alla, mgħoddija lilna jew miktuba, u dak li l-Knisja tgħidilna nemmnu bħala rivelat minn Alla.

 

It-Tieni Sezzjoni

L-ISTQARRIJA TAL-FIDI NISRANIJA

  

IL-KREDU

Il-Kredu tal-Appostli

Jiena nemmen fAlla wieħed, il-Missier li jista kollox,

li ħalaq is-sema u l-art.

U f’Ġesù Kristu, Ibnu wieħed, Sidna,

li kien ikkonċeput mill-Ispirtu s-Santu.

Twieled minn Marija Verġni,

bata taħt Ponzju Pilatu,
sallbuh, miet u difnuh,
niżel fil-limbu, mat-tielet jum
qam minn bejn l-imwiet,
tela’ fis-smewwiet u qiegħed
in-naħa tal-lemin ta’ Alla l-Missier

li jista’ kollox.

Minn hemm għandu jiġi biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin.
Nemmen fl-Ispirtu s-Santu,

fil-Knisja Mqaddsa Kattolika,

fix-xirka tal-qaddisin,

fil-maħfra tad-dnubiet,

fil-qawma mill-imwiet,

fil-ħajja ta’ dejjem.

Amen.

Symbolum Apostolicum

Credo in Deum Patrem omnipoténtem, Creatorem cæli et terræ, et in Iesum Christum, Filium Eius unicum, Dominum nostrum, qui concéptus est de Spíritu Sancto, natus ex Maria Virgine, passus sub Póntio Piláto, crucifixus, mórtuus, et sepúltus, descéndit ad ínferos, tértia die resurréxit a mórtuis, ascéndit ad cælos, sedet ad déxteram Dei Patris omnipoténtis, inde ventúrus est iudicáre vivos et mórtuos.

Et in Spíritum Sanctum,
sanctam Ecclésiam cathólicam,
sanctórum communiónem,
remissiónem peccatórum,
carnis resurrectiónem,
vitam ætérnam.
Amen.

Kredu ta Niċea-Kostantinopli

 

Jiena nemmen fAlla wieħed,

Il-Missier li jista kollox,

li ħalaq is-sema u l-art,

dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

U fMulej wieħed Ġesù Kristu,
Iben waħdieni ta
Alla,

Imnissel mill-Missier qabel kull żmien.

Alla minn Alla, dawl minn dawl,

Alla veru minn Alla veru,

imnissel mhux magħmul,

natura waħda mal-Missier:

u bih sar kollox.

Niżel mis-smewwiet għalina l-bnedmin

u għall-fidwa tagħna.
U ħa l-ġisem bis-setgħa ta
l-Ispirtu s-Santu

minn Marija Verġni
u sar bniedem.

Sallbuh għalina,
bata taħt Ponzju Pilatu,

Miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet,

skond il-Kotba Mqaddsa;

U tela s-sema,
u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa jiġi bil-glorja
biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin,

u s-Saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

Nemmen fl-Ispirtu s-Santu,
Mulej li jagħti l-ħajja:
li ġej mill-Missier u mill-Iben;
li hu meqjum u mweġġaħ
flimkien mal-Missier u ma
l-Iben:

hu li tkellem bfomm il-profeti.

U fi Knisja waħda, qaddisa,
kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma mill-imwiet,
u l-ħajja taż-żmien li ġej.

Amen.

Symbolum Nicænum Costantinopolitanum

Credo in unum Deum,
Patrem omnipoténtem,
Factorem cæli et terræ,
visibílium ómnium et invisibilium
Et in unum Dóminum Iesum
Christum,
Filium Dei unigénitum
et ex Patre natum
ante ómnia sǽcula:
Deum de Deo, Lumen de Lúmine,
Deum verum de Deo vero,
génitum, non factum, consubstantiálem Patri: per quem ómnia
facta sunt;
qui propter nos hómines
et propter nostram salútem,
descéndit de cælis, et incarnátus est
de Spíritu Sancto ex Maria Víirgine
et homo factus est, crucifíxus étiam
pro nobis sub Póntio Piláto, passus
et sepúltus est, et resurréxit tértia
die secúndum Scriptúras,
et ascéndit in cælum, sedet ad
déxteram Patris, et íterum ventúrus
est cum glória, iudicáre vivos et
mórtuos, cuius regni non erit finis.

Credo in Spíritum Sanctum, Dominum et vivificántem, qui ex Patre
Filióque procédit, qui cum Patre et
Fílio simul adorátur et conglorificátur, qui locútus est per prophétas.

Et unam sanctam cathólicam
et apostólicam Ecclésiam.

Confíteor unum Baptísma
in remissiónem peccatórum.
Et exspécto resurrectiónem mortuórum,
et vitam ventúri sæculi.

Amen.

  

 L-EWWEL KAPITLU

JIENA NEMMEN FALLA L-MISSIER

Is-Simboli tal-fidi

33. Xinhuma s-Simboli tal-fidi?

185-188 
192, 197

Huma formoli mfassla, u msejħa wkoll Professjoni tal-fidi jew Kredu, li bihom il-Knisja, sa mill-bidu tagħha, fissret fil-qosor u xandret il-fidi tagħha blingwaġġ normattiv, komuni għall-fidili kollha.

34. Liema huma l-aktar Simboli antiki tal-fidi?

189-191 

Huma s-Simboli tal-magħmudija. Għax il-Magħmudija tingħata fl-isem tal-Missier u tal-Iben u ta l-Ispirtu s-Santu (Mt 28,19), il-veritajiet tal-fidi tagħhom issir l-istqarrija fil-magħmudija huma mqassmin fartikli li jitkellmu dwar it-tliet persuni tat-Trinità Qaddisa.

35. Liema huma l-aktar Simboli important tal-fidi?

193-195 

Huma s-Simbolu tal-Appostli, li huwa s-Simbolu tal-Magħmudija antic tal-Knisja ta Ruma, u s-Simbolu ta Niċea-Kostantinopli, frott tal-ewwel żewġ Konċilji Ekumeniċi ta Niċea (325) u ta Kostantinopli (381), li għadu sa llum is-simbolu komuni tal-Knejjes kbar kollha tal-Lvant u tal-Punent.

 

JIENA NEMMEN FALLA, MISSIER LI JISTA KOLLOX,

U ĦALAQ IS-SEMA U L-ART”

36. Għaliex il-professjoni tal-fidi tibda: Jiena nemmen fAlla?

198-199

Għax l-istqarrija Jiena nemmen fAlla hija l-aktar important, l-għajn tal-veritajiet l-oħra kollha dwar il-bniedem u dwar id-dinja, u dwar il-ħajja kollha ta kull min jemmen fih.

37. Għaliex nistqarru Alla wieħed?

200-202
228

Għax hu wera lilu nnifsu lill-poplu ta Iżrael bħala l-Uniku, meta qal: Isma, O Iżrael, Alla tagħna l-Mulej, il-Mulej waħdu (Dewt 6,4), ma hemm ħadd ħliefu (Is 45,22). Ġesù stess ikkonferma dan: Alla huwa il-Mulej (Mk 12,29). L-istqarrija li Ġesù u l-Ispirtu s-Santu huma wkoll Alla u Mulej ma ġġib ebda firda fAlla Wieħed.

38. Bliema isem Alla wera lilu nnifsu?

203-209 
230-231

Alla wera lilu nnifsu lil Mosè bħala Alla l-ħaj, Alla ta Abraham, Alla ta Iżakk, Alla taĠakobb ( 3,6). Alla wera l-isem misterjuż tiegħu lill-istess Mosè: Jien Hu Dak li Hu (YHWH). Sa mill-Antik Testment l-isem ta Alla, isem li ma jistax jitfisser bil-kliem, kien mibdul għall-kelma Mulej. Għalhekk fit-Testment il-Ġdid, Ġesù, imsejjaħ Mulej, jidher bħala Alla veru.

39. Alla waħdu hu?

2112-213 

Filwaqt li l-ħlejjaq irċevew mingħand Alla dak kollu li huma u li għandhom, Alla waħdu huwa fih innifsu l-milja tal-essri u ta kull perfezzjoni. Huwa hu Dak li hu, mingħajr bidu u mingħajr tmiem. Ġesù wera li hu wkoll iġib l-Isem divin: Jiena hu (Ġw 8,28).

40. Għaliex ir-rivelazzjoni tal-isem ta Alla hija importanti?

206-213

Fir-rivelazzjoni ta ismu, Alla għarraf ir-rikkezzi li jinsabu fil-kobor tal-misteru tiegħu: hu waħdu, minn dejjem u għal dejjem, dak li jmur lil hinn mid-dinja u mill-istorja. Hu ħalaq is-sema u l-art. Hu Alla fidil, dejjem qrib il-poplu tiegħu biex jifdih. Hu l-qaddis per eċċellenza, għani fil-ħniena(Ef 2,4), dejjem lest biex jaħfer. Hu l-Essri spiritwali, traxxendenti, li jista kollox, etern, personali, perfett. Huwa verità u mħabba.

Alla huwa l-Essri infinitament perfett li huwa t-Trinità Qaddisa. (San Turibju of Mogrovejo)

 

41. Fliema sens Alla huwa l-verità?

214-217 
231

Alla huwa l-istess Verità u għalhekk ma jistax iqarraq bih innifsu jew bħaddieħor. Huwa hu dawl u fih mhemmx dlamijiet (1 Ġw 1,5). L-Iben etern ta Alla, Għerf inkarnat, ġie mibgħut fid-dinja biex jixhed għall-Verità (Ġw 18,37).

42. Kif juri Alla li huwa mħabba?

218-221

Alla juri lilu nnifsu lil Iżrael bħala dak li għandu mħabba akbar minn ta missier u minn ta omm għal uliedu jew ta raġel għal martu. Alla fih innifsu huwa Mħabba (1 Ġw 4: 8,16), li jagħti lilu nnifsu għal kollox u bla kindizzjoni u li hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex id-dinja ssalva permezz tiegħu (Ġw 3:16-17). Meta bagħat lil Ibnu u lill-Ispirtu s-Santu, Alla wera li hu stess huwa għotja ta mħabba għal dejjem.

43. Xjitlob minnek li temmen fAlla wieħed?

222-227 
229

Li temmen fAlla, il-Waħdieni, jitlob minnek: li tagħraf il-kobor u s-setgħa tiegħu; li tgħix bi spirtu ta radd ta ħajr; li tafda fih dejjem, ukoll fit-tiġrib; li tagħraf l-għaqda u d-dinjità vera tal-bnedmin kollha maħluqa skond ix-xbieha tiegħu; li tuża tajjeb l-affarijiet li hu ħalaq.

44. Liema hu l-misteru ewlieni tal-fidi u tal-ħajja Nisranija?

232-237 

Il-misteru ewlieni tal-fidi u tal-ħajja Nisranija huwa l-misteru tat-Trinità Qaddisa. L-Insara jitgħammdu fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

45. Il-misteru tat-Trinità Qaddisa jista jsir magħruf mir-raġuni umana biss?

237 

Alla ħalla xi sinjal tal-Essri trinitarju tiegħu fil-ħolqien u fl-Antik Testment, iżda l-intimità tal-Essri tiegħu bħala Trinità Qaddisa hi misteru li ma jintlaħaqx mir-raġuni umana waħedha, kif lanqas kienet tilħqu l-fidi ta Iżrael, sa qabel l-Inkarnazzjoni tal-Iben ta Alla u tal-miġja tal-Ispirtu s-Santu. Dan il-misteru ġie rivelat minn Ġesù Kristu, u huwa l-għajn tal-misteri l-oħra kollha.

46. Xjurina Ġesù Kristu mill-misteru tal-Missier?

240-242 

Ġesù Kristu rrivela li Alla huwa Missier, mhux biss għax Ħallieq tal-univers u tal-bniedem, imma fuq kollox għax inissel għal dejjem fi ħdanu lill-Iben, li huwa l-Verb tiegħu, id-dija tal-glorja ta Alla u x-xbieha ta l-essenza tiegħu (Lhud 1,3).

47. Min huwa l-Ispirtu s-Santu, li uriena Ġesù Kristu?

243-248

Huwa t-tielet Persuna tat-Trinità Qaddisa. Huwa Alla, wieħed u indaqs mal-Missier u ma l-Iben. Huwa ġej mill-Missier (Ġw 15,26), li, bħala l-bidu mingħajr bidu, huwa l-għajn tal-ħajja trinitarja kollha. U ġej ukoll mill-Iben (Filioque), bid-don etern li l-Missier jagħmel lil Ibnu. Mibgħut mill-Missier u mill-Iben inkarnat, l-Ispirtu s-Santu jmexxi lill-Knisja għall-Verità kollha (Ġw 16,13).

48. Il-Knisja kif tesprimi l-fidi trinitarja tagħha?

249-256
266

Il-Knisja tesprimi l-fidi trinitarja tagħha billi tistqarr Alla wieħed fi tliet Persuni: il-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. It-tliet Persuni divini huma Alla wieħed għax kull wieħed minnhom huwa l-istess fid-daqs tan-natura divina li ma tinqasamx. Huma wkoll realment distinti minn xulxin, mat-tnejn l-oħra: il-Missier inissel l-Iben, l-Iben li jitnissel mill-Missier, l-Ispirtu s-Santu ġej mill-Missier u mill-Iben.

49. Kif jaħdmu t-tliet Persuni divini?

257-260
267

Mingħajr ma jinqasmu fis-sostanza waħdanija tagħhom, il-Persuni divini m’humiex magħżulin ukoll f’dak li jagħmlu fil-ħidma tagħhom: it-Trinità għandha ħidma waħda u l-istess. Iżda fil-ħidma waħda ta Alla, kull Persuna hija preżenti bil-mod li huwa tagħha fit-Trinità.

 

O Alla tiegħi, Trinità li nqim.....agħti s-sliem lil ruħi. Agħmilha l-ġonna tiegħek, l-għamara għażiża tiegħek u l-post tal-mistrieħ tiegħek. Jalla ma nħallik qatt waħdek, imam nkun hemm jien, kollni kemm jien, dejjem nishar fil-fidi tiegħi, dejjem inqimek, dejjem mogħnija għall-ħidma ħallieqa tiegħek. (Beata Eliżabetta tat-Trinita)

 

50. Xi jfisser li Alla jista kollox?

268-278

Alla wera lilu nnifsu bħala Setgħan u Qawwi (Salm 24,8), dak li għalih ma hemm xejn li ma jistax isir (Lq 1,37). L-omnipotenza tiegħu hija universali, misterjuża, u tidher fil-ħolqien tad-dinja mix-xejn, u tal-bniedem mill-imħabba, imma fuq kollox fl-Inkarnazzjoni u fil-Qawmien mill-mewt ta Ibnu, fir-rigal tal-adozzjoni ta wlied u fil-maħfra tad-dnubiet. Għalhekk il-Knisja tressaq it-talba tagħha quddiem Alla etern li jista kollox(Omnipotens sempiterne Deus...).

51. Għaliex huwa mportanti li nistqarru: Fil-bidu Alla ħalaq is-sema u l-art (Ġen 1,1)?

279-289 
315

Għax il-ħolqien hu l-pedament tal-pjan kollu ta Alla għas-salvazzjoni; juri l-imħabba li tista kollox u l-għerf ta Alla; hu l-ewwel pass lejn il-Patt ta Alla, il-waħdieni, mal-poplu tiegħu; hu l-bidu tal-istorja tal-fidwa li jilħaq il-milja tiegħu fi Kristu; hu l-ewwel tweġiba għall-mistoqsijiet fundamentali tal-bniedem dwar il-bidu u t-tmiem tiegħu.

52. Min ħalaq id-dinja?

290-292
316

Il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu huma l-bidu waħdieni u indiviżibbli tad-dinja, ukoll jekk l-opra tal-ħolqien tad-dinja hi bmod partikulari attribwita lil Alla l-Missier.

53. Għaliex inħalqet id-dinja?

293-294
319

Id-dinja nħalqet għall-glorja ta Alla, li ried juri u jwassal it-tjubija, il-verità u s-sbuħija tiegħu. L-għan aħħari tal-ħolqien hu li Alla, fi Kristu, ikun kollox fkollox (1 Kor 15,28), għall-glorja tiegħu u għall-hena tagħna.

Hu glorja ta Alla l-bniedem ħaj u hi l-viżjoni ta Alla l-ħajja tal-bniedem. (SantIrenew)

 

54. Alla kif ħalaq l-univers?

295-301
317-320

Alla ħalaq l-univers għax ried bl-għerf u bl-imħabba. Id-dinja ma saritx għax kellha ssir minnha nnifisha, jew għax hekk kien id-destin bla raġuni tagħha, jew għax saret bkumbinazzjoni. Alla ħalaq mix-xejn (ex nihilo) (2 Mak 7,28) dinja tajba u bordni sħiħ, li huwa jittraxxendiha bmod infinit. Alla jżomm il-ħolqien fkull moment ta l-eżistenza tiegħu u jwieżnu, waqt li jagħtih kapaċità biex jaġixxi u jwasslu għat-tmiem tiegħu, permezz ta Ibnu u tal-Ispirtu s-Santu.

55. Fhiex tikkonsisti l-Providenza divina?

302-306
321

Hija tikkonsisti fid-dispożizzjonijiet li bihom Alla jmexxi l-ħolqien tiegħu lejn il-perfezzjoni ta l-aħħar, li għaliha huwa ddestina l-ħolqien kollu. Alla huwa l-awtur sovran tal-pjan tiegħu. Imma biex iġib fis-seħħ dan il-pjan jinqeda wkoll bil-kooperazzjoni tal-ħlejjaq tiegħu. Fl-istess ħin, jagħti lill-ħlejjaq tiegħu d-dinjità li jaġixxu huma stess, li jkunu l-kawża ta xulxin.

56. Kif jikkollabora l-bniedem mal-Providenza divina?

307-308
323

Alla jagħti doni lill-bniedem u filwaqt li jirrispetta l-libertà tiegħu, jitlob minnu li jikkollabora bl-għemil, bit-talb, kif ukoll bit-tbatijiet tiegħu, filwaqt li jġiegħlu irid u jħabrek biex jagħmel dak li jogħġob lilu (Fil 2,13).

57. Jekk Alla jista kollox u jieħu ħsieb kollox, allura għaliex jeżisti l-ħażen?

309-310
324, 400

Għal din il-mistoqsija, ta tant tbatija kif ukoll misterjuż, tista tagħti tweġiba biss il-fidi Nisranija kollha kemm hi. Alla ma hu bebda mod, la direttament u lanqas indirettament, il-kawża tal-ħażen. Huwa jdawwal il-misteru tal-ħażen fIbnu, Ġesù Kristu, li miet u qam mill-mewt biex jirbaħ dak il-ħażen morali kbir, li huwa d-dnub tal-bnedmin u li hu l-għerq tal-ħażen l-ieħor kollu.

58. Għaliex Alla jippermetti l-ħażen?

311-314
324 

Il-fidi tagħtina ċ-ċertezza li Alla ma jippermetti qatt il-ħażen jekk mill-istess ħażen ma joħroġx it-tajjeb. Alla dan ġa wettqu bmod tal-għaġeb fil-ġrajja tal-mewt u l-qawmien mill-mewt ta Kristu: fil-fatt mill-akbar ħażen morali, il-qtil ta Ibnu, huwa ħareġ l-akbar ġid, il-glorifikazzjoni ta Kristu u l-fidwa tagħna.

 

Is-Sema u l-Art

59. X’ħalaq Alla?

325-327

L-Iskrittura Mqaddsa tgħid: “Fil-bidu Alla ħalaq is-sema u l-art” (Ġen 1,1). Il-Knisja, fil-Kredu, tistqarr li Alla huwa l-ħallieq tal-ħwejjeġ kollha li jidhru u li ma jidhrux: tal-ħlejjaq spiritwali u materjali, jiġifieri ta’ l-anġli u tad-dinja li tidher, u b’mod speċjali tal-bniedem.

60. Min huma l-anġli?

328-333
350-351

L-anġli huma ħlejjaq purament spiritwali, mingħajr ġisem, inviżibbli u immortali, ħlejjaq personali mżejna bl-intelliġenza u bir-rieda. Huma, filwaqt li jikkontemplaw bla waqfien lil Alla wiċċ imb’wiċċ, jagħtuh glorja, iservuh u huma l-ħabbara tiegħu fit-twettiq tal-missjoni tal-fidwa għall-bnedmin kollha.

61. B’liema mod huma preżenti l-anġli fil-ħajja tal-Knisja?

334-336
352

Il-Knisja tingħaqad ma l-anġli biex tadura lil Alla, issejjaħ l-għajnuna tagħhom u tiċċelebra fil-liturġija t-tifkira ta wħud minnhom.

“ Kull Nisrani għandu ħdejh anġlu bħala protettur u ragħaj tiegħu ħa jwasslu għall-ħajja.” (San Bażilju l-Kbir)

 

62. X’tgħallem l-Iskrittura Mqaddsa dwar il-ħolqien tad-dinja li tidher?

337-344

Permezz tar-rakkont tas-“sitt ijiem” tal-ħolqien, l-Iskrittura Mqaddsa turina s-siwi tal-ħolqien u l-għan tiegħu li hu għall-glorja ta’ Alla u għall-ġid tal-bniedem. Kull ħaġa taf l-eżistenza tagħha lil Alla, li minnu tirċievi t-tjieba proprja tagħha u l-perfezzjoni, il-liġijiet tagħha u l-post tagħha fl-univers.

63. X’inhu post il-bniedem fil-ħolqien?

343-344
353

Il-bniedem hu fil-quċċata tal-ħolqien li jidher, għaliex huwa maħluq skond ix-xbieha ta’ Alla u b’xebħ miegħu.

64. X’rabta hemm bejn il-ħwejjeġ maħluqa?

342
354

Bejn il-ħlejjaq hemm interdipendenza u ġerarkija, li riedhom Alla stess. Fl-istess ħin, bejn il-ħlejjaq hemm għaqda u solidarjetà, għax ilkoll għandhom l-istess Ħallieq, huma lkoll maħbuba minnu u huma ordnati għall-glorja tiegħu. Għalhekk, li tħares il-liġijiet miktuba fil-ħolqien u r-rabtiet li joħorġu min-natura ta kull ħaġa, hu prinċipju ta għerf u pediment tal-morali.

65. Xrabta hemm bejn l-opra tal-ħolqien u dik tal-fidwa?

345-349

Ix-xogħol tal-ħolqien jilħaq il-qofol tiegħu fil-ħidma akbar tal-fidwa. Fil-fatt din tagħti bidu għall-ħolqien il-ġdid, li fih kollox jerġa jsib is-sens sħiħ u l-qofol tiegħu.

 

Il-Bniedem

66. Fliema sens il-bniedem huwa maħluq fuq ix-xbieha ta Alla?

355-357 

Il-bniedem huwa maħluq fuq ix-xbieha ta Alla fis-sens li kapaċi jagħraf, iħobb, fil-libertà, lill-Ħallieq tiegħu. Huwa l-uniku ħlejqa fuq din l-art, li Alla ried għalih innifsu u li sejjaħ biex, bl-għarfien u bl-imħabba tiegħu, ikollu sehem mill-ħajja ta Alla. Huwa, bħala maħluq fuq ix-xbieha ta Alla, għandu d-dinjità ta persuna: mhuwiex biss xi ħaġa, imam xi ħadd, li kapaċi jkun jaf lilu nnifsu, li jingħata minn rajh bmod ħieles u li jidħol fkomunjoni ma Alla u mal-persuni l-oħra.

67. Għalfejn ħalaq Alla lill-bniedem?

358-359
380-381

Alla ħalaq kollox għall-bniedem, iżda l-bniedem ġie maħluq biex jagħraf, jaqdi u jħobb lil Alla, u biex joffrilu fdin id-dinja l-ħolqien kollu bradd ta ħajr, u jiġi mgħolli għall-ħajja ma Alla fis-sema. Huwa biss fil-misteru tal-Verb magħmul bniedem li jiddawwal tassew il-Misteru tal-bniedem, ippredestinat biex jirriproduċi x-xbieha ta l-Iben ta Alla magħmul bniedem, li hija x-xbieha perfetta ta Alla li ma jidhirx (Kol 1,15).

68. Għaliex il-bnedmin jiffurmaw għaqda waħda?

360-361

Il-bnedmin kollha jiffurmaw ġens uman wieħed, minħabba l-istess bidu tagħhom minn Alla. Alla, barra minn dan, minn bniedem wieħed għamel il-ġens kollu tal-bnedmin (Atti 17,26). Kulħadd, imbagħad, għandu Feddej wieħed u huwa msejjaħ biex jaqsam l-hena ta dejjem ta Alla.

69. Kif fil-bniedem ir-ruħ u l-ġisem jiffurmaw għaqda waħda?

362-365
382

Il-persuna umana hija essri kemm korporali kif ukoll spiritwali. Fil-bniedem l-ispirtu u l-materja jiffurmaw natura waħda. Din l-għaqda hija daqshekk kbira li hu minħabba r-ruħ spiritwali li l-ġisem, magħmul mill-materja, hu ġisem ta bniedem, ġisem ħaj, u jieħu sehem mill-istess dinjità tax-xbieha ta Alla.

70. Min jagħti r-ruħ lill-bniedem?

366-368 
382

Ir-ruħ spiritwali ma tiġix mill-ġenituri, imma hija maħluqa direttament minn Alla, u ma tmut qatt. Meta tinfired mill-ġisem fil-mument tal-mewt, hija ma tispiċċax; u għad tingħaqad mill-ġdid mal-ġisem fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar taż-żmien.

71. Liema rabta Alla qiegħed bejn ir-raġel u l-mara?

369-373
383

Ir-raġel u l-mara ġew maħluqa minn Alla bl-istess dinjità bħala persuni umani, u fl-istess waqt, fkomplimentarjetà reċiproka, bħala raġel u mara. Alla riedhom għal xulxin biex ikunu xirka ta persuni. Flimkien huma wkoll imsejħa biex jittrasmettu l-ħajja, meta fiż-żwieġ jingħaqdu fġisem wieħed (Ġen 2,24), u biex jaħkmu l-art bħala amministraturi ta Alla.

72. Liema kienet il-kundizzjoni oriġinali tal-bniedem skond il-pjan ta Alla?

374-379
384

Alla, meta ħalaq lir-raġel u lill-mara, tahom sehem speċjali mill-ħajja divina tiegħu, fil-qdusija u l-ġustizzja. Fil-pjan ta Alla l-bniedem ma kellux ibati u lanqas imut. Barra minn dan, fil-bniedem kienet issaltan armonija perfetta fih innifsu, bejn il-ħlejjaq u l-Ħallieq, bejn ir-raġel u l-mara, kif ukoll bejn l-ewwel koppja tal-bnedmin u l-ħolqien kollu.

 

Il-Waqgħa

73. Kif tinftiehem ir-realtà tad-dnub?

385-389

Id-dnub jinsab fil-ġrajja tal-bniedem. Din ir-realtà tidher tassew dak li hi biss fid-dawl tar-Rivelazzjoni divina, u fuq kollox fid-dawl ta’ Kristu Feddej ta’ kulħadd, li ried li l-grazzja tfawwar u toktor sewwa sew fejn kotor id-dnub.

74. X’inhi l-waqgħa tal-anġli?

391-395
414

B’din l-espressjoni nifhmu li Satana u x-xjaten l-oħra, li dwarhom titkellem l-Iskrittura Mqaddsa u t-Tradizzjoni tal-Knisja, minn anġli maħluqa tajbin minn Alla, inbidlu fi ħżiena, għax, b’għażla ħielsa u li ma setgħux jerġgħu lura minnha, ċaħdu lil Alla u s-Saltna tiegħu, u b’hekk taw bidu għall-infern. Huma jippruvaw isieħbu lill-bniedem magħhom għar-ribelljoni kontra Alla; imma Alla fi Kristu jiżgura r-rebħa tiegħu fuq il-Ħażin.

75. F’hiex jikkonsisti l-ewwel dnub tal-bniedem?

396-403
415-417

Il-bniedem, ittentat mix-xitan, ħalla tintefa f’qalbu l-fiduċja fil-Ħallieq tiegħu u, billi ma obdiehx, ried isir “bħal Alla” iżda mingħajr Alla, u mhux skond Alla (Ġen 3,5). B’hekk Adam u Eva mill-ewwel tilfu, għalihom u għall-bnedmin kollha, il-grazzja oriġinali tal-qdusija u tal-ġustizzja.

76. X’inhu d-dnub oriġinali?

404
419

Id-dnub oriġinali, li l-bnedmin kollha jitiweldu fih, huwa l-istat ta’ nuqqas ta’ qdusija u ta’ ġustizzja tal-bidu. Huwa dnub li “ittieħed”, mhux “dnub li sar”; huwa kundizzjoni li nitwieldu fiha, u mhux att personali tagħna. Minħabba l-għaqda tal-bidu tal-ġens tal-bnedmin id-dnub tan-nisel jgħaddi fil-familja kollha ta Adam man-natura umana, mhux bimitazzjoni iżda bi propagazzjoni. Kif id-dnub tan-nisel jgħaddi fil-bnedmin kollha hu misteru li qatt ma nistgħu naslu biex nifhmuh għal kollox.

77. Liema konsegwenzi oħra jġarrab id-dnub oriġinali?

405-409
418

Minħabba d-dnub oriġinali, in-natura umana, mingħajr ma ġiet imħassra għal kollox, ġiet midruba fis-setgħat naturali tagħha, waqgħet taħt il-ħakma ta l-injoranza, tat-tbatija u tas-setgħa tal-mewt, u tal-ġibda lejn id-dnub. Din il-ġibda hija msejħa konkupixxenza.

78. Xgħamel Alla wara l-ewwel dnub?

410-412
420

Wara l-ewwel dnub, id-dinja mtliet bid-dnubiet, imam Alla ma telaqx lill-bniedem fidejn il-mewt, imam bil-kontra, huwa ħabbarlu bmod misterjuż fil-Protoevanġelj (Ġen 3,15) li l-ħażen kellu jintrebaħ u li l-bniedem jintrefa mill-waqgħa. Hija l-ewwel tħabbira tal-Messija Feddej. Għalhekk il-waqgħa saret saħansitra msejħa ħtija hienja, għaliex stħaqqilha Feddej kbir bħal dan (Liturġija tal-Vġili tal-Għid).

 

IT-TIENI KAPITLU

NEMMEN F’ĠESÙ KRISTU

L-IBEN WAĦDIENI TA ALLA

79. Liema hi l-Bxara t-Tajba għall-bniedem?

422-424

Hi t-tħabbira taĠesù Kristu, Bin Alla l-ħaj (Mt 16,16), li miet u qam mill-mewt. Fi żmien is-sultan Erodi u l-imperatur Ċesri Awgustu, Alla temm il-wegħdiet li kien għamel lil Abraham u lil nislu meta bagħat lil Ibnu, mwieled minn mara, mwieled taħt il-Liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta wlied (Gal 4,4-5).

80. Kif tinxtered din l-Aħbar it-Tajba?

425-429 

Sa mill-bidu l-ewwel dixxipli kienu mkebbsin bix-xewqa li jħabbru lil Ġesù Kristu, biex iwasslu lil kulħadd għall-fidi fih. Illum ukoll, dan l-għarfien kollu mħabba ta’ Kristu jqanqal ix-xewqa għall-evanġelizzazzjoni u l-katekeżi. Dan ifisser li turi fil-persuna ta Kristu l-pjan ta dejjem ta Alla biex l-umanità kollha tidħol fkomunjoni miegħu.

U FĠESÙ KRISTU, IBNU WIEĦED, SIDNA

81. Xi jfisser l-isem Ġesù?

430-435
452

Mogħti mill-Anġlu fil-waqt tat-Tħabbira, l-isem Ġesù jfisser Alla jsalva. Huwa jfisser l-identità u l-missjoni tiegħu, għax huwa jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom (Mt 1,21). Pietru jistqarr li mkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bniedem li bih aħna għandna nkunu salvi (Atti 4,12).

82. Għaliex Ġesù hu msejjaħ Kristu?

436-440
453

Kristu bil-Grieg, Messija bl-Ebrajk, tfisser midluk. Ġesù huwa Kristu għax huwa kkonsagrat minn Alla, midluk mill-Ispirtu s-Santu għall-missjoni tal-fidwa. Huwa l-Messija mistenni minn Iżrael, mibgħut fid-dinja mill-Missier. Ġesù laqa t-titlu ta Messija filwaqt li wera t-tifsir veru tiegħu: Hu niżel mis-sema (Ġw 3,13), ħa l-mewt u qam mill-mewt, huwa l-Qaddej li jbati biex jagħti ħajtu bfidwa għall-kotra (Mt 20,28). Mill-isem Kristu ħareġ għalina l-isem taKristjani

83. Fliema sens Ġesù huwa l-Iben Waħdieni ta Alla?

441-445
454

Huwa hekk f’sens uniku u perfett. Fil-mument tal-Magħmudija u tat-Trasfigurazzjoni, il-leħen tal-Missier juri lil Ġesù bħala l-Iben il-għażiż tiegħu. Meta sejjaħ lilu nnifsu bħala l-Iben li jagħraf lill-Missier (Mt 11,27), Ġesù saħaq fuq ir-rabta tiegħu waħdanija u għal dejjem ma Alla Missieru. Hu l-Iben Waħdieni ta Alla (ara 1 Ġw 4,9), it-tieni Persuna tat-Trinità. Hu ċ-ċentru tal-predikazzjoni appostolika: l-Appostli raw il-glorja tiegħu, il-glorja li għandu mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni (Ġw 1,14).

84. Xi jfisser it-titlu “Mulej”?

446-451 
455

Fil-Bibbja, dan it-titlu soltu juri s-setgħa ta’ Alla. Ġesù jużah għalih innifsu u juri s-setgħa divina tiegħu fuq in-natura, fuq ix-xjaten, fuq id-dnub u fuq il-mewt, fuq kollox permezz tal-Qawmien tiegħu mill-mewt. L-ewwel stqarrijiet tal-fidi tal-Knisja jipproklamaw li s-setgħa, il-ġieħ u l-glorja li jistħoqqlu lil Alla l-Missier jixirqu wkoll lil Ġesù: Alla “żejnu bl-Isem li hu fuq kull isem” (Fil 2,9). Hu l-Mulej li jsaltan fuq id-dinja u ġrajjietha, u lilu biss il-bniedem għandu jissottometti b’mod assolut il-libertà personali tiegħu.

 

“ĠESÙ KRISTU KONĊEPUT BIL-ĦIDMA TAL-ISPIRTU S-SANTU,

 U TWIELED MINN MARIJA VERĠNI”

85. Għaliex l-Iben ta Alla sar bniedem?

456-460 

L-Iben ta Alla ħa l-ġisem bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu fil-ġuf tal-Verġni Marija, għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna, jiġifieri: biex jgħaqqad lilna midinbin ma Alla; biex jgħinna nagħrfu l-imħabba tiegħu bla tmiem; biex ikun il-mudell tal-qdusija tagħna; biex inkunu nistgħu nissieħbu fin-natura ta Alla (2 Pt 1,4).

86. Xi tfisser il-kelma Inkarnazzjoni?

461-463
483

Il-Knisja ssejjaħ Inkarnazzjoni il-Misteru ta l-għaqda ta l-għaġeb tan-natura ta Alla man-natura tal-bniedem fil-Persuna waħda tal-Verb. Biex wettaq il-fidwa tagħna, l-Iben ta Alla ħa l-ġisem (Ġw 1,14) jiġifieri sar verament bniedem. Il-fidi fl-Inkarnazzjoni hi sinjal li jagħżel il-fidi nisranija minn kull twemmin ieħor.

87. Bliema mod Ġesù Kristu huwa veru Alla u veru bniedem?

464-467
469

Ġesù huwa fl-istess waqt veru Alla u veru bniedem, fl-għaqda tal-Persuna divina tiegħu. Hu, l-Iben ta Alla, li ġie mnissel, mhux magħmul, fl-istess natura tal-Missier, sar bniedem veru, ħuna, mingħajr iżda ma waqaf li jkun Alla Sidna.

88. Xjgħallem il-Konċilju ta Kalċidonja (fis-sena 451) dwar dan?

467

Il-Konċilju ta Kalċidonja jgħallem u jistqarr: l-istess Iben wieħed, il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, perfett bħala Alla u perfett bħala bniedem; veru Alla u veru bniedem, bruħ imżejna bir-raġuni kif ukoll bġisem; natura waħda mal-Missier fid-divinità tiegħu, u natura waħda magħna fl-umanità tiegħu, bħalna fkollox, minbarra d-dnub (Lhud 4,15); imnissel mill-Missier qabel kull żmien bħala Alla u, fdawn l-aħħar żminijiet, imwieled bħala bniedem mill-Verġni Marija, Omm Alla, għalina u għall-fidwa tagħna.

89. Kif tesprimi l-Knisja l-Misteru tal-Inkarnazzjoni?

464-470
479-481

Tesprimi dan waqt li tistqarr li Ġesù Kristu huwa veru Alla u veru bniedem, bżewġ naturi, waħda divina u waħda umana, mhux imħalltin ma xulxin, imma magħqudin flimkien fil-Persuna tal-Iben ta Alla. Għalhekk, kull ma hemm fl-umanità taĠesù mirakli, tbatija, mewt għandu jiġi attribwit lill-Persuna divina, li jaħdem permezz tan-natura umana li hu ħa.

O Iben waħdieni u Verb ta Alla, inti li ma tmut qatt, għas-salvazzjoni tagħna għoġbok tieħu l-ġisem fil-ġuf tal-Qaddisa Marija Omm Alla u dejjem Verġni Marija (...) Int li int wieħed mit-Trinità Qaddisa, imsebbaħ mal-Missier u ma l-Ispirtu s-Santu, salvana! (Liturġija Biżantina ta San Ġwann Griżostmu).

 

90. L-Iben ta Alla li sar bniedem kellu ruħ bl-għarfien bħala bniedem?

470-474
482

L-Iben ta Alla ħa l-ġisem bir-ruħ ta bniedem imżejna bir-raġuni. Bl-intelliġenza umana tiegħu Ġesù fehem ħafna ħwejjeġ permezz ta l-esperjenza. Imma wkoll bħala bniedem l-Iben ta Alla kellu għarfien intimu u immedjat ta Alla Missieru. Kien jidħol fil-fond tal-qlub tal-bnedmin u jagħraf il-ħsibijiet moħbija tagħhom u kien jagħraf il-pjan etern li huwa kien ġie biex jgħarrafhulna.

91. Kif kienu jaqblu bejniethom iż-żewġ ridiet tal-Verb inkarnat?

475 
482

Ġesù kellu rieda divina u rieda umana. Fil-ħajja tiegħu fuq l-art, l-Iben ta Alla bħala bniedem ried dak li bħala Alla ddeċieda flimkien mal-Missier u ma l-Ispirtu s-Santu għas-salvazzjoni tagħna. Ir-rieda ta Kristu bħala bniedem timxi wara r-rieda divina tiegħu, mingħajr ma teqfilha jew tmur kontra tagħha, jew aħjar, ir-rieda umana tiegħu kienet taqgħod għar-rieda tiegħu ta Alla.

92. Kristu kellu ġisem veru ta bniedem?

476-477

Kristu ħa ġisem veru ta bniedem li permezz tiegħu Alla li ma jidhirx seta jidher. Għalhekk, Kristu jista jiġi mpinġi u miqjum fix-xbihat mqaddsa.

93. Xtirrappreżenta l-Qalb taĠesù?

478

Ġesù għarafna u ħabbna bqalb ta bniedem. Il-Qalb minfuda tiegħu għas-salvazzjoni tagħna hija simbolu ta dik l-imħabba bla tmiem, li biha hu jħobb lill-Missier u lil kull wieħed mill-bnedmin.

94. Imnissel bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.....: xi tfisser din l-espressjoni?

484-486

Tfisser li l-Verġni Marija nisslet l-Iben etern fil-ġuf tagħha permezz tal-ħidma tal-Ispirtu s-Santu u mingħajr is-sehem tal-bniedem: L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek (Lq 1,35), qalilha l-Anġlu fit-Tħabbira.

95. ...Imwieled minn Marija Verġni: għaliex Marija hija tassew Omm Alla?

495
509

Marija hija tassew Omm Alla għax hija l-omm taĠesù (Ġw 2,1, Ġw 19,25). Fil-fatt, dak li ġie mnissel bil-ħidma ta l-Ispirtu s-Santu u li sar tassew Binha, huwa l-Iben etern ta Alla l-Missier. Hu Alla stess.

96. Xi tfisser Immakulata Kunċizzjoni?

487-492
508 

Alla għażel lil Marija sa mill-eternità biex tkun l-Omm ta Ibnu: biex twettaq missjoni bħal din, hi ġiet imnissla mingħajr ebda ħtija. Dan ifisser li, permezz tal-grazzja ta Alla u fġieħ il-merti magħrufin minn qabel taĠesù Kristu, Marija ġiet meħlusa mid-dnub oriġinali sa mit-tnissil tagħha.

97. Kif tat sehemha Marija fil-pjan divin tal-fidwa?

493-494
508-511

Permezz tal-grazzja ta Alla, Marija baqgħet ħielsa minn kull dnub personali tul ħajjitha kollha. Hija l-mimlija bil-grazzja (Lq 1,28), Kollha kemm hi Qaddisa. Meta l-Anġlu ħabbrilha li se tnissel lil Bin l-Għoli (Lq 1,32), hija liberament tat il-kunsens tagħha bl-ubbidjenza tal-fidi (Rum 1,5). Marija tat lilha nnifisha kollha kemm hi għall-Persuna u l-ħidma ta Binha Ġesù, u bqalbha ħaddnet ir-rieda ta Alla għas-salvazzjoni.

98. Xi jfisser il-konċepiment verġinali taĠesù?

496-498
503

Ifisser li Ġesù tnissel bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu biss, mingħajr is-sehme ta raġel, fil-ġuf tal-Verġni Marija. Hu l-Iben tal-Missier tas-sema skond in-natura divina u Iben Marija skond in-natura umana tiegħu, imam propjament Iben Alla fiż-żewġ nature, minħabba li fih hemm Persuna waħda, dik divina.

99. Kif Marija baqgħet dejjem Verġni?

499-507
510-511

Fis-sens li hi baqgħet Verġni fit-tnissil ta Binha, Verġni fit-twelid, Verġni tul it-tqala, Verġni bħala omm, Verġni għal dejjem (Santu Wistin). Għalhekk, meta l-Evanġelji jitkellmu dwar aħwa subien u bniet taĠesù, ifissru l-qraba l-aktar taġewwa taĠesù, skond espressjoni użata fl-Iskrittura Mqaddsa.

100. Kif il-maternità spiritwali ta Marija hija universali?

501-507
511

Marija kellha Iben wieħed, Ġesù, imam fih il-maternità spiritwali tagħha nfirxet għall-bnedmin kollha li huwa ġie biex isalva. Ubbidjenti maġenb Adam il-ġdid, Ġesù Kristu, il-Verġni Marija hi Eva l-ġdida, tassew l-omm tal-ħajjin, li tikkoopera bi mħabba ta omm għat-twelid u għall-formazzjoni tagħhom fl-ordni tal-grazzja. Verġni u Omm, Marija hija x-xbieha tal-Knisja, u bmod l-aktar perfett turi xinhi l-Knisja.

101. Kif il-ħajja ta Kristu hi Misteru?

512-521
561-562

Il-ħajja kollha ta Kristu hi rivelazzjoni. Dak li jidher fil-ħajja fuq l-art taĠesù kien iwassal għall-Misteru li ma jidhirx, fuq kollox għall-Misteru tal-filjazzjoni divina: Min ra lili, ra lill-Missier (Ġw 14,9). Barra minn dan, ukoll jekk il-fidwa tiġina mis-Salib u l-Qawmien mill-mewt, il-Misteru tal-fidwa narawh jaħdem fil-ħajja kollha ta Kristu, għax kull ma Ġesù għamel, qal u bata kellu bħala għan li jifdi lill-bniedem imwaqqa u jwasslu mill-ġdid għas-sejħa tiegħu tal-bidu ta iben Alla.

102. Liema kienu t-tħejjijiet għall-Misteri taĠesù?

522-524

Kien hemm l-ewwelnett stennija twila ta tama li damet għal ħafna sekli għall-ewwel miġja tal-Feddej, li aħna ngħixu mill-ġdid waqt li niċċelebraw kull sena l-liturġija ta l-Avvent. Minbarra l-istennija misterjuża fi qlub il-pagani, Alla ħejja l-wasla ta Ibnu permezz tat-Testment il-Qadim, sa Ġwanni l-Battista li huwa l-aħħar wieħed u l-akbar fost il-profeti.

103. Xjgħallem il-Vanġelu dwar il-Misteri tat-twelid u t-tfulija taĠesù?

525-530
563-564

Fil-Milied, il-glorja tas-Sema tidher fid-dgħufija ta tarbija; iċ-ċirkonċżżjoni taĠesù hi sinjal li hu ġie magħdud mal-poplu Lhudi u tħabbar il-Magħmudija tagħna; l-Epifanija hi l-manifestazzjoni tas-Sultan-Messija ta Iżrael lill-ġnus kollha; fil-preżentazzjoni fit-tempju, fi Xmun u fAnna naraw l-istennija ta Iżrael li jersaq għal-laqgħa tiegħu mal-Feddej tiegħu; il-ħarba lejn l-Eġittu u l-qtil tal-innoċenti jħabbru li l-ħajja kollha ta Kristu ser tkun taħt is-sinjal tal-persekuzzjoni; ir-ritorn mill-Eġittu jfakkar l-Eżodu u juri lil Ġesù bħala Mosè l-ġdid: il-ħellies tassew u ta dejjem.

104. Liema tagħlim toffrilna l-ħajja moħbija taĠesù fNazaret?

533-534
564

Tul il-ħajja moħbija fNazaret, Ġesù jgħix fis-skiet fit-toroq ordinarji tal-ħajja. Bhekk iħallina nkunu fkomunjoni miegħu fil-qdusija tal-ħajja ta kuljum minsuġa fit-talb, fis-sempliċità, fix-xogħol, fl-imħabba tal-familja. Is-sottomissjoni tiegħu lejn Marija u Ġużeppi, il-missier putattiv tiegħu, hi sinjal tal-ubbidjenza tiegħu ta Iben lill-Missier. Marija u Ġużeppi, bil-fidi tagħhom, jilqgħu il-Misteru taĠesù, ukoll jekk ma jifhmuhx dejjem.

105. Għalfejn Ġesù jirċievi mingħand Ġwanni l-magħmudija ta ndiema għall-maħfra tad-dnubiet (Lq 3,3)?

535-537
565

Biex jagħti bidu għall-ħajja pubblika u juri minn qabel il-Magħmudija tal-mewt tiegħu: bhekk, għalkemm kien mingħajr dnub, aċċetta li jingħadd mal-midinbin, hu l-Ħaruf ta Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja (Ġw 1,29). Il-Missier jistqarru bħala Ibni l-għażiż (Mt 3,17) u l-Ispirtu niżel fuqu. Il-Magħmudija taĠesù hi sinjal minn qabel tal-Magħmudija tagħna.

106. Xjuru t-tentazzjonijiet taĠesù fid-deżert?

538-540 
566

It-tentazzjonijiet taĠesù fid-deżert jiġbru mill-ġdid fihom it-tiġrib ta Adam fil-ġenna u ta Iżrael fid-deżert. Satana jipprova jġarrab lil Ġesù billi ssuġġerielu li jmur kontra l-missjoni afdata lilu mill-Missier. Kristu, l-Adam il-ġdid, ma ċediex għat-tentazzjoni u r-rebħa tiegħu tħabbar ir-rebħa tal-passjoni tiegħu, l-ogħla att ta ubbidjenza ta l-imħabba tiegħu ta Iben għall-Missier. Il-Knisja tingħaqad ma dan il-Misteru bmod speċjali fiż-żmien liturġiku tar-Randan.

107. Min hu mistieden ikollu sehem mis-Saltna ta Alla, imħabba u mwettqa minn Ġesù?

541-546
567

Ġesù jistieden lill-bnedmin kollha biex ikollhom sehem mis-Saltna ta Alla. Ukoll l-akbar midneb hu msejjaħ biex jikkonverti u jilqa l-ħniena bla qjies tal-Missier. Is-Saltna li diġa tinsab fdin l-art hi ta dawk li jilqgħuha bqalb umli. Lil dawn jingħata li jagħrfu l-Misteri tiegħu.

108. Għaliex Ġesù juri s-Saltna permezz tas-sinjali u l-mirakli?

547-550
567

Ġesù jsieħeb ma kliemi sinjlai u mirakli biex juri li s-Saltna tinsab fih, il-Messija. Ukoll jekk fejjaq lil xi persuni, hu ma ġiex biex ineħħi d-deni kollu li hawn fuq l-art, imam biex jeħlisna fuq kollox mill-jasar tad-dnub. It-tkeċċija tax-xjaten tħabbar li s-Salib tiegħu jkun rebbieħ fuq il-prinċep ta din id-dinja (Ġw 12,31).

109. Fis-Saltna, liema setgħa jagħti Ġesù lill-Appostli tiegħu?

551-553 
567

Ġesù jagħżel it-Tnax, xbieha future tal-Qawmien mill-mewt tiegħu, u tahom sehem mill-missjoni tiegħu u mis-setgħa tiegħu, biex jgħallmu, jaħfru d-dnubiet, jibnu u jmexxu lill-Knisja. Fdan il-Kulleġġ tat-Tnax Pietru għandu l-ewwel post u jirċievi l-imfietaħ tas-Saltna (Mt 16,19), bil-missjoni li jħares il-fidi fis-sbuħija kollha tagħha, biex qatt ma tiġi nieqsa u jwettaq lil ħutu fiha.

110. Xi tfisser it-Trasfigurazzjoni?

554-556 
568

Fit-Trasfigurazzjoni tidher fuq kollox it-Trinità: Il-Missier fil-leħen, l-Iben fil-bniedem, l-Ispirtu fis-sħaba li tiddi (San Tumas tQuino). Waqt li jitħaddet ma Mosè u Elija fuq it-tmiem tiegħu (Lq 9,31), Ġesù juri li biex jidħol fil-glorja tiegħu kellu jgħaddi mis-Salib u jagħtina niggustaw minn qabel il-qawmien tiegħu mill-mewt u l-miġja glorjuża tiegħu meta għad irid ibiddlilna il-ġisem imsejken tagħna fis-sura tal-ġisem glorjuż tiegħu (Fil 3,21)

Int inbdilt fuq il-muntanja u d-dixxipli tiegħek, sa fejn setgħu, ikkontemplaw il-Glorja tiegħek u Kristu Alla, biex meta jarawk imsallab jifhmu li minn rajk ridt issofri l-Passjoni tiegħek u li huma kellhom iħabbru lid-dinja li int tassew id-dija tal-Missier (Liturġija Biżantina).

 

111. Kif isseħħ id-daħla Messjanika fĠerusalemm?

557-560 
569-570

Meta qorob għalih iż-żmien Ġesù brieda sħiħa dar u telaq Ġerusalemm biex ibati l-passjoni tiegħu, imut u jqum mill-mewt. Bħala Sultan-Messija biex juri li waslet is-Saltna, hu jidħol fil-belt tiegħu riekeb fuq ħmara. Jilqgħuh iċ-ċkejknin; bl-istess akklamazzjoni li nsibuha fil-Qaddis tal-liturġija ewkaristika: Imbierek min ġej fisem il-Mulej! Hosanna (eħlisna!)(Mt 21,9). Hi bdin iċ-ċelebrazzjoni tad-daħla tiegħu fĠerusalemm, nhar Ħadd il-Palm, li l-liturġija tal-Knisja tagħti bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa.

 

ĠESÙ KRISTU BATA TAĦT PONZJU PILATU,
SALLBUH, MIET U DIFNUH.

112. Xinhi l-importanza tal-Misteru tal-Għid taĠesù?

571-573

Il-Misteru tal-Għid taĠesù, li jiġbor fih il-passjoni tiegħu, il-mewt, il-qawmien u l-glorja tiegħu, hu fil-qalba tal-fidi nisranija, għax il-pjan ta Alla għas-salvazzjoni seħħ darba għal dejjem bil-mewt ta Ibnu Ġesù Kristu li fdietna.

113. Fuq liema akkużi Ġesù ġie kkundannat?

574-576

Xi kapijiet tIżrael xlew lil Ġesù li ġab ruħu kontra l-Liġi, kontra t-tempju taĠerusalemm, u bmod speċjali kontra l-fidi fAlla wieħed, għax Hu kien isejjaħ lilu nnifsu l-Iben ta Alla. Għal dan tawh fidejn Pilatu, biex jikkundannah għall-mewt.

114. Kif Ġesù kien iħares lejn il-Liġi ta Iżrael?

577-582
592

Ġesù ma neħħiex il-Liġi li Alla kien ta lil Mosè fuq is-Sinaj, iżda wassalha għall-perfezzjoni sħiħa tagħha billi taha interpretazzjoni definittiva. Hu l-Leġislatur divin li jwettaq bmod sħiħ din il-Liġi. Barra minn dan, hu, il-Qaddej fidil, joffri bil-mewt espjatorja tiegħu l-uniku sagrifiċċju li seta jeħles il-ħtijiet li saru fi żmien il-patt ta qabel(Lhud 9,15).

115. X’Kien l-atteġġjament ta’ Ġesù lejn it-tempju ta’ Ġerusalemm?

583-586 
593

Lil Ġesù xlewh bostilità lejn it-tempju. Madankollu huwa wera rispett kbir lejh bħala dar Missieru (Ġw 2,16); u fih xandar il-qofol tat-tagħlim tiegħu. Imma frabta mal-mewt tiegħu, ħabbar ukoll it-tiġrif tiegħu, u wera lilu nnifsu bħala l-għamara definittiva ta Alla fnofs il-bnedmin.

116. Ġesù qatt tkellem kontra l-fidi ta Iżrael fAlla wieħed u salvatur?

587-591
594

Ġesù qatt ma mar kontra l-fidi fAlla wieħed, lanqas meta meta wettaq il-ħidma divina tiegħu per eċċellenza, dik tal-maħfra tad-dnubiet u bhekk wettaq il-wegħdiet messjaniċi u wera lilu nnifsu daqs Alla. Meta Ġesù jitlobna biex nemmnu fih u nikkonvertu, iwassalna biex nifhmu l-iżball traġiku tas-Sanhedrin li qies lil Ġesù ħati tal-mewt bħala midgħi.

117. Min hu responsabbli tal-mewt taĠesù?

595-598 

Ma nistgħux ngħabbu bir-responsabbilta tal-passjoni u l-mewt taĠesù lil-Lhud kollha li kienu jgħixu dak iż-żmien, lanqas lil-Lhud kollha ta kull żmien u takullimkien. Kull midneb, jiġifieri kull bniedem, hu l-awtur u l-istrument tat-tbatija li ġarrab il-Feddej, u huma ħatja aktar bis-serjetà dawk li, aktar u aktar jekk insara, kontinwament jaqgħu fi dnubiethom u jithennew fil-vizzji.

118. Għaliex il-mewt taĠesù hi parti mill-pjan ta Alla?

599-605
619

Biex jgħaqqad miegħu lill-bnedmin kollha mogħtija għall-mewt minħabba d-dnub, Alla ħa l-inizjattiva kollha mħabba u bagħat lil Ibnu biex jagħti lilu nnifsu għall-mewt għall-midinbin. Imħabba fit-Testment il-Qadim, bmod partikulari bħala sagrifiċċju tal-Qaddej li jbati, il-mewt taĠesù seħħet skond l-Iskrittura.

119. Kif Kristu offra lilu nnifsu lill-Missier?

606-609
620

Il-ħajja kollha ta Kristu hi għotja ħielsa lill-Missier biex iwettaq il-pjan tiegħu ta fidwa. Hu jagħti ħajtu bfidwa għall-kotra (Mk 10,45) u bdan jgħaqqad mill-ġdid ma Alla l-umanità tiegħu tkun mezz ħieles u perfett tal-Imħabba ta Alla li trid is-salvazzjoni tal-bnedmin kollha.

120. Kif tidher fl-aħħar Ikla l-għotja taĠesù?

610-611
621

Fl-aħħar Ikla ma l-Appostli lejlet il-Passjoni, Ġesù fisser u wettaq minn qabel l-offerta minn rajh tiegħu nnifsu: Dan huwa ġismi li jingħata għalikom (Lq 22,19), Dan huwa demmi, li jixxerred.... (Mt 26,28). Huwa waqqaf dak il-ħin l-Ewkaristija li hi tifkira (1 Kor 11,25) tas-sagrifiċċju tiegħu, u għamel lill-Appostli tiegħu bħala saċerdoti tal-Patt il-ġdid.

121. Xjiġri fl-agunija tal-ġnien tal-Ġetsemani?

612

Minkejja l-kruha li l-mewt tirrappreżenta għan-natura tiegħu ta bniedem, għad li hi għal kollox ħielsa mid-dnub għax hu l-Awtur tal-Ħajja (Atti 3,15), Ġesù jaċċetta bir-rieda tiegħu ta bniedem li sseħħ ir-rieda tal-Missier u jilqa għall-fidwa tagħna li jġorr id-dnubiet tagħna fġismu billi obda sal-mewt (Fil 2,8).

122. X’inhuma l-effetti tas-sagrifiċċju ta’ Kristu fuq is-Salib?

613-617
622-623

Ġesù offra ħajtu minn rajh, bħala sagrifiċċju espjatorju, jiġifieri, patta għall-ħtijiet tagħna bl-ubbidjenza kollha mħabba u sal-mewt. Din “l-imħabba għall-aħħar” (ara Ġw 13,1) ta’ l-Iben ta’ Alla tgħaqqad lill-bnedmin kollha mal-Missier. Is-sagrifiċċju tal-Għid ta’ Kristu jeħles għalhekk lill-bnedmin b’mod uniku, perfett u definittiv, u jiftaħ għalihom it-triq tal-komunjoni ma’ Alla.

123. Għaliex Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu biex jerfgħu salibhom?

618

Meta qal lid-dixxipli tiegħu biex jerfgħu salibhom u jimxu warajh, Ġesù ried isieħeb fis-sagrifiċċju tiegħu għall-fidwa lil dawk stess li se jkunu minn ta’ l-ewwel li jgawdu minnu.

124. F’liema kundizzjoni kien il-ġisem ta’ Kristu waqt li kien fil-qabar?

624-630

Kristu għadda minn mewt tassew kif ukoll minn difna ta’ veru. Imma l-virtù divina ma ħallitx li fil-ġisem tiegħu jkompli sejjer it-taħsir tan-natura.

 

ĠESÙ KRISTU NIŻEL FIL-LIMBU,
U WARA TLITT IJIEM QAM MILL-IMWIET.

125. Xinhu l-limbu, li fih niżel Ġesù?

632-637

Il-limbu” – differenti mill-infern tad-dannati kienet il-qagħda tal-mejtin, tajbin u ħżiena, li mietu qabel Kristu. Bir-ruħ magħquda mal-Persuna divina tiegħu, Ġesù niżel fil-limbu ħdejn il-ġusti li kienu qed jistennew il-Feddej tagħhom biex jidħlu fl-aħħar mill-aħħar għad-dehra ta Alla. Wara li kien rebaħ, permezz tal-mewt tiegħu, il-mewt u x-xitan li kellu l-mewt fidejh (Lhud 2,14), huwa ħeles lill-ġusti li kienu jistennew lill-Feddej u fetħilhom il-bibien tas-sema.

126. Xpost għandu l-Qawmien mill-mewt ta Kristu fil-fidi tagħna?

631, 638

Il-Qawmien taĠesù mill-mewt huwa l-qofol tal-verità tal-fidi tagħna fi Kristu, u flimkien mas-Salib, jirrappreżenta parti essenzjali mill-Misteru tal-Għid.

127. Liema sinjali jixhdu għall-Qawmien mill-mewt taĠesù?

639-644 
656-657

Minbarra s-sinjal essenzjali magħmul mill-qabar vojt, il-Qawmien mill-mewt taĠesù għandu x-xhieda tan-nisa li kienu l-ewwel nies li ltaqgħu maĠesù u li ħabbruh lill-Appostli. Ġesù mbagħad deher lil Kefa (Pietru) u mbagħad li-Tnax. Deher imbagħad lil aktar minn ħames mitt aħwa flimkien (1 Kor 15,5-6) u wkoll lil oħrajn. L-Appostli ma setgħux jivvintaw huma l-qawmien mill-mewt, għaliex din dehret għalihom bħala impossibbli: fil-fatt Ġesù wkoll ċanfarhom għan-nuqqas ta fidi tagħhom.

128. Għaliex il-Qawmien mill-mewt hu fl-istess ħin avveniment traxxendentali?

647
656-657

Minkejja li hu fatt storiku, ippruvat permezz ta sinjali u msaħħaħ bxhieda, il-Qawmien mill-mewt bħala l-mogħdija ta l-umanità ta Kristu għall-glorja ta Alla hu mister tal-fidi li jmur lil hinn mill-istorja u jissuperaha. Hu għalhekk li Kristu rxoxt ma deherx lid-dinja, imam lid-dixxipli, u għamilhom xhieda tiegħu quddiem il-poplu.

129. X’inhu l-istat tal-ġisem ta’ Kristu rxoxt?

645-646

Bil-Qawmien mill-imwiet Kristu ma reġax lura għas-sura tal-ħajja fuq l-art. Il-ġisem irxuxtat tiegħu huwa l-istess li ġie mislub għax kien għad kellu l-marki tal-Passjoni, imam issa għandu sehem mill-ħajja divina bil-kwalitajiet ta’ ġisem glorjuż. Għalhekk Ġesù Rxoxt għandu s-setgħa u l-libertà kollha li jidher lid-dixxipli tiegħu kif u meta jrid taħt suriet oħra.

130. Bliema mod il-Qawmien mill-imwiet huwa ħidma tat-Trnità Qaddisa?

648-650

Il-Qawmien mill-imwiet ta Kristu hu opra traxxendentali ta Alla. It-tliet Persuni jagħmlu ħidma flimkien skond is-sehem ta kull wieħed minnhom: il-Missier juri s-setgħa tiegħu; l-Iben jieħu mill-ġdid il-ħajja li kien offra bmod ħieles (Ġw 10,17) u jgħaqqad flimkien ir-ruħ u l-ġisem tiegħu, li l-Ispirtu s-Santu jerġa jagħti l-ħajja u l-glorja.

131. X’inhu s-sens u l-valur salvifiku tal-Qawmien mill-imwiet?

651-655
658

Il-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni seħħ fil-milja kollha tiegħu fil-qawmien mill-imwiet. Dan jikkonferma d-divinità ta’ Kristu, kif ukoll dak kollu li Hu għamel u għallem, u jwettaq il-wegħdiet divini kollha għall-ġid tagħna. Barra minn dan, l-Irxoxt, rebbieħ fuq id-dnub u l-mewt, hu l-bidu tal-ġustifikazzjoni u l-ħajja ġdida tagħna: sa minn issa jagħtina l-grazzja ta’ l-adozzjoni ta’ wlied, li ġġib tisħib tassew fil-ħajja tiegħu ta’ Iben il-waħdieni; imbagħad fl-aħħar taż-żmien, huwa jqajjem il-ġisem tagħna.

ĠESÙ TELA FIS-SMEWWIET,
QIEGĦED IN-NAĦA TAL-LEMIN TA
ALLA

L-MISSIER LI JISTA KOLLOX

132. Xjirrappreżenta t-Tlugħ fis-Sema?

659-667

Wara erbgħin jum minn meta wera ruħu lill-Appostli tiegħu taħt l-aspetti tal-ħajja ordinarju tal-bniedem, li kienu jostru l-glorja tiegħu Irxuxtat, Kristu tela s-sema u qagħad in-naħa tal-lemin tal-Missier. Hu l-Mulej li issa qiegħed isaltan bin-natura umana tiegħu fil-glorja ta dejjem ta Iben ta Alla u jidħol dejjem għalina bħala medjatur quddiem il-Missier. Jibagħtilna l-Ispirtu tiegħu u jagħtina t-tama li darba għad inkunu għal dejjem miegħu fil-post li ħejjielna.

MINN HEMM GĦANDU JIĠI

BIEX JAGĦMEL ĦAQQ MILL-ĦAJJIN U MILL-MEJTIN

133. Issa kif isaltan il-Mulej Ġesù?

668-674
680

Sid tal-univers u tal-istorja, Ras tal-Knisja tiegħu, Kristu gglorifikat jibqa bmod misterjuż fid-dinja, fejn is-saltna tiegħu ġa tinsab bħal żerriegħa u bidu fil-Knisja. Jum minnhom jerġa jiġi fil-glorja, iżda ma nafux iż-żmien u l-waqt. Għalhekk nishru filwaqt li nitolbu: Ejja, Mulej (Apk 22,20).

134. Kif ser isseħħ il-miġja tal-Mulej fil-glorja?

675-677
680

Wara t-taqlib kosmiku ta tmiem din id-dinja li tgħaddi, il-miġja glorjuża ta Kristu sseħħ bit-trijonf definittiv ta Alla fl-aħħar taż-żmien u bil-ġudizzju ta l-aħħar. Bhekk isseħħ is-Saltna ta Alla.

135. Kif Kristu ser jiġġudika lill-ħajjin u lill-mejtin?

678-679
681-682

Kristu ser jiġġudika bil-qawwa mogħtija lilu bħala Feddej tad-dinja, li ġie biex isalva lill-bnedmin. Jinkixfu l-ħsibijiet moħbija tal-qlub, kif ukoll l-imġiba ta kull wieħed lejn Alla u lejn il-proxxmu. Kull bniedem jimtela bil-ħajja jew jintilef għal dejjem għal għemilu. Bhekk isseħħ il-milja ta Kristu (Ef 4,13), li fiha Alla jkun kollox fkollox (1 Kor 15,28).

IT-TIELET KAPITLU

NEMMEN FL-ISPIRTU S-SANTU

 “NEMMEN FL-ISPIRTU S-SANTU”

136. Xi trid tgħid il-Knisja meta tistqarr: “Nemmen fl-Ispirtu s-Santu”?

683-686 

Temmen fl-Ispirtu s-Santu jfisser li tistqarr it-tielet Persuna tat-Trinità Qaddisa, li ġej mill-Missier u mill-Iben u li hu “meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u ma’ l-Iben”. L-Ispirtu “ntbagħat fi qlubna” (ara Gal 4,6), sabiex nirċievu l-ħajja ġdida ta’ wlied Alla.

137. Għaliex il-missjoni tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu ma jistgħux jinfirdu minn xulxin?

687-690
742-743

Fit-Trinità li hi ta’ natura waħda u mhux maqsuma, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu għalkemm magħżulin minn xulxin mhumiex mifrudin. Mill-bidu sal-aħħar taż-żmien, fil-fatt, meta l-Missier jibgħat lil Ibnu, jibgħat ukoll dejjem l-Ispirtu tiegħu li jgħaqqadna ma’ Kristu fil-fidi, sabiex aħna nkunu nistgħu, bħala wlied adottivi, insejħu lil Alla “Missier” (Rum 8,15). L-Ispirtu ma jishirx, imam aħna nagħrfuh permezz tal-ħidma tiegħu meta jurina l-Verb u meta jaħdem fil-Knisja.

138. Kif jissejjaħ l-Ispirtu s-Santu?

691-693

L-Ispirtu s-Santu hu l-isem propju tat-tielet Persuna tat-Trinità Qaddisa. Ġesù jsejjaħlu wkoll: Spirtu Paraklitu (Konsolatur, Difensur) u Spirtu tal-Verità. It-Testment il-Ġdid isejjaħlu wkoll: l-Ispirtu ta Kristu, tal-Mulej, ta Alla, l-Ispirtu tal-glorja, li kien imwiegħed.

139. Bliema simbolu nirrappreżentaw l-Ispirtu s-Santu?

694-701

Hemm kotra minnhom: l-ilma ħaj, li ħareġ mill-qalb minfuda ta Kristu u jaqta l-għatx ta l-imgħammdin; id-dilka biż-żejt, li hi sinjal sagramentali tal-Konfermazzjoni jew Griżma; in-nar, li jbiddel kull ma jmiss; is-sħaba, imdallma jew kollha dija, li turi l-glorja ta Alla; it-tqegħid ta l-idejn, li permezz tiegħu jingħata l-Ispirtu; il-ħamiema, li fil-magħmudija tinżel u tibqa fuq Kristu.

140. Xi jfisser li l-Ispirtu tkellem bfomm il-profeti?

687-688
702-716
743

Bil-kelma profeti nifhmu dawk kollha li ġew ispirati mill-Ispirtu s-Santu biex jitkellmu fisem Alla. L-Ispirtu jwassal il-profeziji tal-Antik Testment fis-seħħ fi Kristu, li jurina l-misteru tiegħu fit-Testment il-Ġdid.

141. Xjagħmel l-Ispirtu s-Santu fi Ġwanni l-Battista?

717-720

L-Ispirtu jimla lil Ġwanni l-Battista, l-aħħar profeta tat-Testment il-Qadim, biex ilesti poplu mħejji sewwa għall-Mulej (Lq 1,17) u biex iħabbar il-miġja ta Kristu, l-Iben ta Alla: dak li fuqu ra l-Ispirtu nieżel u joqgħod, dak hu li jgħammed bl-Ispirtu s-Santu (Ġw 1,33).

142. Xinhi l-ħidma tal-Ispirtu fMarija?

721-726
744

L-Ispirtu s-Santu temm fMarija l-wegħdiet u tħejjijiet tat-Testment il-Qadim għall-miġja ta Kristu. Bmod uniku mlieha bil-grazzja u ried lill-verġinità tagħha tagħti l-frott, biex jitnissel fid-dinja l-Iben ta Alla magħmul bniedem. Jagħmel minn Marija Omm Kristu sħiħ, jiġifieri taĠesù r-Ras u tal-Knisja, il-ġisem tiegħu. Marija tinsab mat-Tnax fil-jum ta Għid il-Ħamsin, meta l-Ispirtu jagħti bidu għall-aħħar żminijiet bil-manifestazzjoni tal-Knisja.

143. Xrabta hemm bejn l-Ispirtu u Ġesù Kristu, fil-missjoni tiegħu fuq l-art?

727-730
745-746 

L-Iben ta Alla ġie kkonsagrat Messija bl-unzjoni ta l-Ispirtu s-Santu minn meta sar bniedem fil-mument ta l-Inkarnazzjoni. Huwa juri dan fit-tagħlim tiegħu, waqt li wettaq il-wegħda magħmula lil Missirijiethom, u jagħti l-Ispirtu s-Santu lill-Knisja li qed titwieled, huwa u jonfoħ fuq l-Appostli wara l-qawmien mill-imwiet.

144. Xjiġri fPentekoste?

731-732
738

Ħamsin jum wara l-Qawmien mill-Mewt, fPentekoste, Ġesù Kristu gglorifikat isawwab bil-kotra l-Ispirtu u jurih bħala Persuna divina, sabiex it-Trinità Qaddisa tiġi rivelata għal kollox. Il-Missjoni ta Kristu u tal-Ispirtu s-Santu ssir il-Missjoni tal-Knisja, mibgħuta biex tħabbar u xxerred il-misteru tal-għaqda tat-Trinità Qaddisa.

Aħna rajna d-Dawl veru, irċevejna l-Ispirtu tas-sema, sibna l-fidi vera: naduraw lit-Trinità indiviżibbli għaliex salvatna. (Liturġija Biżantina, Troparju ta l-Għasar ta Għid il-Ħamsin).

 

145. X’jagħmel l-Ispirtu s-Santu fil-Knisja?

733-741
747

L-Ispirtu jibni, jaħji u jqaddes lill-Knisja: Spirtu ta Mħabba, huwa jerġa jagħti lill-imgħammdin ix-xebħ ma Alla li kien intilef bid-dnub u jagħtihom ħajja ġdida fi Kristu, sehem mill-istess Ħajja tat-Trinità Qaddisa. Huwa jibgħathom biex iwasslu l-Verità ta Kristu u jorganizzahom fid-dmirijiet tagħhom lejn xulxin, biex ilkoll iwasslu l-frott ta l-Ispirtu (Gal 5,22).

146. Kif jaħdmu Kristu u l-Ispirtu tiegħu fil-qalb tal-fidili?

738-741

Permezz tas-sagramenti, Kristu jwassal lill-membri tal-Ġisem tiegħu l-Ispirtu tiegħu u l-grazzja ta Alla li tagħti l-frott fil-ħajja ġdida, skond l-Ispirtu. Fl-aħħarnett, l-Ispirtu s-Santu huwa wkoll l-Imgħallem tat-talb.

 

NEMMEN FIL-KNISJA MQADDSA KATTOLIKA

Il-Knisja fil-Pjan ta Alla

147. Xi tfisser il-kelma Knisja?

751-752
777,804

Tfisser il-poplu li Alla jsejjaħ u jiġbor mit-truf kollha ta l-art, biex jifforma l-ġemgħa ta dawk li, permezz tal-fidi u tal-Magħmudija, isiru wlied Alla, membri tal-ġisem ta Kristu u tempju ta l-Ispirtu s-Santu.

148. Hemm ismijiet u xbihat oħra li permezz tagħhom il-Bibbja tfisser il-Knisja?

753-757 

Fl-Iskrittura Mqaddsa nsibu għadd kbir ta xbihat, li juru aħjar aspetti kumplimentari tal-misteru tal-Knisja. It-Testment il-Qadim jagħti importanza speċjali lix-xbihat marbuta tal-poplu ta Alla; it-Testment il-Ġdid jippreferi dawk marbuta ma Kristu bħala r-Ras tal-poplu tiegħu, li huwa l-Ġisem tiegħu, u xbihat meħudin mill-ħajja tar-ragħajja (il-maqjel, il-merħla, in-nagħaġ), tal-biedja (l-għalqa, is-siġra taż-żebbuġ, id-dielja), tal-bini (id-dar, il-ġebla, it-tempju) u tal-familja (l-għarusa, l-omm, il-familja).

149. Xinhu l-bidu u l-milja tal-Knisja?

758-766
778

Il-Knisja ssib il-bidu u l-kobor sħiħ tagħha fil-pjan etern ta’ Alla. Kienet imħejjija fil-Patt il-Qadim permezz tal-għażla ta’ Iżrael, sinjal tal-ġemgħa fil-ġejjieni tal-ġnus kollha. Imwaqqfa fuq il-kliem u l-għemil ta’ Ġesù Kristu, kienet imwettqa fuq kollox bil-mewt li rebħet il-fidwa u bil-qawmien tiegħu mill-imwiet. Imbagħad intweriet bħala mister ta’ salvazzjoni bil-miġja ta’ l-Ispirtu s-Santu nhar Għid il-Ħamsin. Tilħaq il-kobor sħiħ tagħha fl-aħħar żminijiet fis-sema bħala l-ġemgħa tal-mifdijin kollha.

150. Xinhi l-Missjoni tal-Knisja?

767-769

Il-missjoni tal-Knisja hi li tħabbar u twaqqaf is-Saltna ta Alla mibdija minn Ġesù Kristu fost il-ġnus kollha. Hawn fuq l-art hi tagħmel iż-żerriegħa u l-bidu ta din is-Saltna ta salvazzjoni.

151. Kif il-Knisja hi Misteru?

770-773
779

Il-Knisja hi Misteru għax fir-realtà tagħha visibbli hija tidher u taħdem realtà spiritwali, u divina; huwa biss bil-għajnejn tal-fidi li din tintlemaħ.

152. Xi jfisser li l-Knisja hi sagrament universali ta salvazzjoni?

774-776
780 

Ifisser li hi sinjal u strument tar-rikonċiljazzjoni u tal-għaqda tal-bnedmin kollha ma Alla u tal-għaqda flimkien tal-ġens kollu tal-bnedmin.

 

Il-Knisja: Poplu ta Alla,
Ġisem ta
Kristu, Tempju tal-Ispirtu s-Santu

153. Għaliex il-Knisja hi l-poplu ta Alla?

781
802-804

Il-Knisja hi l-poplu ta Alla għax Hu għoġbu jqaddes u jsalva lill-bnedmin mhux wieħed wieħed, imma ried jagħmilhom poplu wieħed, miġbur mill-għaqda tal-Missier u ta l-Iben u ta l-Ispirtu s-Santu.

154. Liema huma l-karatteristiċi tal-poplu ta Alla?

782
804

Dan il-poplu, li tiegħu wieħed isir membru bil-fidi fi Kristu u bil-Magħmudija, għandu bħala għajn lil Alla Missier, bħala ras lil Ġesù Kristu, bħala kundizzjon d-dinjità u l-ħelsien ta wlied Alla, bħala liġi l-kmandament il-ġdid ta l-imħabba, bħala missjoni dik li jkun il-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja, bħala għan is-Saltna ta Alla, li nbdiet fuq din l-art.

155. Kif il-poplu ta Alla jieħu sehem fit-tliet funzjonijiet ta Kristu, Qassis, Profeta u Sultan?

783-786

Il-poplu ta Alla għandu sehem fl-uffiċċju saċerdotali ta Kristu, għax l-imgħammdin huma kkonsagrati mill-Ispirtu s-Santu biex joffru sagrifiċċji spiritwali; jieħu sehem fl-uffiċċju profetiku tiegħu, għax permezz tas-sens sopranaturali tal-fidi jintrabat bis-sħiħ u bla ma jonqos qatt minnha, jifhimha aktar fil-fond tagħha u jixhed għaliha; jieħu sehem fl-uffiċċju regali permezz tal-qadi, fxebħ maĠesù Kristu, li, bħala sultan tal-univers, sar il-qaddej ta kulħadd, fuq kollox tal-fqar u l-batuti.

156. Kif il-Knisja hi l-ġisem ta’ Kristu?

787-791
805-806

Permezz tal-Ispirtu, Kristu mejjet u rxoxt jgħaqqad intimament miegħu lill-fidili tiegħu. B’hekk dawk li jemmnu fi Kristu, magħqudin miegħu l-aktar fl-Ewkaristija, huma ħaġa waħda bejniethom fl-imħabba, u jagħmlu ġisem wieħed, il-Knisja, li l-għaqda tagħha sseħħ fid-diversi membri u ministeri.

157. Min hu r-ras ta dan il-ġisem?

792-795
807

Kristu hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja (Kol 1,18). Il-Knisja tgħix bih, fih u għalih. Kristu u l-Knisja jagħmlu Kristu sħiħ (Santu Wistin); Ir-Ras u l-membri tal-ġisem huma, biex ngħidu hekk, persuna waħda mistika (San Tumas ta Aquino).

158. Għaliex il-Knisja tissejjaħ l-għarusa ta Kristu?

796
808

Għax il-Mulej stess sejjaħ lilu nnifsu l-Għarus (Mk 2,19), li ħabb lill-Knisja, u seħibha miegħu bpatt għal dejjem. Hu ta lilu nnifsu għaliha, saffieha bdemmu u jqaddisha (Ef 5,26) u jagħmilha omm li tnissel l-ulied kollha ta Alla. Waqt li l-kelma ġisem turi l-għaqda tar-ras mal-membri tal-ġisem, il-kelma għarusa turi li hemm żewġ persuni differenti, fgħaqda personali bejniethom.

159. Għaliex il-Knisja tissejjaħ tempju ta l-Ispirtu S-Santu?

797-798
809-810

Għax l-Ispirtu s-Santu jgħammar fil-ġisem li huwa l-Knisja: fir-Ras u l-membri ta dan il-ġisem; barra minn hekk, huwa jibni l-Knisja fl-imħabba bil-Kelma ta Alla, bis-sagrament, bil-virtujiet u bil-kariżmi.

Dak li l-ispirtu tagħna, jiġifieri ruħna, hu għall-membri taġisimna, l-istess hu l-Ispirtu s-Santu għall-membri ta Kristu, għall-Ġisem ta Kristu, li hu l-Knisja (Santu Wistin).

 

160. Xinhuma l-kariżmi?

799-801

Il-kariżmi huma grazzji speċjali ta l-Ispirtu s-Santu mogħtija lill-individwi għall-ġid tal-bnedmin, għall-bżonnijiet tad-dinja u speċjalment għall-bini tal-Knisja. Hu l-Maġisteru li jagħmel dixxerniment dwar il-kariżmi.

 

Il-Knisja hi Waħda, Qaddisa, Kattolika u Appostolika

161. Għaliex il-Knisja hija waħda?

813-815
866

Il-Knisja hi waħda għax għandha bħala bidu u mudell l-għaqda tat-tliet persuni fAlla wieħed; bħala fundatur u ras Ġesù Kristu, li jwaqqaf mill-ġdid l-għaqda tal-bnedmin kollha fġisem wieħed; bħala ruħ l-Ispirtu s-Santu, li jgħaqqad bmod intimu lill-fidili kollha fi Kristu. Hi għandha fidi waħda, ħajja sagramentali waħda, suċċessjoni appostolika waħda, tama waħda u l-istess imħabba.

162. Fejn tinsab l-unika Knisja ta Kristu?

816
870

Il-Knisja waħda ta Kristu, bħala soċjetà kostitwita u organizzata, fid-dinja tinsab (subsistit in) fil-Knisja Kattolika mmexxija mis-suċċessur ta San Pietru u mill-Isqfijiet li huma fgħaqda miegħu. Huwa biss permezz tagħha li tistà tinkiseb is-sħuħija tal-mezzi kollha għas-salvazzjoni, għax il-Mulej ried jafda l-ġid kollu tal-Patt il-Ġdid fid il-kulleġġ ta l-Appostli biss, li tiegħu Pietru hu l-kap.

163. Kif jitqiesu l-insara mhux kattoliċi?

817-819
870

Fil-Knejjes u komunitajiet ekkleżjali, li nfirdu mix-xirka tal-Knisja Kattolika, jinsabu ħafna elementi ta qdusija u verità. Dan il-ġid kollu jiġi minn Kristu u minnu nnifsu jwassal lejn l-għaqda waħdanija kattolika. Il-membri ta dawn il-Knejjes u Komunitajiet huma magħqudin ma Kristu fil-Magħmudija: għalhekk aħna nagħrfuhom bħala aħwa.

164. Kif jista wieħed jaħdem għall-għaqda tal-insara?

820-822
866

Ix-xewqa li sseħħ mill-ġdid l-għaqda tal-insara kollha hi don ta Kristu u sejħa tal-Ispirtu s-Santu. Din il-ħerqa għandha tkun tal-Knisja kollha u sseħħ bil-konverżjoni tal-qalb, it-talb flimkien, l-għarfien ta xulxin bħala aħwa, u d-djalogu teoloġiku.

165. Fliema sens il-Knisja hija qaddisa?

823-829 
867

Il-Knisja hija qaddisa, għax Alla l-Qaddis hu l-awtur tagħha; Kristu ta lilu nnifsu għaliha biex iqaddisha u biex hi tqaddes ukoll; l-Ispirtu s-Santu jagħtiha l-ħajja permezz tal-imħabba. Fiha tinsab il-milja tal-mezzi kollha tas-salvazzjoni. Il-qdusija hija l-vokazzjoni ta kull membru tagħha u l-għan ta kull attività tagħha. Il-Knisja tiġbor fi ħdanha lill-Verġni Marija u għadd bla qjies ta Qaddisin, u tagħtihom lill-insara bħala eżempju u interċessuri quddiem Alla. Il-qdusija tal-Knisja hija l-għajn tal-qdusija ta wliedha, li, hawn fuq l-art, kollha jgħoddu lilhom infushom bħala midinbin, li dejjem għandhom bżonn tal-konverżjoni u tat-tisfija.

166. Għaliex il-Knisja tissejjaħ Kattolika?

830-831
868

Il-Knisja hija kattolika, jigifieri universali, għax Kristu jinsab fiha: Fejn hemm Kristu Ġesù, hemm tinsab il-Knisja Kattolika (SantInjazju ta Antjokja). Hi tħabbar l-istqarrija sħiħa u vera tal-fidi; twassal u tamministra s-sħuħija tal-mezzi tas-salvazzjoni; tingħata l-missjoni li tmur għand il-ġnus kollha tal-bnedmin takull żmien u ta kull kultura.

167. Il-Knisja partikolari hi Kattolika?

832-835

Hi kattolika kull Knisja partikolari (jiġifieri d-djoċesi jew l-eparkija), magħmula minn komunità ta fidili nsara fxirka fil-fidi u s-sagramenti ma l-Isqof tagħhom li ġie ordnat skond is-suċċessjoni appostolika, u mal-Knisja ta Ruma, li tippresiedi fl-imħabba (SantInjazju ta Antjokja).

168. Min hu fil-Knisja Kattolika?

836-838

Il-bnedmin kollha, taħt suriet diversi jagħmlu parti jew huma msejħin għal din l-għaqda kattolika tal-Poplu ta’ Alla. Hu msieħeb b’mod sħiħ fil-Knisja Kattolika dak li għandu l-Ispirtu ta’ Kristu, hu magħqud mal-Knisja permezz ta’ l-Istqarrija tal-fidi, tas-sagramenti, tat-tmexxija ekkleżjastika u tat-tqarbin. L-imgħammdin, li ma jistqarrux il-fidi fis-sħuħija tagħha, huma b’xi mod f’komunjoni, għalkemm mhux perfetta, mal-Knisja Kattolika.

169. X’inhi r-rabta tal-Knisja Kattolika mal-ġens Lhudi?

839-840 

Il-Knisja Kattolika tagħraf ir-rabta li għandha mal-poplu Lhudi għax Alla għażel lil dan il-ġens, qabel kulħadd, biex jilqa l-Kelma tiegħu. Tal-poplu Lhudi huma l-adozzjoni ta wlied Alla u l-glorja, il-pattijiet u l-Liġi, il-liturġija u l-wegħdiet: tagħhom huma l-patrijarki; u kien minnhom li skond il-ġisem, ħareġ Kristu (Rum 9,4.5). Il-fidi lhudija, bdifferenza mir-reliġjonijiet l-oħra mhux insara, hi wkoll tweġiba għar-Rivelazzjoni ta Alla fil-Patt il-Qadim.

170. Xrabta hemm bejn il-Knisja Kattolika u r-reliġjonijiet mhux insara?

841-845 

Hemm rabta, li tinsab qabel xejn fil-bidu u t-tmiem li hu wieħed għall-ġens kollu tal-bnedmin. Il-Knisja Kattolika tqis li dak kollu li hemm tajjeb u veru freliġjonijiet oħra ġej minn Alla, hu raġġ tal-verità tiegħu, jista jgħin bħala tħejjija għall-Evanġelju, u jwassal għall-għaqda tal-bnedmin kollha fil-Knisja ta Kristu.

171. Xi tfisser l-affermazzjoni: Barra mill-Knisja mhemmx salvazzjoni?

846-848

Tfisser li s-salvazzjoni kollha kemm hi tiġi minn Kristu, ir-Ras, permezz tal-Knisja li hi l-Ġisem tiegħu. Għalhekk ma jistgħux isalvaw dawk li, filwaqt li jafu li l-Knisja waqqafha Kristu u hi meħtieġa għas-salvazzjoni, ma jridux jidħlu jew jibqgħu fiha. Fl-istess waqt, grazzi għal Kristu u għall-Knisja tiegħu, jistgħu jiksbu s-salvazzjoni ta dejjem dawk li, bla ebda ħtija tagħhom ma jafux bl-Evanġelju ta Kristu u bil-Knisja tiegħu, imma qegħdin ifittxu lil Alla bis-sinċerità u bil-għajnuna tal-grazzja, qed iħabirku biex jagħmlu r-rieda tiegħu skond ma tgħidilhom il-kuxjenza tagħhom.

172. Għaliex il-Knisja trid tħabbar l-Evanġelju lid-dinja kollha?

849-851

Għax Kristu ordna: Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-Isem tal-Missier, ta l-Iben u ta l-Ispirtu s-Santu (Mt 28,19). Dan il-mandat missjunarju tal-Mulej għandu l-ewwel bidu tiegħu fl-imħabba ta dejjem ta Alla, li bagħat lil Ibnu u lill-Ispirtu s-Santu għax irid li l-bnedmin kollha jkunu salvi u jaslu biex jagħrfu l-verità (1 Tim 2,4).

173. Bliema mod il-Knisja hi missjunarja?

852-856

Immexxija mill-Ispirtu s-Santu, il-Knisja tkompli tul il-ġrajja tad-dinja l-missjoni ta Kristu nnifsu. L-insara għalhekk għandhom iħabbru lil kulħadd l-Aħbar it-Tajba li ġab Kristu, u jimxu fit-triq tiegħu, lesti wkoll għas-sagrifiċċju tagħhom infushom sal-martirju.

174. Għaliex il-Knisja hi appostolika?

857
869 

Il-Knisja hi appostolika minħabba l-bidu tagħha għax imwaqqfa fuq is-sisien ta l-Appostli (Ef 2,20); minħabba fit-tagħlim tagħha, li hu l-istess ta l-Appostli; minħabba fl-istruttura tagħha, għax tiġi mgħallma, mqaddsa u mmexxija mill-Appostli, sa meta jerġa jiġi Kristu, permezz tas-suċċessuri tagħhom, l-Isqfijiet, fgħaqda mas-suċċessur ta Pietru.

175. Fhiex tikkonsisti l-missjoni tal-Appostli?

858-861

Il-kelma Appostlu tfisser mibgħut. Ġesù, il-Mibgħut tal-Missier, sejjaħ biex jibqgħu miegħu tnax mid-dixxipli tiegħu, għamilhom Appostli tiegħu, u għamel minnhom xhieda magħżula tal-qawmien tiegħu mill-imwiet u pediment tal-Knisja. Tahom il-mandat li jkomplu l-missjoni tiegħu, u qalilhom: Kid il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom (Ġw 20,21), u wegħedhom li jibqa magħhom sal-aħħar taż-żminijiet.

176. Xinhi s-suċċessjoni appostolika?

861-865

Is-suċċessjoni appostolika hi t-trasmissjoni, permezz tas-Sagrament tal-Ordni Sagri, tal-missjoni u tas-setgħa tal-Appostli lis-suċċessuri tagħhom, l-Isqfijiet. Permezz ta din it-trasmissjoni, il-Knisja tibqa fix-xirka ta fidi u ta ħajja mal-bidu tagħha, filwaqt li tul is-sekli tqassam u tmexxi l-appostolat tagħha kollu għat-tixrid tas-Saltna ta Kristu fuq l-art.

 

Il-Fidili: Ġerarkija, Lajċi, Ħajja Kkonsagrata

177. Min huma l-fidili?

871-872

Il-fidili huma dawk li magħqudin ma Kristu permezz tal-Magħmudija, jagħmlu l-Poplu ta Alla. Għandhom sehem bil-mod proprju tagħhom, fl-uffiċċju saċerdotali, profetiku u regali ta Kristu, u huma msejħa biex jaqdu l-missjoni li Alla ried jafda lill-Knisja. Il-fidili huma verament indaqs fdik li hi d-dinjità tagħhom ta wlied Alla.

178. Kif inhu magħmul il-Poplu ta Alla?

873
934

Fil-Knisja, bistituzzjoni divina, hemm il-ministri sagri li rċevew is-Sagrament ta l-Ordni Sagri u jiffurmaw il-ġerarkija tal-Knisja. L-oħrajn huma msejħa lajċi. Hemm xi fidili, li jagħmlu parti jew minn ta l-ewwel jew minn tat-tieni, li jikkonsagraw ruħhom bmod speċjali lil Alla bil-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi: il-kastità fiċ-ċelibat, il-faqar u l-ubbidjenza.

179. Għaliex Kristu waqqaf il-ġerarkija ekkleżjastika?

874-876 
935

Kristu waqqaf il-ġerarkija ekkleżjastika bil-missjoni li tirgħa l-poplu ta Alla fismu, u għal dan taha l-awtorità. Hija magħmula mill-ministri sagri: Isqfijiet, presbiteri, djakni. Permezz tas-sagrament ta l-Ordni Sagri, l-Isqfijiet u l-presbiteri jaħdmu, fil-qadi tal-ministeru tagħhom, fisem u fil-persuna ta Kristu, ir-ras; id-djakni jaqdu lill-poplu ta Alla fid-djakonija (servizz) tal-Kelma, tal-Liturġija u tal-karità.

180. Kif isseħħ id-dimensjoni kolleġġjali tal-ministeru ekkleżjali?

876-877

Fuq l-eżempju tat-tnax-il Appostlu, magħżula u mibgħuta flimkien minn Kristu, l-għaqda tal-membri tal-ġerarkija tal-Knisja hi għas-servizz tal-għaqda tal-fidili kollha. Kull Isqof jaqdi l-ministeru tiegħu fi ħdan il-kulleġġ ta l-Isqfijiet, fgħaqda mal-Papa, u jieħu sehem miegħu fil-ħarsien tal-Knisja universali. Is-saċerdoti jaqdu l-ministeru tagħhom fi ħdan il-presbiterju tad-djoċesi, fgħaqda ma l-Isqof tagħhom u taħt id-direzzjoni tiegħu.

181. Għaliex il-ministeru ekkleżjali għandu wkoll karattru personali?

878-879 

Il-ministeru ekkleżjali għandu wkoll karattru personali għax, minħabba s-Sagrament tal-Ordni Sagri, kull wieħed hu responsabbli quddiem Kristu, li sejjaħlu personalment, u tah il-missjoni.

182. Xinhi l-missjoni tal-Papa?

880-882
936-937

Il-Papa, Isqof ta Ruma u suċċessur ta San Pietru, hu l-prinċipju perpetwu u viżibbli, u l-pedament ta l-għaqda tal-Knisja. Hu l-vigarju ta Kristu, kap tal-kulleġġ tal-Isqfijiet u ragħaj tal-Knisja kollha, li fuqha għandu bawtorità ġejja minn Alla setgħa sħiħa, suprema, immedjata u universali.

183. Xinhu x-xogħol tal-kulleġġ tal-Isqfijiet?

883-885

Il-kulleġġ tal-Isqfijiet, fkomunjoni mal-Papa u qatt mingħajru, għandu wkoll is-setgħa suprema u sħiħa fil-Knisja.

184. Kif l-Isqfijiet iwettqu l-missjoni tagħhom ta għalliema?

888-890
939

L-Isqfijiet, fgħaqda mal-Papa, bħala xhieda awtentiċi tal-fidi appostolika u mżejnin bl-awtorità ta Kristu, għandhom id-dmir li jxandru bfedeltà u awtorità l-Evanġelju lil kulħadd. Permezz tas-sens sopranaturali tal-fidi, il-Poplu ta Alla jintrabat mal-fidi bmod li ma jistax jonqos minnha, immexxi mill-Maġisteru ħaj tal-Knisja.

185. Meta titħaddem l-infallibiltà tal-Maġisteru?

890-891

L-infallibiltà titħaddem meta l-Isqof ta Ruma, bis-saħħa ta l-uffiċċju tiegħu bħala l-ogħla ragħaj tal-Knisja, jew il-Kulleġġ tal-Isqfijiet fgħaqda mal-Papa, l-aktar fKonċilju Ekumeniku, iħabbar batt definittiv xi duttrina tal-fidi jew tal-morali, u wkoll meta l-Papa u l-Isqfijiet, fil-Maġisteru Ordinarju tagħhom, jaqblu li jipproponu xi duttrina bħala definittiva. Kull fidil irid jilqa’ bl-ubbidjenza tal-fidi dan it-tagħlim.

186.Kif l-Isqfijiet jaqdu l-uffiċċju tat-tqaddis?

893

L-Isqfijiet iqaddsu l-Knisja u jqassmu l-grazzja ta’ Kristu bil-ministeru tal-Kelma u tas-sagramenti, b’mod partikolari bl-Ewkaristija, u wkoll bit-talb, bl-eżempju u bil-ħidma tagħhom.

187. Kif l-Isqfijiet iħaddmu l-uffiċċju tagħhom tat-tmexxija?

894-896

Kull Isqof, bħala membru tal-kulleġġ ta’ l-Isqfijiet, u flimkien mal-Isqfijiet l-oħra magħquda mal-Papa, juri b’mod kolleġġjali interess fil-Knejjes partikolari kollha u fil-Knisja kollha. L-Isqof, li lilu tiġi afdata Knisja partikolari, iħaddem is-setgħa qaddisa tiegħu, ordinarja u immedjata, eżerċitata f’isem Kristu, ir-Ragħaj it-tajjeb, f’komunjoni mal-Knisja kollha eżerċitata f’isem Kristu, ir-Ragħaj it-tajjeb, f’komunjoni mal-Knisja kollha u taħt it-tmexxija tas-suċċessur ta’ Pietru.

188. Xinhi l-vokazzjoni tal-fidili lajċi?

897-900
940

Il-fidili lajċi għandhom bħala vokazzjoni tagħhom li jfittxu s-Saltna ta Alla, u li jdawlu u jmexxu l-ħwejjeġ tad-dinja biex isiru kif irid Alla. Bhekk, iwettqu s-sejħa għall-qdusija u għall-appostolat magħmula lill-imgħammdin kollha.

189. Kif il-fidili lajċi jieħdu sehem fl-uffiċċju saċerdotali ta Kristu?

901-903 

Huma jieħdu sehem minnu billi joffru bħala sagrifiċċju spiritwali li jogħġob l Alla permezz jogħġob l Alla permezz taĠesù Kristu (1 Pt 2,5), fuq kollox fl-Ewkaristija il-ħajja tagħhom bl-għemil kollu tagħhom, bit-talb u bil-ħidma ta l-appostolat, il-ħajja tal-familja u l-ħidma ta kuljum, id-diffikultajiet tal-ħajja li jġorru bpaċenzja u l-mistrieħ tal-ġisem u tar-ruħ tagħhom. Bhekk, il-lajċi wkoll, magħżula għal Kristu u kkonsagrati mill-Ispirtu s-Santu, joffru l-istess dinja lil Alla.

190. Kif jieħdu sehem mill-missjoni profetika tiegħu?

904-907
942

Jieħdu sehem billi jilqgħu dejjem aktar bil-fidi l-Kelma ta’ Kristu u jħabbruha lid-dinja bix-xhieda tal-ħajja u bil-kelma, bil-ħidma ta’ evanġelizzazzjoni u bil-katekeżi. Din l-azzjoni ta’ evanġelizzazzjoni u bil-katekeżi. Din l-azzjoni ta’ evanġelizzazzjoni hi b’mod partikolari effikaċi għaliex issir fil-kundizzjonijiet taż-żmien li jkun.

191. Kif jieħdu sehem mill-missjoni regali tiegħu?

908-913
943

Il-lajċi jieħdu sehem mill-missjoni ta’ Kristu sultan għax irċevew mingħandu l-qawwa li jirbħu d-dnub fihom infushom u fid-dinja, biċ-ċaħda tagħhom infushom u bil-qdusija ta’ ħajjithom. Huma jaqdu diversi ministeri fil-komunità u jdaħħlu valuri morali fl-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum tal-bniedem u fl-istituzzjonijiet tas-soċjetà.

192. X’inhi l-ħajja konsagrata?

914-916 
944

Huwa stat ta’ħajja rikonoxxut mill-Knisja. Hija tweġiba ħielsa għal sejħa partikulari minn Kristu, li biha dawk ikkonsagrati jingħataw lil Alla b’mod sħiħ waqt li jfittxu l-perfezzjoni ta’ l-imħabba mqanqlin mill-Ispirtu s-Santu. Konsagrazzjoni bħal din tingħaraf mill-ħarsien tal-kunsilli evaġeliċi.

193. X’toffri l-ħajja konsagrata għall-missjoni tal-Knisja?

931-933 
945

Il-ħajja konsagrata tieħu sehem fil-missjoni tal-Knisja permezz ta’ l-għotja sħiħa lil Kristu u lill-aħwa, billi tagħti xhieda tat-tama fis-Saltna tas-sema.

 

NEMMEN FIX-XIRKA TAL-QADDISIN

194. Xi tfisser il-frażi x-xirka tal-qaddisin?

946-953
960

Espressjoni bħal din l-ewwelnett turi l-għaqda tal-membri kollha tal-Knisja fil-ħwejjeġ qaddisa (sancta): il-fidi, is-Sagramenti, partikolarment l-Ewkaristija, il-kariżmi u doni oħra spiritwali. Fl-għeruq ta din ix-xirka hemm l-imħabba li ma tfittixx dak li hu tagħha (1 Kor 13,5), imam ġġiegħel lill-fidili biex ikollhom kollox flimkien (Atti 4,32), ukoll il-ġid materjali għas-servizz tal-ifqar fost il-fqar.

195. Xi tfisser aktar il-frażi x-xirka tal-qaddisin?

954-959 
961-962

Din l-espressjoni tfisser ukoll l-għaqda bejn persuni qaddisa (sancti), jiġifieri bejn dawk li permezz tal-grazzja huma magħquda ma Kristu mejjet u rxoxt. Uħud għadhom ikomplu l-mixja tagħhom fuq din l-art; oħrajn, wara li temmew din il-mixja, qed jissaffew, megħjunin ukoll bit-talb tagħna; oħrajn imbagħad ġa qed jikkontemplaw il-glorja ta Alla u jitolbu għalina. Kollha flimkien jiffurmaw fi Kristu familja waħda, il-Knisja, għat-tifħir u l-glorja tat-Trinità.

 

Marija Omm Kristu, Omm il-Knisja

196. Fliema sens l-Imqaddsa Marija hija Omm il-Knisja?

963-964
973 

L-Imqaddsa Verġni Marija hija Omm il-Knisja fl-ordni tal-grazzja għax tat lid-dinja lil Ġesù, l-Iben ta Alla, ir-Ras tal-ġisem li huwa l-Knisja, Ġesù, huwa u jmut fuq is-Salib, urieha bħala omm lid-dixxiplu bdan il-kliem: Hawn hi ommok(Ġw 19,27).

197. Kif il-Verġni Marija tgħin lill-Knisja?

965-970
974-975

Wara t-tlugħ fis-sema ta Binha, il-Verġni Marija waqfet bit-talb tagħha mal-Knisja hi titwieled. Ukoll wara t-tlugħ tagħha fis-sema, hija tkompli tidħol għal uliedha, tkun għal kulħadd eżempju ta fidi u ta mħabba, u taqla l-grazzji kollha li jeħtieġu, li ġejjin mill-għana bla qies tal-merti ta Kristu. Il-fidili jaraw fiha tħabbira minn qabel tal-qawmien li jistenniehom, u jsejħulha bħala avukata, awżiljatriċi, sokkorritriċi u medjatriċi.

198. Xtip ta kult jingħata lill-Verġni mbierka?

971

Huwa kult singulari, iżda essenzjalment differenti mill-kult ta adorazzjoni, li jingħata biss lit-Trinità Qaddisa. Dan il-kult ta qima jintwera fil-festi liturġiċi fġieħ il-Verġni Omm Alla u fit-talb Marjan, bħar-Rużarju li hu l-Evanġelju miġbur fil-qosor.

199. Bliema mod l-Imqaddsa Verġni Marija hija ikona eskatoloġika tal-Knisja?

972

Meta tħares lejn Marija, kollha qdusija u minn issa gglorifikata fil-ġisem u fir-ruħ, il-Knisja tikkontempla fiha dak li hi stess hi msejħa li tkun fuq l-art u dak li ser tkun fis-sema pajjiżha.

 

NEMMEN FIL-MAĦFRA TAD-DNUBIET

200. Kif jinħafru d-dnubiet?

976-980 
984-985

Il-magħmudija hi l-ewwel sagrament u s-sagrament prinċipali għall-maħfra tad-dnubiet. Għad-dnubiet li jitwettqu wara l-Magħmudija, Kristu waqqaf is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni jew Paenitenza, li permezz tiegħu l-imgħammed jerġa jirrikonċilja ruħu ma Alla u mal-Knisja.

201. Għaliex il-Knisja għandha s-setgħa li taħfer id-dnubiet?

981-983 
986-987

Kristu ta lill-Knisja l-missjoni s-setgħa li taħfer id-dnubiet: Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura , u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma (Ġw 20,22-23).

 

“NEMMEN FIL-QAWMA TAL-ĠISEM MILL-IMWIET”

202. Xi tfisser il-kelma ġisem, u xinhi l-importanza tiegħu?

990 
1015

Il-kelma ġisem tfisser il-bniedem fil-qagħda tiegħu ta dgħufija u ta mortalità. Il-ġisem hu pern tas-salvazzjoni (Tertulljanu). Fil-fatt aħna nemmnu fAlla li ħalaq il-ġisem; nemmnu fil-Verb li ħa ġisem bħal tagħna biex jifdi l-ġisem; nemmnu fil-qawmien tal-ġisem mill-imwiet, qawmien li bih il-ħolqien u l-fidwa tal-ġisem jilħqu l-qofol tagħhom.

203. Xi tfisser il-frażi qawmien mill-mewt tal-ġisem?

990

Tfisser li l-bniedem fl-istat definittiv tiegħu ma jkunx biss ruħ spiritwali mifruda mill-ġisem, imma wkoll il-ġisem mejjet tagħna, jum minnhom, jerġa jieħu l-ħajja.

204. Xrabta hemm bejn il-Qawmien mill-mewt ta Kristu u tagħna?

998
1002-1003

Bħalma Kristu hu tassew irxuxtat mill-mewt u jgħix għal dejjem, hekk ukoll huwa stess ser iqajjem mill-mewt lil kulħadd fl-aħħar jum, bġisem li ma jitħassarx: dawk li jkunu għamlu t-tajjeb iqumu għall-ħajja, imma dawk li jkunu għamlu l-ħażin iqumu għall-kundanna (Ġw 5,29).

205. Bil-mewt, xjiġri mill-ġisem u mir-ruħ tagħna?

992-1004
1016-1018

Bil-mewt, ir-ruħ tinfired mill-ġisem, il-ġisem tal-bniedem jara t-taħsir, waqt li r-ruħ, li ma tmut qatt, tiltaqa ma Alla għall-ġudizzju, u tibqa tistenna li tingħaqad mill-ġdid mal-ġisem li jqum trasformat, meta l-Mulej jerġa jiġi. Ma tistax tifhem kif iseħħ il-qawmien mill-imwiet għaliex dan imur l hinn mill-immaġinazzjoni u l-intelliġenza tagħna.

206. Xi jfisser li tmut fi Kristu Ġesù?

1005-1014
1019

Ifisser li tmut fil-grazzja ta Alla, mingħajr dnub mejjet. Min jemmen fi Kristu, u jimxi fuq l-eżempju tiegħu, jista jbiddel mewtu fatt ta ubbidjenza u ta mħabba għall-Missier: Din hi kelma ta min joqgħod fuqha: jekk aħna mitna miegħu, għad ngħixu miegħu wkoll (2 Tim 2,11).

 

NEMMEN FIL-ĦAJJA TA DEJJEM

207. Xinhi l-ħajja ta dejjem?

1020 
1051

Il-ħajja ta dejjem hi dik li tibda mill-ewwel wara l-mewt. Hi ma tintemm qatt. Qabilha għal kull persuna jkun hemm il-ġudizzju partikolari minn Kristu, l-imħallef tal-ħajjin u tal-mejtin. Din il-ħajja ta dejjem tilħaq il-milja kollha tagħha bil-ġudizzju universali.

208. Xinhu l-ġudizzju partikolari?

1021-1022
1051

Huwa l-ġudizzju li bih, kull bniedem, ma mewtu, jirċievi mingħand Alla fir-ruħ tiegħu li ma tmut qatt il-ħlas li jistħoqqlu skond għemilu u twemminu. Dan il-ħlas jikkonsisti fid-dħul fil-hena, minnufih jew wara purifikazzjoni xierqa, jew dannazzjoni minnufih għal dejjem fl-infern.

209. Xnifhmu bil-kelma sema?

1023-1026
1053

Bil-kelma sema nifhmu dak l-istat ta l-akbar hena u għal dejjem. Dawk li jmutu fil-grazzja ta Alla u li huma safja perfettament jgħixu maĠesù u ma Marija, ma l-Anġli u mal-Qaddisin. Bhekk jiffurmaw il-Knisja tas-sema, fejn jaraw lil Alla wiċċ imbwiċċ (1 Kor 13,12), jgħixu fxirka ta mħabba mat-Trinità Qaddisa u jinterċedu għalina.

 

Il-ħajja veru hu l-Missier, li bl-Iben, fl-Ispirtu s-Santu, isawwab fuq kulħadd il-ġid kollu tas-sema. Għall-ħniena tiegħu aħna l-bnedmin ukoll irċevejna l-wegħda li ma se tiġi qatt nieqsa tal-ħajja ta dejjem (San Ċirillu taĠerusalemm).

 

210. Xinhu l-purgatorju?

1030-1031
1054

Il-purgatorju hu l-istat ta dawk kollha li jmutu fil-ħbiberija ma Alla, imam, minkejja li żguri mis-salvazzjoni ta dejjem tagħhom, għandhom bżonn tal-purifikazzjoni, biex jidħlu fil-hena tas-sema.

211. Kif nistgħu ngħinu fil-purifikazzjoni ta l-erwieħ tal-purgatorju?

1032

Minħabba fix-xirka tal-qaddisin, il-fidili li għadhom pellegrini fuq l-art jistgħu jgħinu lill-erwieħ tal-purgatorju billi joffru għalihom talb ta suffraġju, bmod partikolari s-Sagrifiċċju ewkaristiku, kif ukoll bgħotjiet ta karità, indulgenzi u atti ta penitenza.

212. Fhiex jikkonsisti l-infern?

1033-1035 
1056-1057

Jikkonsisti fit-telfien ta dejjem ta dawk li bgħażla ħielsa tagħhom imutu fid-dnub il-mejjet. L-akbar kastig ta l-infern hu l-firda għal dejjem minn Alla li fih biss il-bniedem jista jkollu l-ħajja u l-hena li għalihom ġie maħluq u li tant jixtieq. Kristu jesprimi din ir-realtà bil-kliem: Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta dejjem (Mt 25,41).

213. Kif nistgħu nifhmu li jeżistu flimkien kemm l-infern kif ukoll it-tjubija infinità ta Alla?

1036-1037

Alla, għalkemm jixtieq li kulħadd jersaq għall-indiema (2 Pt 3,9), madankollu, billi ħalaq lill-bniedem ħieles u responsabbli, jirrispetta d-deċiżjonijiet tiegħu. Għalhekk, hu l-istess bniedem li fl-użu tal-libertà tiegħu jitbiegħed minn rajh mill-għaqda ma Alla jekk, sal-waqt tal-mewt tiegħu, jippersisti fid-dnub il-mejjet, u jirrifjuta l-imħabba kollha ħniena ta Alla.

214. Fhiex jikkonsisti l-aħħar ġudizzju?

1038-1041 
1058-1059

L-aħħar ġudizzju (universali) ser ikun jikkonsisti fis-sentenza għall-qawmien għall-ħajja jew għall-kundanna għal dejjem, li l-Mulej Ġesù, meta jiġi bħala mħallef tal-ħajjin u tal-mejtin, jagħti kemm lit-tajbin u kemm lill-ħżiena (Atti 24,15), miġbura kollha flimkien quddiemu. Wara dan l-aħħar ġudizzju, il-ġisem irxuxtat jieħu sehem mill-premju li r-ruħ irċeviet fil-ġudizzju partikolari.

215. Meta ser isir dan il-ġudizzju?

1040

Dan il-ġudizzju jseħħ fl-aħħar tad-dinja, li tagħha Alla biss jaf il-jum u l-ħin.

216. Xinhi t-tama ta smewwiet ġodda u art ġdida?

1042-1050
1060

Wara l-ġudizzju universali, l-istess univers, meħlus mill-jasar tat-taħsir, jieħu sehem fil-glorja ta Kristu bil-ftuħ tas-smewwiet ġodda u ta’ “art ġdida (2 Pt 3,13). Bhekk tilħaq il-milja kollha tagħha s-Saltna ta Alla, jiġifieri jitwettaq darba għal dejjem il-pjan ta Alla tas-salvazzjoni li kollox jinġabar taħt Ras waħda li hu Kristu, kull ma hu fis-sema u kull ma hu fl-art (Ef 1,10). Alla mbagħad ikun kollox fkollox (1 Kor 15,28) fil-ħajja ta dejjem.

AMEN

217. Xi tfisser l-Amen, li tagħlaq il-professjoni tal-fidi tagħna?

1061-1065

Il-Kelma Lhudija Amen, li tagħlaq ukoll l-aħħar ktieb tal-Iskrittura Mqaddsa, xi talb tat-Testment il-Ġdid u t-talbiet liturġiċi tal-Knisja, tfisser l-iva fiduċjuża u totali tagħna għal dak kollu li nistqarru u nemmnu fih, filwaqt li nafdaw għal kollox fdak li huwa nnifsu l-Amen (Apk 3,14), definittiv: Kristu l-Mulej.

 

Fl-Innu tal-Lawdi (Verbum supernum prodiens) tinsab ġabra ta l-ispiritwalità ewkaristika kattolika:

 

 Fdik il-lejla li d-dixxiplu

 kien se jtih fidejn l-għedewwa,

 huwa ngħata lid-dixxipli

 fil-ħobż ħaj li fih kull ħlewwa.

 

 Fżewġ xbihat għeżież ħallielna

 ġismu u demmu, l-ikla tiegħu,

 biex ġo fina jiżra l-ħajja

 li għad ngħixu flimkien miegħu.

 

 Twieled u sar wieħed minna;

 għex, u fl-Ikla baqa magħna;

 miet, u ħallas prezz il-fidwa;

 issa jsaltan jippremjana.

 

 San Tumas ta Aquino, li kien isejjaħ l-Ewkaristija quċċata u milja tal-ħajja spiritwali kollha, ma jehdiex jistqarr l-għarfien tal-fidi tal-Knisja li temmen fl-Ewakristija, bħala preżenza ħajja taĠesù fostna u ikel meħtieġ tal-ħajja spiritwali. L-Ewkaristija hi bħal dik il-ħajta tad-deheb li, sa mill-aħħar ikla, torbot flimkien is-sekli ta- l-istorja tal-Knisja sal-mument tal-lum. Il-kelmiet tal-konsagrazzjoni Dan huwa ġismi u Dan huwa demmiġew imlissna dejjem u kullimkien, ukoll fil-gulag, fil-lager, fl-eluf ta ħabsijiet li għadhom jeżistu sal-lum. Huwa fdan id-dawl ewkaristiku li l-Knisja twaqqaf il-ħajja, l-għaqda u l-missjoni tagħha.

 

 

IT-TIENI TAQSIMA

IĊ-ĊELEBRAZZJONI TAL-MISTERU NISRANI

 

L-EWWEL SEZZJONI

L-EKONOMIJA SAGRAMENTALI

  

 Is-Sagrifiċċju tas-salib hu l-għajn tal-ekonomija sagramentali tal-Knisja. Fix-xbiha, Marija, simbolu tal-Knisja, bidha x-xellugija tilqa mill-kustat miftuħ taĠesù d-demm u l-ilma, simboli tas-sagrament tal-Knisja:

 Meta waslu għal Ġesù, billi raw li kien ġa mejjet, ma kisrulux riġlejh. Madanakollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu blanza, u minnufih ħareġ demm u ilma(Ġw 19,34).

 

Santu Wistin jikkummenta:

Għalhekk, il-Mulej tagħna Ġesù Kristu fil-passjoni offra għalina dak li mat-twelid kien ħa minna, u waqt li sar għal dejjem l-akbar fost is-saċerdoti kollha, ħalla li jiġi offrut is-sagrifiċċju li intom qed taraw, jiġifieri ġismu u demmu. Fil-fatt, minn ġismu minfud bil-lanza, ħareġ ilma u demm, li permezz tagħhom ħassar dnubietna. Filwaqt li tiftakru fdin il-grazzja, għall-ġid tas-saħħa tagħkom (li madankollu huwa Alla li jħaddem fikom), bil-biża u t-tregħid ersqu biex tieħdu sehem minn dan l-altar. Agħrfu fil-ħobż dak l-istess (ġisem) li kien imdendel fuq is-salib, u fil-kalċi dak l-istess (demm) li ċarċar minn ġenbu. Ukoll is-sagrifiċċji antiki tal-poplu ta Alla, fil-varjetà wiesgħa tagħhom, kienu juru minn qabel dan l-uniku sagrifiċċju li kellu jseħħ. U Kristu huwa fl-istess waqt in-nagħġa, minħabba l-innoċenza tar-ruħ pura tiegħu, u l-gendus, għall-ġisem tiegħu li sar jixbah lil dak tad-dnub. U kull ħaġa oħra, li fħafna modi seta kien hemm ħjiel tagħha minn qabel fis-sagrifiċċji tat-Testment il-Qadim, twassal biss għal dan (is-sagrifiċċju) li ġie muri lilna fit-Testment il-Ġdid.

 

Għalhekk ħudu u kulu l-ġisem ta Kristu, issa li intom ukoll sirtu membri ta Kristu fil-ġisem ta Kristu; ħudu u aqtgħu l-għatx tagħkom bid-demm ta Kristu. Biex ma tinfirdux, kulu dak li jgħaqqadkom flimkien; biex ma tonqsux fl-istima lejn xulxin, ixorbu dak li hu l-prezz tal-fidwa tagħkom. Bħalma dan, meta tieklu u tixorbu minnu jinbidel fikom, hekk ukoll intom tinbidlu fil-ġisem ta Kristu jekk tgħixu fl-ubbidjenza u bid-devozzjoni. Fil-fatt, meta kien qorob għall-passjoni tiegħu, waqt li għamel l-Ikla ta l-Għid mad-dixxipli tiegħu, hu ħa l-ħobż, bierku u qal: Dan hu ġismi, mogħti għalikom. Bl-istess mod, wara li bierku, tahom il-kalċi u qal: Dan huwa demm tal-patt il-ġdid li ser jixxerred għall-kotra, għall-maħfra tad-dnubiet. Dan intom diġa qrajtuh u smajtuh fl-Evanġelju, imma ma kontux tafu li din l-Ewakristija hija l-Iben stess; imma issa, bqalb imnaddfa, bkuxjenza mingħajr tebgħa u bġisimkom maħsul bilma safi, ersqu lejh u tkunu mdawla, u wiċċkom ma jistħix(Diskors 228B)

 

  

218. Xinhi l-liturġija?

1066-1070

Il-liturġija hi ċ-ċelebrazzjoni tal-Misteru ta Kristu u bmod partikolari tal-Misteru tiegħu tal-Għid. Fiha, bil-ħidma ta l-uffiċċju saċerdotali taĠesù Kristu, permezz ta sinjali jidher u jseħħ it-tqaddis tal-bnedmin, u l-Ġisem mistiku ta Kristu, jiġifieri r-ras u l-membri, jiċċelebra l-kult pubbliku xieraq lil Alla.

219. Xpost għandha l-liturġija fil-ħajja tal-Knisja?

1071-1075

Il-liturġija, għemil qaddis mill-aqwa, hi l-quċċata li għaliha trid tasal kull ħidma tal-Knisja u fl-istess ħin l-għajn li minnha toħroġ il-qawwa kollha tagħha. Permezz tal-liturġija, Kristu jkompli fil-Knisja tiegħu, magħha u permezz tagħha, il-ħidma tas-salvazzjoni tagħna.

220. Fhiex tikkonsisti l-ekonomija sagramentali?

1076

L-ekonomija sagramentali tikkonsisti fl-għoti tal-frott tas-salvazzjoni ta Kristu, permezz taċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti tal-Knisja, l-aktar fl-Ewkaristija, sa ma jiġi (1 Kor 11,26).

 

L-EWWEL KAPITLU

IL-MISTERU TAL-GĦID FI ŻMIEN IL-KNISJA

LITURĠIJA ĦIDMA TAT-TRINITÀ QADDISA

221. Bliema mod il-Missier hu l-bidu u t-tmiem tal-liturġija?

1077-1083
1110

Fil-liturġija l-Missier ifawwarna bil-barkiet tiegħu fl-Iben li sar bniedem, miet u rxoxta għalina, u jsawwab fi qlubna l-Ispirtu s-Santu. Fl-istess ħin, il-Knisja tbierek lill-Missier permezz ta adorazzjoni, tifħir u radd ta ħajr u titlob ir-rigal ta l-Iben u ta l-Ispirtu s-Santu.

222. Xinhi l-ħidma ta Kristu fil-liturġija?

1084-1090

Fil-liturġija tal-Knisja aktar milli fħaġa oħra, Kristu jfisser u jagħmel li jseħħ il-Misteru tal-Għid tiegħu. Meta ta l-Ispirtu s-Santu lill-Appostli huwa ħalla fidejhom u fidejn is-suċċessuri tagħhom is-setgħa li jħaddmu l-opra tas-salvazzjoni permezz tas-sagrifiċċju ta l-Ewkaristija u tas-sagramenti, li fihom huwa stess jaħdem biex iwassal il-grazzja tiegħu lill-fidili ta kull żmien u fid-dinja kollha.

223. Kif jaħdem l-Ispirtu s-Santu fil-liturġija tal-Knisja?

1091-1109
1112

Fil-liturġija titwettaq kooperazzjoni l-aktar stretta bejn l-Ispirtu s-Santu u l-Knisja. L-Ispirtu s-Santu jħejji l-Knisja għal-laqgħa mal-Mulej; u jfakkar u juri lil Kristu lill-ġemgħa mimlija fidi; huwa jagħmel qisu qed iseħħ issa u f’dan il-waqt, il-Misteru ta’ Kristu; huwa jgħaqqad lill-Knisja mal-ħajja u l-missjoni ta’ Kristu u jwassal biex ir-rigal tal-komunjoni li jinsab fiha jagħti l-frott.

 

IL-MISTERU TAL-GĦID FIS-SAGRAMENTI TAL-KNISJA

224. X’inhuma s-Sagramenti u liema huma?

1113-1131

Is-Sagramenti huma sinjali sensibbli u effikaċi tal-grazzja, imwaqqfa minn Kristu u fdati lill-Knisja, li bihom tingħatalna l-ħajja ta’ Alla. Huma sebgħa: Magħmudija, Griżma ta’ l-Isqof jew Konfermazzjoni, Ewkaristija, Penitenza, Griżma (jew Dilka) tal-Morda, Ordni Sagri u Żwieġ.

225. Xinhi r-rabta tas-Sagramenti ma Kristu?

1114-1116 

Il-misteri tal-ħajja ta Kristu huma l-pedament ta dak li issa Kristu, permezz tal-ministri tal-Knisja, jagħti fis-Sagramenti.

Dak li kien jidher fil-ħajja tas-salvatur tagħna għadda fis-sagrament tiegħu(San Iljun il-Kbir).

226. Xinhi r-rabta tas-Sagramenti mal-Knisja?

1117-1119

Is-Sagramenti ġew fdati fidejn il-Knisja minn Kristu. Huma tal-Knisja, bżewġ modi: ġejjin minnha għax huma azzjonijiet tal-Knisja, li hi sagrament tal-ħidma ta Kristu; u huma għaliha, għax jibnu l-Knisja.

227. Xinhu l-karattru sagramentali?

1121 

Hu s-siġill spiritwali, mogħti fis-Sagramenti tal-Magħmudija, tal-Konfermazzjoni u tal-Ordni Sagri. Huwa wegħda u garanzija tal-ħarsien ta Alla. Bis-saħħa ta dan is-siġill in-Nisrani jsir jixbah lil Kristu, ikollu sehem fis-saċerdozju tiegħu u jagħmel parti mill-Knisja skond qagħdiet u uffiċċji diversi. Għalhekk jiġi kkonsagrat għall-qima u għall-qadi tal-Knisja. Minħabba li l-karattru ma jitħassar qatt, is-Sagramenti li jagħtuh jingħataw darba biss tul il-ħajja.

228. Xinhi r-rabta bejn is-Sagramenti u l-fidi?

1122-1126
1133

Is-Sagramenti mhux biss jissopponu l-fidi, imma permezz tal-kelma u ta l-elementi ritwali huma jmantnuha, isaħħuha u jfissruha. Meta l-Knisja tiċċelebra s-sagramenti, hi tistqarr il-fidi li rċeviet mill-Appostli. Minn hawn jiġi l-qawl antik: Lex orandi, lex credendi, jiġifieri l-Knisja temmen kif titlob.

229. Għaliex is-Sagramenti huma effikaċi?

1127-1128
1131

Is-Sagramenti huma effikaċi ex opere operato (mill-fatt stess li qed isir l-għemil), għax hu Kristu li jaħdem fihom u li jwassal il-grazzja li huma jfissru, tkun xi tkun il-qdusija personali tal-ministru. Iżda l-frott tas-Sagramenti jiddependi wkoll mid-dispożizzjonijiet ta min jirċevihom.

230. Għaliex is-Sagramenti huma meħtieġa għas-salvazzjoni?

1129 

Għal dawk li jemmnu fi Kristu, is-sagramenti huma meħtieġa għas-salvazzjoni, ukoll jekk ma jingħatawx kollha lil kull fidil, għaliex jagħtu l-grazzja sagramentali, il-maħfra tad-dnubiet, l-adozzjoni ta wlied Alla, ix-xebh ma Kristu l-Mulej u sehem fil-ħajja tal-Knisja. L-Ispirtu s-Santu jfejjaq u jġedded lil dawk kollha li jirċevuhom.

231. Xinhi l-grazzja sagramanetali?

1129, 1131
1134, 2003 

Il-grazzja sagramentali hi l-grazzja ta l-Ispirtu s-Santu, mogħtija minn Kristu u hi proprja ta kull sagrament. Grazzja bħal din tgħin lil kull Nisrani fil-mixja tiegħu tal-qdusija, u bhekk tgħin ukoll lill-Knisja hi u tikber fl-imħabba u fil-missjoni tagħha ta xhieda.

232. X’inhi r-rabta bejn is-Sagramenti u l-ħajja ta’ dejjem?

1130

Fis-Sagramenti l-Knisja hi ġa msieħba fil-ħajja ta’ dejjem, filwaqt li tibqa’ “tistenna t-tama hienja u d-dehra tal-glorja tal-kbir Alla u Salvatur tagħna, Ġesù Kristu” (Titu 2,13).

 

 

IT-TIENI KAPITLU

IĊ-ĊELEBRAZJONI SAGRAMENTALI

TAL-MISTERU TAL-GĦID

IĊ-ĊELEBRAZZJONI TAL-LITURĠIJA TAL-KNISJA

Min Jiċċelebra?

233. Min jaħdem fil-liturġija?

1135-1137
1187 

Il-liturġija hi l-ħidma ta’ “Kristu sħiħ (Christus Totus), ir-Ras u l-Ġisem. Bħala Qassis il-Kbir, hu jiċċelebra bil-Ġisem tiegħu, li hu l-Knisja fis-sema u fuq l-art.

234. Minn min hi ċċelebrata l-liturġija tas-sema?

1138-1139 

Il-liturġija tas-sema hi ċċelebrata mill-Anġli, mill-Qaddisin tat-Testment il-Qadim u l-Ġdid, bmod partikulari minn Omm Alla, mill-Appostli, mill-Martri u minn kotra kbira li ħadd ma jista jgħoddha, minn kull ġens, u tribù, minn kull poplu u lsien (Apk 7,9). Meta fis-Sagramenti niċċelebraw il-misteru tas-salvazzjoni, inkunu qed nieħdu sehem minn din il-liturġija ta dejjem.

235. Bliema mod il-Knisja fuq l-art tiċċelebra l-liturġija?

1140-1144
1188

Il-Knisja fuq l-art tiċċelebra l-liturġija bħala poplu saċerdotali, kull wieħed skond l-uffiċċju li jkollu, imma dejjem fil-għaqda ta l-Ispirtu s-Santu: l-imgħammdin joffru lilhom infushom bħala sagrifiċċju spiritwali; il-ministri ordnati jiċċelebraw skond l-Ordni li rċevew għall-qadi tal-membri kollha tal-Knisja; l-Isqfijiet u l-presbiteri dan jagħmluh fil-persuna ta Kristu r-Ras.

 

Kif Niċċelebraw?

236. Kif tiġi ċċelebrata l-liturġija?

1145

Iċ-ċelebrazzjoni tal-liturġija tintiseġ bsinjali u simboli, li t-tifsira tagħhom għandha l-għeruq fil-ħolqien u fil-kulturi tal-bnedmin. Din it-tifsira tkompli toħroġ aktar ċara fil-ġrajjiet tat-Testment il-Qadim u tidher bmod sħiħ fil-Persuna u l-ħidma ta Kristu.

237. Minn fejn huma ġejjin is-sinjali sagramentali?

1146-1152
1189

Xi wħud ġejjin mill-ħolqien (dawl, ilma, nar, ħobż, inbid, żejt); oħrajn mill-ħajja ta’ kuljum (il-ħasil, id-dlik, il-qsim tal-ħobż); oħrajn mill-istorja tas-salvazzjoni fit-Testment il-Qadim (ir-riti tal-Għid, is-sagrifiċċji, it-tqegħid tal-idejn, il-konsagrazzjonijiet). Dawn is-sinjali li ħa Kristu, u li wħud minnhom huma mitluba min-normi tal-liturġija u ma jistgħux jinbidlu, iwasslulna l-ħidma tal-fidwa u tal-qdusija.

238. X’rabta hemm bejn il-kliem u l-azzjonijiet fiċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti?

1153-1155
1190 

Fiċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti, l-azzjoni u l-kelma huma strettament magħqudin ma’ xulxin u ma jistgħux jinfirdu. Fil-fatt, ukoll jekk l-azzjonijiet simboliċi fihom infushom huma lingwaġġ, imma hu meħtieġ li l-kliem tar-rit isieħeb u jagħti l-ħajja lil dawn l-azzjonijiet. Bħalma s-sinjali u t-tagħlim ma jistgħux jinfirdu, lanqas jistgħu l-kelma u l-azzjonijiet liturġiċi peress li jagħmlu dak li jfissru.

239. B’liema kriterji l-kant u l-mużika għandhom il-funzjoni tagħhom fiċ-ċelebrazzjoni liturġika?

1156-1158
1191 

Minħabba li l-kant u l-mużika għandhom rabta qawwija ma’ l-azzjoni liturġika, huma għandhom jirrispettaw dawn il-kriterji: il-kliem għandu jkun jaqbel mad-duttrina kattolika, u kemm jista’ jkun għandu jittieħed mill-Iskrittura u mill-għejun tal-liturġija; il-ġmiel espressiv tat-talb; il-kwalità tal-mużika; il-parteċipazzjoni tal-ġemgħa; il-għana kulturali tal-Poplu ta’ Alla u l-karattru sagru u solenni taċ-ċelebrazzjoni. “Min ikanta jkun jitlob darbtejn” (Santu Wistin).

240. X’inhu l-għan tax-xbihat sagri?

1159-1161
1192

Ix-xbieha ta Kristu hi l-ikona liturġika per eċċellenza. L-oħrajn, li jirrappreżentaw lill-Madonna u lill-Qaddisin, ifissru lil Kristu, li ġie gglorifikat fihom. Huma jwasslu l-istess messaġġ ta l-Evanġelju li l-Iskrittura Mqaddsa twassal bil-kelma, u jgħinu biex iqajmu u jsostnu l-fidi fdawk li jemmnu.

 

Meta niċċelebraw?

241. Liema hu ċ-ċentru taż-żmien liturġiku?

1163-1167
1193

Iċ-ċentru taż-żmien liturġiku huwa l-Ħadd, pedament u qofol tas-sena liturġika kollha, li darba fis-sena jiġi ċċelebrat bis-solennità kollha, fl-Għid il-Kbir, il-festa tal-festi kollha.

242. Xinhu l-għan tas-sena liturġika?

1168-1173
1194-1195

Fis-sena liturġika l-Knisja tiċċelebra l-Misteru kollu ta Kristu, mill-Inkarnazzjoni sa ma jerġa jiġi fil-glorja. Fjiem magħżula, il-Knisja tqim bi mħabba speċjali lill-Imqaddsa Verġni Marija, Omm Alla, u tfakkar ukoll lill-Qaddisin, li għexu għal Kristu, batew miegħu u ġew igglorifikati flimkien miegħu.

243. X’inhi l-Liturġija tas-Sigħat?

1174-1178
1196 

Il-Liturġija tas-Sigħat, it-talba pubblika u komuni tal-Knisja, hi t-talba ta’ Kristu mal-ġisem tiegħu, il-Knisja. Permezz tagħha, il-Misteru ta’ Kristu, li aħna niċċelebraw fl-Ewkaristija, iqaddes u jibdel kull ġurnata. Hi magħmula fuq kollox mis-Salmi u minn kitbiet bibliċi oħra, u wkoll minn qari minn Missirijiet il-Knisja u għalliema spiritwali.

 

Fejn Tiċċelebra?

244. Il-Knisja għandha bżonn ta’ postijiet fejn tiċċelebra l-liturġija?

1179-1181
1197-1198

Il-qima “fl-ispirtu u l-verità” (Ġw 4,24) tat-Testment il-Ġdid m’hijiex marbuta ma’ xi post wieħed biss għax Kristu hu l-veru tempju ta’ Alla, li permezz tiegħu l-insara wkoll u l-Knisja kollha jsiru, bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu, tempji ta’ Alla ħaj. Madankollu, il-Poplu ta’ Alla, fil-qagħda tiegħu fid-dinja, jeħtieġ postijiet li fihom il-ġemgħa tkun tista’ tiltaqa’ biex tiċċelebra l-liturġija.

245. x’inhuma l-postijiet imqaddsa?

1181
1198-1199

Huma d-djar ta’ Alla, simbolu tal-Knisja li tgħix f’dak il-post u xejn anqas tal-għamara tas-sema. Huma postijiet ta’ talb, li fihom il-Knisja tiċċelebra fuq kollox l-Ewkaristija u tadura lil Kristu tassew preżenti fit-tabernaklu.

246. Liema huma l-postijiet ta importanza fil-postijiet imqaddsa?

1182-1186

Dawn huma: l-altar, it-tabernaklu, il-post fejn jinżamm iż-żejt tal-griżma u ż-żjut imbierka l-oħra, is-sedja ta l-Isqof (katedra) jew tal-presbiteru, l-ambone, il-fonti tal-magħmudija, il-konfessinarju.

 

 

DIVERSITÀ FIL-LITURĠIJA U MISTERU WIEĦED

247. Għaliex il-Misteru wieħed ta Kristu huwa ċċelebrat mill-Knisja skond diversi tradizzjonijiet liturġiċi?

1200-1204
1207-1209

Għax l-għana tal-Misteru ta Kristu hu tant kbir li ebda tradizzjoni liturġika ma tasal biex tfissru kollu. Sa mill-bidu, għalhekk, din l-għana sabet, fil-ġnus u l-kulturi differenti, espressjonijiet mibnija fuq diversità u kumplimentarjetà tassew tal-għaġeb.

248. Liema hu l-kriterju li jiżgura l-għaqda fid-diversi forom li jista jkun hemm?

1209

Hu l-fedeltà għat-Tradizzjoni Appostolika, jiġifieri għaqda fil-fidi u s-sagramenti li ġew mill-Appostli, għaqda li hi mfissra u ggarantita mis-suċċessjoni appostolika. Il-Knisja hija kattolika: tista għalhekk tiġbor fl-għaqda tagħha t-teżori kollha tal-kulturi.

249. Fil-liturġija, xejn ma jista jinbidel?

1205-1206

Fil-liturġija, u l-aktar fdik tas-sagramenti, hemm partijiet li ma tista tibdilhom qatt, għax riedhom il-Mulej u ħalliehom taħt il-ħarsien tal-Knisja. Imbagħad hemm partijiet li jistgħu jinbidlu, li l-Knisja tista, u xi kull tant għandha tbiddel biex tadattahom għall-kulturi tad-diversi ġnus.

 

IT-TIENI SEZZJONI


IS-SEBA’ SAGRAMENTI TAL-KNISJA

 

Is-Seba’ Sagramenti tal-Knisja

Magħmudija

Konfermazzjoni jew Griżma ta l-Isqof

Ewkaristija

Penitenza

Griżma (jew Dilka) tal-Morda

Ordni Sagri

Żwieġ

Septem Ecclesiae Sacramenta

Baptísmum
Confirmátio
Eucharístia,
Paeniténtia,
Únctio infirmórum
Ordo
Matrimónium.

250. Kif inhuma mqassma s-Sagramenti tal-Knisja?

1210-1211

Jinqasmu f’Sagramenti tad-dħul fil-ħajja nisranija (Magħmudija, Konfermazzjoni u Ewkaristija); Sagramenti tal-fejqan (Penitenza u Griżma tal-Morda); Sagramenti għall-qadi tal-komnujoni u għall-missjoni (Ordni Sagri u Żwieġ). Huma jmissu l-mumenti kollha tal-ħajja tan-nisrani. Is-Sagramenti kollha huma ordnati lejn l-Ewkaristija ‘bħala l-għan speċifiku tagħhom” (San Tumas ta’ Aquino).

 

L-EWWEL KAPITLU

IS-SAGRAMENTI TAD-DĦUL FIL-ĦAJJA NISRANIJA

251. Kif iseħħ id-dħul fil-ħajja nisranija?

1212
1275

Dan iseħħ permezz tas-Sagramenti li jqiegħdu l-pedament tal-ħajja nisranija kollha: il-fidili, imwelldin mill-ġdid permezz tal-Magħmudija, jissaħħu permezz tal-Griżma ta’ l-Isqof u jirċievu b’ikel spiritwali l-Ewkaristija.

 

IS-SAGRAMENT TAL-MAGĦMUDIJA

252. X’ismijiet għandu l-ewwel Sagrament tal-bidu tal-ħajja nisranija?

1213-1216
1276-1277

L-ewwelnett jissejjaħ Magħmudija minħabba ċ-ċerimonja ċentrali tar-rit li bih iseħħ: tgħammed ifisser “tgħaddas” fl-ilma. Min jitgħammed jindifen fil-mewt ta’ Kristu u jqum miegħu bħala “ħolqien ġdid” (2 Kor 5,17). Jissejjaħ ukoll “ħasil ta’ twelid ġdid u tiġdid ta’ l-Ispirtu s-Santu” (Titu 3,5); u “tidwil” (“li jdawwal”), għaliex l-imgħammed isir “iben id-dawl” (ara Ef 5,8).

253. X’tixbih insibu tal-Magħmudija fir-Rabta l-Qadima?

1217-1222

Fir-Rabta l-Qadima hemm diversi xbihat li jħabbru minn qabel il-Magħmudija: l-ilma, għajn tal-ħajja u tal-mewt; l-arka ta Noè, li ssalva bis-saħħa tal-ilma; il-mogħdija mill-Baħar l-Aħmar, li ġabet il-ħelsien ta Iżrael mill-jasar ta l-Eġittu; il-qsim tax-xmara Ġordan, li bih Iżrael irċieva l-art imwiegħda, xhieda tal-ħajja ta dejjem.

254. Min wassal fil-milja tagħhom dawn ix-xbihat?

1223-1224

Ġesù Kristu, li, fil-bidu tal-ħajja pubblika tiegħu, tgħammed minn Ġwanni l-Battista fil-Ġordan; fuq is-Salib, li mill-ġenb minfud, ħareġ demm u ilma, simboli tal-Magħmudija u tal-Ewkaristija, u wara l-Qawmien tiegħu mill-imwiet ta din il-missjoni lill-Appostli: “Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-Isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu” (Mt 28,19).

255. Il-Knisja minn meta u lil min bdiet tamministra l-Magħmudija?

1226-1228

Minn nhar Għid il-Ħamsin il-Knisja bdiet tamministra l-Magħmudija lil kull min jemmen fĠesù Kristu.

256. Fhiex jikkonsisti r-rit essenzjali tal-Magħmudija?

1229-1245
1278

Ir-rit essenzjali ta dan is-Sagrament hu li l-kandidat jitniżżel taħt l-ilma jew li jissawwab l-ilma fuq rasu, waqt li jissemma l-Isem tal-Missier u ta l-Iben u ta l-Ispirtu s-Santu.

257. Min jista jirċievi l-Magħmudija?

1246-1252

Kull bniedem li mhux mgħammed, jista jiġi mgħammed.

258. Għaliex il-Knisja tgħammed lit-trabi?

1250

Għax minħabba li jitwieldu bid-dnub tan-nisel għandhom bżonn jinħelsu mis-siegħa tal-Ħażin u jgħaddu għas-saltna tal-ħelsien ta’ wlied Alla.

259. X’jintalab minn min ser jitgħammed?

1253-1255

Kull min ikun ser jitgħammed jagħmel stqarrija tal-fidi, personalment f’każ ta’ adult, jew mill-ġenituri u mill-Knisja fil-każ tat-trabi. Il-parrinu jew il-parrina wkoll u l-komunità nisranija kollha għandhom sehem fir-responsabbiltà għat-tħejjija għall-Magħmudija (katekumenat), kif ukoll għall-iżvilupp tal-fidi u tal-grazzja, li tkun ingħatat fil-magħmudija.

260. Min jista’ jgħammed?

1256
1284

Il-ministri ordinarji tal-Magħmudija huma l-Isqof u l-presbiteru, u fil- Knisja Latina d-djakni wkoll. F’każ ta’ ħtieġa, kull persuna tista’ tgħammed, sakemm ikollha l-intenzjoni li tagħmel dak li tagħmel il-Knisja. Hu jsawwab l-ilma fuq ras il-kandidat u jgħid il-formula trinitarja tal-magħmudija: “Jien ngħammdek fl-Isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu”.

261. Hija meħtieġa l-Magħmudija għas-salvazzjoni?

1257

Il-Magħmudija hi meħtieġa għas-salvazzjoni ta’ dawk li lilhom tħabbar l-Evanġelju u li setgħu jitolbu dan is-Sagrament.

262. Tista ssalva mingħajr il-Magħmudija?

1258-1261
1281-1283

Peress li Kristu miet għall-fidwa ta kulħadd, jistgħu jsalvaw ukoll mingħajr Magħmudija dawk li jġarrbu l-mewt minħabba l-fidi (Magħmudija tad-demm), il-katekumeni, u wkoll dawk kollha li mqanqla mill-grazzja, mingħajr ma jkunu jafu bi Kristu jew bil-Knisja, ifittxu bis-sinċerità lil Alla u jħabirku biex jagħmlu r-rieda tiegħu (Magħmudija tax-xewqa). Lit-trabi, imbagħad, li mietu mingħajr Magħmudija, il-Knisja, fil-liturġija tagħha, tafdahom fil-ħniena ta Alla.

263. Xinhuma l-effetti tal-Magħmudija?

1262-1274
1279-1280

Il-Magħmudija taħfer id-dnub tan-nisel u d-dnubiet personali kollha, flimkien mal-pwieni kollha tad-dnub; tagħti sehem mill-ħajja divina trinitarja permezz tal-grazzja li tqaddes; tagħti l-grazzja tal-ġustifikazzjoni li tagħmilna ħaġa waħda ma Kristu u mal-Knisja tiegħu; tagħti sehem mis-saċerdozju ta Kristu u twaqqaf il-pedament tal-għaqda bejn l-insara kollha; tagħti babbundanza l-virtujiet teologali u d-doni ta l-Ispirtu s-Santu. L-imgħammed isir għal dejjem ta Kristu: fil-fatt, hu mmarkat bis-siġill ta Kristu li ma jitħassar qatt (il-karattru).

264. Xtifsira jieħu l-isem nisrani li jingħata fil-Magħmudija?

2156-2159
2167

L-isem hu importanti, għax Alla jaf lil kull wieħed bismu, jiġifieri fl-uniċità tiegħu. Bil-Magħmudija, in-Nisrani jirċievi fil-Knisja l-isem tiegħu, preferibilment dak ta xi qaddis, ħalli dan joffri lill-imgħammed mudell ta qdusija u jidħol għalih quddiem Alla.

 

IS-SAGRAMENT TAL-KONFERMAZZJONI JEW TAL-GRIŻMA TA’ L-ISQOF

265. X’inhu l-post tal-Konfermazzjoni fil-pjan divin tal-fidwa?

1285-1288
1315

Fit-Testment il-Qadim il-profeti ħabbru li l-Ispirtu tal-Mulej kellu jistrieħ fuq il-Messija mistenni u kellu jingħata lill-poplu messjaniku kollu. Il-ħajja u l-missjoni kollha ta’ Ġesù seħħew f’għaqda sħiħa ma’ l-Ispirtu s-Santu. L-Appostli rċevew l-Ispirtu s-Santu nhar Għid il-Ħamsin u bdew ixandru “l-għeġubijiet ta’ Alla” (Atti 2,11). Huma jwasslu lill-imgħammda ġodda, bit-tqegħid ta’ l-idejn, ir-rigal ta’ l-istess Spirtu. Tul is-sekli, il-Knisja kompliet tgħix mill-Ispirtu u kompliet twasslu lil uliedha.

266. Għaliex jissejjaħ Griżma jew Konfermazzjoni?

1289

Jissejjaħ Griżma (fil-Knejjes tal-Lvant: Dilka bil Myron Qaddis) minħabba li r-rit essenzjali tiegħu hu d-dilka. Jissejjaħ Konfermazzjoni, għax jikkonferma u jwettaq il-grazzja tal-magħmudija.

267. Liema hu r-rit essenzjali tal-Konfermazzjoni?

1290-1301
1318
1320-1321

Ir-rit essenzjali tal-Konfermazzjoni hu d-dlik bil-Griżma Mqaddsa (żejt imħallat mal-balzmu, ikkonsagrat mill-Isqof), li jsir bit-tqegħid ta id il-ministru waqt li jingħad il-kliem sagramentali proprju tar-rit. Fil-Punent din id-dilka ssir fuq il-ġbin ta’ l-imgħammed mal-kliem: “Ħu s-siġill tad-don ta’ l-Ispirtu s-Santu”. Fil-Knejjes tal-Lvant ta’ rit biżantin, isir dlik ukoll fuq partijiet oħra tal-ġisem, mal-kliem: “Siġill tad-don ta’ l-Ispirtu s-Santu”.

268. Xinhu l-effett tal-Konfermazzjoni?

1302-1305
1316-1317

L-effett tal-Konfermazzjoni hu l-għotja sħiħa ta l-Ispirtu s-Santu, kif darba ngħata nhar Għid il-Ħamsin. Din l-għotja tħalli fir-ruħ marka li ma titħassar qatt u ġġib magħha t-tkabbir tal-grazzja tal-magħmudija waqt li tnżżel fiha l-għeruq tagħha aktar fil-fond bħala iben Alla; tgħaqqadha bmod aktar sħiħ ma Kristu u mal-Knisja tiegħu; tkattar fiha d-doni ta l-Ispirtu s-Santu; tagħtiha qawwa speċjali biex tagħti xhieda tal-ħajja nisranija.

269. Min jista’ jirċievi dan is-Sagrament?

1306-1311
1319

Jista’ u għandu jirċevih, darba biss, min hu mgħammed, u biex jirċevih b’mod li jagħmel frott għandu jkun fl-istat tal-grazzja.

270. Min huwa l-ministru tal-Konfermazzjoni?

1312-1314

Il-ministru ordinarju hu l-Isqof. B’hekk turi l-għaqda tal-midluk mal-Knisja, mal-bidu tagħha mill-Appostli. Meta jkun saċerdot li jagħti dan is-Sagrament – kif jiġri ordinarjament fil-Lvant u f’xi każi fil-Punent – ir-rabta ma’ l-Isqof u mal-Knisja tintwera fil-persuna tal-presbiteru, kollaboratur ta’ l-Isqof, u fiż-żejt imqaddes, ikkonsagrat mill-Isqof innifsu.

 

IS-SAGRAMENT TA’ L-EWKARISTIJA

271. X’inhi l-Ewkaristija?

1322-1323
1409

Hi l-istess sagrifiċċju tal-Ġisem u tad-Demm tal-Mulej Ġesù, li hu waqqaf biex ikompli jwettaq tul iż-żminijiet, sa ma jerġa’ jiġi, is-sagrifiċċju tas-Salib, u b’hekk iħalli f’idejn il-Knisja t-tifkira tal-Mewt u l-Qawmien tiegħu. Hi s-sinjal ta’ għaqda u rabta ta’ l-imħabba, l-ikla ta’ l-Għid, li fiha nirċievu lil Kristu, fejn ir-ruħ timtela bil-grazzja u jingħatalna r-rahan tal-ħajja ta’ dejjem.

272. Meta Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija?

1323
1337-1340

Waqqafha nhar Ħamis ix-Xirka, “il-lejl li fih kien ittradut” (1 Kor 11,23), waqt li ċċelebra l-Aħħar Ikla ma’ l-Appostli tiegħu.

273. Kif waqqafha?

1337-1340
1365, 1406

Wara li ġabar lill-Appostli tiegħu fiċ-Ċenaklu, Ġesù ħa l-ħobż f’idejh, qasmu u tahulhom waqt li qal: “Ħudu u kulu lkoll minn dan: dan huwa ġismi li jingħata għalikom”. Imbagħad ħa f’idejh il-kalċi bl-inbid u qalilhom: Ħudu u ixorbu minnu lkoll: dan hu l-kalċi ta demmi, tal-patt il-ġdid li jibqa għal dejjem, id-demm li jixxerred għalikom u għall-bnedmin kollha, għall-maħfra tad-dnubiet. Agħmlu dan btifkira tiegħi.

274. Xtirrappreżenta l-Ewkaristija fil-ħajja tal-Knisja?

1324-1327
1407

Hi l-għajn u l-quċċata tal-ħajja nisranija kollha. Fl-Ewkaristija hemm il-qofol tal-ħidma li biha Alla jqaddes lilna u l-qima tagħna lejh. Fiha jinsab l-għana spiritwali kollu tal-Knisja: Kristu stess, l-Għid tagħna. L-Ewkaristija tfisser u ġġib il-komunjoni fil-ħajja ma Alla u l-għaqda tal-Poplu kollu ta Alla. Iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika ġa tgħaqqadna mal-liturġija tas-Sema u hekk ngħixu minn qabel il-ħajja ta dejjem.

275. Kif jissejjaħ dan is-Sagrament?

1328-1332

L-għana bla qies ta’ dan is-Sagrament jidher mill-ħafna ismijiet li ngħatawlu u li juru xi aspetti partikolari tiegħu. L-aktar komuni huma: Ewkaristija, Quddiesa, Ikla tal-Mulej, Qsim tal-ħobż, Ċelebrazzjoni ewkaristika, Ticker tal-passjoni, tal-mewt u tal-qawmien mill-imwiet tal-Mulej, Sagrifiċċju Qaddis, Liturġija Qaddisa u Divina, Misteri Qaddisa, Santissimu Sagrament tal-artal, Tqarbin Imqaddes.

276. Fejn tinsab l-Ewkaristija fil-pjan divin tas-salvazzjoni?

1333-1344

Fil-Patt il-Qadim l-Ewkaristija hi mħabbra minn qabel fuq kollox fl-ikla tal-għid, iċċelebrata kull sena mil-Lhud bil-ħobż ażżmu, btifkira tal-ħeffa li biha ħarġu ħielsa mill-Eġittu. Ġesù jħabbarha fit-tagħlim tiegħu u jwaqqafha billi jiċċelebra mal-Appostli tiegħu l-Aħħar Ċena waqt l-ikla tal-għid. Il-Knisja, fidila lejn il-kmand tal-Mulej: Agħmlu dan btifkira tiegħi (1 Kor 11,24), iċċelebrat dejjem l-Ewkaristija, fuq kollox il-Ħadd, il-jum tal-Qawmien mill-imwiet taĠesù.

277. Kif tinqasam iċ-ċelebrazzjoni ta l-Ewkaristija?

1345-1355
1408

Isseħħ fżewġ mumenti kbar, li jagħmlu wieħed u l-istess att ta kult: il-liturġija tal-Kelma, li tiġbor fiha l-proklamazzjoni u s-smigħ tal-Kelma ta Alla; il-liturġija ewkaristika, li tiġbor fiha l-preżentazzjoni tal-ħobż u ta l-inbid, it-talba ewkaristika jew l-anafora, li fiha l-kliem tal-konsagrazzjoni, u t-tqarbin.

278. Min hu l-ministru taċ-ċelebrazzjoni ta l-Ewkaristija?

1348
1411

Hu s-saċerdot (Isqof jew presbiteru), ordnat validament, li jippresiedi fil-Persuna ta Kristu r-Ras u fisem il-Knisja.

279. Liema huma l-elementi essenzjali u meħtieġa ta l-Ewakristija?

1412

Huma l-ħobż mid-dqiq tal-qamħ u l-inbid magħmul mill-għeneb tad-dielja.

280. Kif l-Ewkaristija hi memorjal tas-sagrifiċċju ta’ Kristu?

1362-1367

L-Ewkaristija hi tifkira (memorjal) fis-sens li tagħmel preżenti u attwali s-sagrifiċċju li Kristu offra lill-Missier, darba għal dejjem fuq is-Salib għall-ġid tal-umanità. Il-karattru sagrifikali ta’ l-Ewkaristija jidher mill-kliem stess ta’ l-istituzzjoni: “Dan hu ġismi, li jingħata għalikom” u “Dan il-kalċi huwa l-Patt il-Ġdid b’demmu, id-demm li jixxerred għalikom” (Lq 22,19-20). Is-sagrifiċċju tas-Salib u s-sagrifiċċju ta’ l-Ewkaristija huma sagrifiċċju wieħed. Il-vittma hi waħda u l-istess, u l-istess hu dak li joffri; il-mod kif issir l-offerta mhux l-istess: bit-tixrid tad-demm fuq is-Salib, bla tixrid ta’ demm fl-Ewkaristija.

281. Il-Knisja kif tieħu sehem fis-sagrifiċċju ewkaristiku?

1368-1372
1414

Fl-Ewkaristija, is-sagrifiċċju ta’ Kristu jsir ukoll is-sagrifiċċju tal-membri tal-Ġisem tiegħu. Il-ħajja ta’ l-insara, it-tifħir, it-tbatijiet, it-talb, ix-xogħol tagħhom jingħaqdu ma’ dawk ta’ Kristu. Bħala sagrifiċċju, l-Ewkaristija tiġi offruta wkoll għall-fidili kollha ħajjin u mejtin, bħala tpattija għad-dnubiet tal-bnedmin kollha u biex niksbu mingħand Alla kull ġid spiritwali u temporali. Il-Knisja tas-sema hi wkoll magħquda ma l-offerta ta Kristu.

282. Kif huwa preżenti Ġesù fl-Ewkaristija?

1373-1375
1413

Ġesù Kristu hu preżenti fl-Ewakristija bmod uniku u li ma hemmx ieħor bħalu. Fil-fatt hu preżenti verament, realment, sostanzjalment bil-Ġisem u bid-Demm tiegħu, bir-Ruħ u bid-Divinità tiegħu. Fl-Ewkaristija, għalhekk, hu preżenti bmod sagramentali, jiġifieri taħt l-ispeċi ewkaristiċi tal-ħobż u ta l-inbid, Kristu sħiħ: Alla u bniedem.

283. Xi tfisser it-transustanzjazzjoni?

1376-1377
1413 

Transustanzjazzjoni tfisser il-bidla tas-sustanza kollha tal-ħobż fis-sustanza tal-Ġisem ta Kristu, u tas-sustanza kollha tal-inbid fis-sustanza tad-Demm ta Kristu. Din il-bidla sseħħ fit-talba ewkaristika, bil-qawwa tal-Kelma ta Kristu u bil-ħidma ta l-Ispirtu s-Santu. Minkejja dan, il-karatteristiċi sensibbli tal-ħobż u ta l-inbid, jiġifieri l-ispeċi ewkaristiċi, ma jinbidlux.

284. Il-qsim tal-ħobż jaqsam lil Kristu?

1377

Il-qsim tal-ħobż ma jaqsamx lil Kristu: hu kollu kemm hu preżenti u sħiħ taħt kull speċi ewkaristika u taħt il-partijiet kollha tagħhom.

285. Sakemm tibqa l-preżenza ewkaristika ta Kristu?

1377

Tibqa sakemm jibqgħu l-ispeċi ewkaristiċi.

286. Liema qima għandha tingħata lis-Sagrament ta l-Ewkaristija?

1378-1381
1418

Għandu jingħata l-kult latrija, jiġifieri ta adorazzjoni, merfugħ biss għal Alla kemm waqt il-Quddiesa kif ukoll barra miċ-ċelebrazzjoni tagħha. Il-Knisja, fil-fatt, tħares bgħożża kbira l-Ostji kkonsagrati, twassalhom lill-morda u lil persuni oħra li ma jkunux jistgħu jieħdu sehem fil-Quddiesa, tippreżentahom lill-insara biex bsolennità kbira jadurawhom, toħroġ bihom fpurċissjoni u tistieden għall-viżta ta spiss u adorazzjoni tas-Santissimu Sagrament, miżmum fit-tabernaklu.

287. Għaliex l-Ewkaristija hi l-ikla tal-għid?

1382-1384
1391-1396

L-Ewkaristija hi l-ikla tal-għid, għax Kristu, waqt li jwettaq sagramentalment l-Għid tiegħu, jagħtina Ġismu u Demmu, offerti bħala ikel u xorb, jgħaqqadna miegħu u bejnietna fis-sagrifiċċju tiegħu.

288. Xi jfisser l-altar?

1383
1410

L-altar huwa s-simbolu ta Kristu nnifsu, preżenti bħala vittma offruta għas-sagrifiċċju (altar-sagrifiċċju tas-Salib) u bħala ikel tas-sema li jingħata lilna (altar-mejda ewkaristika).

289. Meta l-Knisja tobbliga għas-sehem fil-Quddiesa?

1389
1417

Il-Knisja tobbliga lill-insara biex jieħdu sehem fil-Quddiesa ta kull nhar ta Ħadd u fil-festi kmandati, u tirrakkomanda biex jieħdu sehem ukoll fil-ġranet l-oħra.

290. Meta għandu wieħed jitqarben?

1389

Il-Knisja tħeġġeġ lill-insara biex jitqarbnu kull darba li jieħdu sehem fil-Quddiesa jekk ikollhom id-dispożizzjoni meħtieġa, iżda tobbligahom li ta l-inqas jitqarbnu fiż-żmien ta l-Għid.

291. Xinhu meħtieġ għat-Tqarbin?

1385-1389
1415

Għat-Tqarbin in-Nisrani jrid ikun fgħaqda sħiħa mal-Knisja Kattolika u fil-grazzja ta Alla, jiġifieri ma jħossx li għamel xi dnub mejjet. Min ikun jaf li hu ħati ta dnub gravi l-ewwel għandu jirċievi s-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, imbagħad jersaq biex jitqarben. Huma mportanti wkoll l-ispirtu taġabra u ta talb, il-ħarsien tas-sawma mitluba mill-Knisja u l-atteġġjament tal-ġisem (ġesti, ħwejjeġ), bsinjal ta rispett lejn Kristu.

292. Xinhuwa l-frott tat-Tqarbina Mqaddsa?

1391-1397
1416

It-Tqarbina ssaħħaħ l-għaqda tagħna ma Kristu u mal-Knisja tiegħu, tħares u ġġedded il-ħajja tal-grazzja li ngħatat fil-Magħmudija u fil-Griżma u tkabbarna fl-imħabba lejn il-proxxmu. Filwaqt li ssaħħaħna fl-imħabba, tneħħi d-dnubiet venjali u tħarisna mid-dnubiet mejta fil-ġejjieni.

293. Meta huwa possibbli tamministra t-Tqarbin Imaddes lill-insara l-oħra?

1398-1401

Il-ministri kattoliċi jamministraw leċitament it-Tqarbin Imqaddes lill-membri tal-Knejjes tal-Lvant li mhumiex fgħaqda sħiħa mal-Knisja Kattolika, meta huma jitolbu dan minn rajhom u jkollhom id-dispożizzjonijiet meħtieġa. Għall-membri tal-Komunitajiet Ekkleżjali l-oħra, il-ministri kattoliċi jistgħu jamministraw leċitament it-Tqarbin Imqaddes lill-fidili, li fkaż ta ħtieġa kbira jitolbu dan minn rajhom, sakemm juru li jistqarru l-fidi kattolika dwar dan is-sagrament u li għandhom id-dispożizzjoni meħtieġa.

294. Għaliex l-ewkaristija hija rahan tal-glorja li ġejja?

1402-1405

Għax l-Ewkaristija timliena bkull grazzja u barka tas-Sema, twettaqna fil-mixja tagħna fdin id-dinja, iġġegħelna nixtiequ l-ħajja ta dejjem, tgħaqqadna minn issa ma Kristu mtella fil-lemin tal-Missier, mal-Knisja tas-sema, mal-Verġni Mqaddsa u mal-Qaddisin kollha.

Fl-Ewkaristija aħna naqsmu ħobża waħda, li hija duwa ta l-immortalità, rimedju kontra l-mewt, u ikel għall-ħajja ta dejjem fĠesù Kristu (SantInjazju ta Antijokja)

 

IT-TIENI KAPITLU

IS-SAGRAMENTI TAL-FEJQAN

295. Għaliex Kristu waqqaf is-Sagramenti tal-Penitenza u tal-Griżma tal-morda?

1420-1421
1426

Kristu, tabib tar-ruħ u tal-ġisem, waqqafhom għax il-ħajja ġdida li rċevejna mingħandu bid-dħul tagħna fil-ħajja nisranija, tista tiddgħajjef u saħansitra tintilef minħabba d-dnub. Għalhekk Kristu ried li l-Knisja tkompli l-ħidma ta fejqan u ta salvazzjoni permezz ta dawn iż-żewġ sagramenti.

 

IS-SAGRAMENT TAL-PENITENZA U TAR-RIKONĊILJAZZJONI

296. Kif jissejjaħ dan is-Sagrament?

1422-1424

Jissejjaħ Sagrament tal-Penitenza, tar-Rikonċiljazzjoni, tal-Maħfra, tal-Qrar, tal-Konverżjoni.

297. Għaliex jeżisti Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni wara l-Magħmudija?

1425-1426
1484

Minħabba li l-ħajja ġdida fil-grazzja mogħtija fil-Magħmudija ma neħħiet la d-dgħufija tan-natura umana, u lanqas il-ġibda lejn id-dnub (jiġifieri l-konkupiixxenza), Kristu waqqaf dan is-Sagrament għall-konverżjoni ta l-imgħammdin, la tbiegħdu minnu bid-dnub.

298. Meta twaqqaf dan is-Sagrament?

1485

Kristu rxoxt waqqaf dan is-Sagrament nhar Ħadd il-Għid filgħaxija meta wera lilu nnifsu lill-Appostli u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma” (Ġw 20,22-23).

299. L-imgħammdin għandhom bżonn jikkonvertu?

1427-1429

Is-sejħa ta’ Kristu għall-konverżjoni tibqa’ tiġi mtennija tul il-ħajja ta’ l-imgħammdin. Il-konverżjoni hi dmir li ma jintemm qatt għall-Knisja kollha, li hi Qaddisa iżda fi ħdanha għandha l-midinbin.

300. Xinhi l-penitenza interjuri?

1430-1433
1490

Hi l-mixja tal-qalb niedma(Salm 51,19), imqanqla mill-grazzja ta Alla u li tirrispondi għall-imħabba kollha ħniena ta Alla. Dan ifisser ukoll id-diqa u s-sogħba għad-dnubiet imwettqa, fehma soda li qatt aktar ma terġa tidneb u l-fiduċja fl-għajnuna ta Alla. Titmantna bit-tama fil-ħniena ta Alla.

301. Kif tintwera l-penitenza fil-ħajja nisranija?

1434-1439

Il-penitenza tintwera bħafna manjieri, l-aktar bis-sawm, bit-talb u bil-karità. Dawn u ħafna forom oħra ta penitenza jistgħu jitwettqu fil-ħajja ta kuljum tan-nisrani, l-aktar fi żmien ir-Randan u fil-jum ta penitenza ta nhar taĠimgħa.

302. Liema huma l-elementi essenzjali fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni?

1440-1449

Huma tnejn: l-għemejjel tal-bniedem li jikkonverti mqanqal mill-Ispirtu s-Santu, u l-assoluzzjoni tas-saċerdot, li fisem Kristu jagħti l-maħfra u jgħid bliema mod għandha ssir it-tewba.

303. Liema huma l-għemejjel tal-penitent?

1450-1460
1487-1492

Huma dawn: eżami tal-kuxjenza serju; l-indiema (jew duspjaċir), li hija perfetta meta mqanqla mill-imħabba għal Alla, mhux perfetta jekk imsejsa fuq raġunijiet oħra, u li tinkludi x-xewqa soda li ma tidnibx aktar; il-qrara, li tikkonsisti fl-istqarrija tad-dnubiet lis-saċerdoti; it-tewba, jiġifieri t-twettiq ta atti ta penitenza partikolari, li l-konfessur jitlob mill-penitent biex ipatti għall-ħsara li saret bid-dnub.

304. Liema dnubiet għandek tqerr?

1456

Għandhom jiġu mistqarra d-dnubiet gravi kollha li jkunu għadhom ma ġewx imsemmija fil-qrar, u li wieħed jiftakar wara li jkun għamel eżami tal-kuxjenza serju. Il-qrara tad-dnubiet gravi hi l-uniku mod ordinarju biex wieħed jikseb il-maħfra.

305. Meta hemm l-obbligu għall-qrar tad-dnubiet gravi?

1457

Kull Nisrani li jasal għall-età tar-raġuni għandu jqerr id-dnubiet gravi tiegħu almenu darba fis-sena, u dan qabel ma jersaq għat-Tqarbin Mqaddes.

306. Għaliex id-dnubiet venjali jistgħu wkoll jiġu mistqarra fi qrara sagramentali?

1458

Il-qrara tad-dnubiet venjali hija tassew rakkomandata mill-Knisja, ukoll jekk mhijiex ħaġa għal kollox meħtieġa, għax tgħinna nsawru kuxjenza retta u neħduha kontra l-ġibdiet ħżiena tagħna, niġu mfejqa minn Kristu u nimxu l quddiem fil-ħajja ta l-Ispirtu.

307. Min hu l-ministru ta’ dan is-Sagrament?

1461-1466
1495 

Kristu ried jafda l-ministeru tar-rikonċiljazzjoni lill-Appostli tiegħu, l-Isqfijiet suċċessuri tagħhom u l-presbiteri kollaboraturi tagħhom, biex ikunu strument tal-ħniena u tal-ġustizzja ta’ Alla. Huma jeżerċitaw is-setgħa li jaħfru d-dnubiet fl-Isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.

308. Lil min hi riservata l-assoluzzjoni ta xi dnubiet?

1463

L-assoluzzjoni ta xi dnubiet li huma tassew gravi (bħal dawk li jġibu magħhom l-iskomunika) hija riservata għas-Santa Sede jew għall-Isqof tal-post jew presbiteri awtorizzati minnhom, ukoll jekk kull saċerdot jista jassolvi minn kull dnub u minn kull skomunika lil min jinsab fil-periklu tal-mewt.

309. Il-Konfessur huwa marbut bis-sigriet?

1467 

Minħabba d-delikatezza u l-kobor ta’ dan il-ministeru u minħabba r-rispett għal kull bniedem, kull Konfessur hu obbligat, mingħajr ebda eċċezzjoni u taħt pieni ħorox ħafna, li jżomm is-siġill sagramentali, jiġifieri li jżomm is-sigriet assolut dwar id-dnubiet li l-penitenti jkunu stqarrewlu fil-qrar.

310. X’inhuma l-effetti ta’ dan is-Sagrament?

1468-1470
1496 

L-effetti tas-Sagrament tal-Penitenza huma: ir-rikonċiljazzjoni ma’ Alla u għalhekk il-maħfra tad-dnubiet; ir-rikonċiljazzjoni mal-Knisja; il-kisba mill-ġdid, jekk ikun intilef, tal-istat tal-grazzja; il-maħfra tal-piena ta’ dejjem li tingħata għad-dnubiet mejta; u l-maħfra, almenu parti minnha, tal-pwieni taż-żmien minħabba d-dnub; is-sliem u l-hena fil-kuxjenza, u faraġ spiritwali; it-tkattir tal-għajnuniet spiritwali għat-taqbida nisranija.

311. Jista’ f’xi każi dan is-Sagrament jiġi ċċelebrat bi qrara ġenerali u l-assoluzzjoni ġenerali?

1480-1484

F’każijiet ta’ ħtieġa kbira (bħal fil-periklu imminent tal-mewt), tista’ ssir ċelebrazzjoni komunitarja tar-Rikonċiljazzjoni bi qrara ġenerali u assoluzzjoni ġenerali, skond in-normi tal-Knisja u bil-ħsieb li jqerru individwalment id-dnubiet gravi fiż-żmien xieraq.

312. X’inhuma l-indulġenzi?

1471-1479
1498

L-indulġenzi huma l-maħfra quddiem Alla tal-piena taż-żmien mistħoqqa għad-dnubiet li tagħhom ġa tħassret il-ħtija, u li n-Nisrani, taħt kundizzjonijiet determinate, jista’ jikseb għalih stess u għall-mejtin permezz tal-ħidma tal-Knisja, li bħala dispensatriċi tal-fidwa, tqassam it-teżor tal-merti ta’ Kristu u tal-Qaddisin.

IS-SAGRAMENT TAL-GRIŻMA TAL-MORDA

313. Kif kienu jgħixu l-mard fit-Testment il-Qadim?

1499-1502

Il-bniedem fit-Testment il-Qadim waqt il-mard kien jagħraf il-limiti tiegħu, u fl-istess waqt fehem li l-mard hu marbut, b’mod misterjuż, mad-dnub. Il-profeti ntebħu li l-mard jista jkollu wkoll sens ta fidwa għad-dnubiet personali u ta l-oħrajn. Bhekk il-mard kienu jgħixuh fil-preżenza ta Alla, li lilu l-bniedem kien jitlob il-fejqan.

314. Xtifsira għandha l-mogħdrija taĠesù għall-morda?

1503-1505 

Il-mogħdrija taĠesù għall-morda u l-ħafna fejqan huma sinjal ċar li bih waslet ukoll is-Saltna ta Alla u għalhekk ir-rebħa fuq id-dnub, fuq it-tbatija u fuq il-mewt. Bil-passjoni u l-mewt tiegħu, ta tifsir ġdid lit-tbatija, u jekk nissieħbu fil-passjoni ta Kristu, tista ssir mezz ta purifikazzjoni u salvazzjoni għalina u għall-oħrajn.

315. Kif tħares il-Knisja lejn il-morda?

1506-1513
1526-1527 

Il-Knisja, filwaqt li irċeviet mingħand il-Mulej il-kmand biex tfejjaq lill-morda, tfittex li tobdih kemm bl-għajnuna li tagħti lill-morda, u kemm bit-talba ta interċessjoni. Hi għandha fuq kollox Sagrament speċjali għall-ġid tal-morda, imwaqqaf minn Kristu nnifsu li tiegħu San Ġakbu hu xhud: Hemm xi ħadd marid fostkom? Ħalli da isejjaħ lill-presbiteri tal-Knisja, biex dawn jitolbu għalih u jidilkuh biż-żejt fisem il-Mulej (Ġak 5,14-15).

316. Min jista’ jirċievi s-Sagrament tal-Griżma tal-Morda?

1514-1515
1528-1529 

Jista’ jirċevih in-Nisrani, li jibda jħossu fil-periklu tal-mewt minħabba l-mard jew ix-xjuħija. In-Nisrani jista’ jerġa’ jirċievi dan is-sagrament drabi oħra, meta l-marda ssir aktar gravi jew f’każ ta’ marda gravi oħra. Qabel iċ-ċelebrazzjoni ta’ dan is-Sagrament, jekk jista’ jkun, għandu jkun hemm il-qrar individwali tal-marid.

317. Min jamministra dan is-Sagrament?

1516
1530

Dan jista’ jiġi amministrat mis-saċerdoti biss (Isqfijiet u presbiteri).

318.Kif jiġi ċċelebrat dan is-Sagrament?

1517-1519
1531

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ dan is-Sagrament tikkonsisti essenzjalment fid-Dilka biż-żejt, imbierek jekk jista’ jkun mill-Isqof, fuq il-moħħ u fuq l-idejn il-marid (fir-rit Ruman), jew ukoll fuq partijiet oħra tal-ġisem (f’riti oħrajn), flimkien mat-talba tas-saċerdot, li jitlob il-grazzja speċjali ta’ dan is-Sagrament.

319. X’inhuma l-effetti ta’ dan is-Sagrament?

1520-1523
1532 

Hu jagħti grazzja partikolari, li tgħaqqad b’mod aktar intimu l-marid mal-Passjoni ta’ Kristu, għall-ġid tiegħu u għall-ġid tal-Knisja kollha, u fl-istess ħin jagħti faraġ, paċi, kuraġġ u jekk il-marid ma setax iqerr jagħti wkoll il-maħfra tad-dnubiet. Dan is-Sagrament xi drabi, jekk Alla jkun irid, jagħti mill-ġdid is-saħħa fiżika. Ikun xi jkun il-każ, din il-Griżma tħejji lill-marid għall-mogħdija fid-Dar tal-Missier.

320. X’inhu l-Vjatku?

1524-1525

Hu l-Ewkaristija li jirċevuha dawk li dalwaqt se jħallu din il-ħajja u qegħdin iħejju lilhom infushom għall-mogħdija għall-ħajja ta’ dejjem. Meta jirċevuha qabel it-tluq minn din id-dinja għal għand il-Missier, it-tqarbina bil-Ġisem u bid-Demm ta’ Kristu mejjet u rxuxtat hi żerriegħa tal-ħajja ta’ dejjem u qawwa għall-qawmien mill-imwiet.

 

IT-TIELET KAPITLU

IS-SAGRAMENTI GĦALL-QADI

TAL-KOMUNJONI U TAL-MISSJONI

321. Liema huma s-Sagramenti għall-qadi tal-komunjoni u tal-missjoni?

1533-1535

Żewġ Sagramenti: l-Ordni Sagri u ż-Żwieġ jagħtu l-grazzja meħtieġa għal missjoni partikulari fi ħdan il-Knisja u għas-servizz tal-bini tal-poplu ta’ Alla. Dan jagħmluh billi titkabbar l-għaqda bejn l-aħwa u jgħinu għas-salvazzjoni ta’ l-oħrajn.

 

IS-SAGRAMENT TA’ L-ORDNI SAGRI

322. X’inhu s-sagrament ta’ l-Ordni Sagri?

1536

Huwa s-Sagrament li bih il-missjoni fdata lill-Appostli minn Kristu tkompli titwettaq fil-Knisja sa l-aħħar taż-żmien.

323. Għaliex jissejjaħ Sagrament ta’ l-Ordni?

1537-1538

Ordni tfisser korp (grupp) ekkeżjali, li tidħol fih permezz ta’ konsagrazzjoni speċjali (Ordinazzjoni), li permezz ta’ don speċjali ta’ l-Ispirtu wieħed ikun jista’ jeżerċita setgħa mqaddsa f’isem u bl-awtorità ta’ Kristu għas-servizz tal-Poplu ta’ Alla.

324. Fejn jidher is-Sagrament ta’ l-Ordni Sagri fil-pjan ta’ Alla tas-salvazzjoni?

1539-1546
1590-1591 

Fit-Testment il-Qadim naraw xbihat ta’ dan is-Sagrament fis-servizz tal-Leviti, kif ukoll fis-saċerdozju ta’ Aron u fl-għażla tas-sebgħin “xiħ” (Num 11,25). Dawn ix-xbihat isibu t-twettiq kollu tagħhom fi Kristu Ġesù, li bis-sagrifiċċju tiegħu tas-Salib, hu l-“medjatur waħdieni bejn Alla u l-bniedem” (1 Tim 2,:5), il-“Qassis il-kbir skond l-ordni ta’ Melkisedek” (Lhud 5,10). Is-saċerdozju ta’ Kristu hu uniku u jiġġedded fis-saċerdozju ministerjali.

 

“Kristu waħdu hu saċerdot veru, l-oħrajn huma ministry tiegħu.” (San Tumas ta’ Aquino)

 

325. Minn kemm il-grad huwa magħmul is-Sagrament ta’ l-Ordni?

1554
1593

Hu magħmul minn tliet gradi, li l-Knisja ma tistax tgħaddi mingħajrhom minħabba l-istruttura organika tagħha: l-episkopat, il-presbiterat u d-djakonat.

326. Xinhu l-effett ta l-Ordinazzjoni episkopali?

1557-1558

L-Ordinazzjoni episkopali tagħti l-milja tas-Sagrament ta l-Ordni, tagħmel lill-Isqof bħala suċċessur leġittimu ta l-Appostli, iddaħħlu fil-Kulleġġ tal-Isqfijiet, tagħtih sehem flimkien mal-Papa u ma l-Isqfijiet l-oħra mir-responsabbiltà għall-Knejjes kollha, u tagħtih l-uffiċċju tat-tqaddis, tat-tagħlim u tat-tmexxija.

327. Xinhu l-uffiċċju ta l-Isqof fil-Knisja partikulari afdata fidejh?

1560-1561

L-Isqof, li lilu tiġi afdata Knisja partikulari, huwa l-prinċipju viżibbli u s-sies tal-għaqda ta dik il-Knisja, li lejha jwettaq, bħala Vigarju ta Kristu, l-uffiċċju pastorali, megħjun mill-presbiteri u d-djakni tiegħu.

328. Xinhu l-effett ta l-Ordinazzjoni presbiterali?

1562-1567
1595 

Id-dilka ta L-Ispirtu s-Santu timmarka l-presbiteru bkarattru spiritwali li ma jitħassarx, tagħtih xebh ma Kristu saċerdot biex ikun jista jaqdi l-missjoni tiegħu fl-Isem ta Kristu r-Ras. Bħala kollaboratur ta l-Ordni tal-Isqfijiet, hu kkonsagrat biex ixandar l-evanġelju, jiċċelebra l-kult divin, fuq kollox l-Ewkaristija li minnha jikseb il-qawwa kollha tiegħu l-ministeru tiegħu, u jkun Ragħaj tal-fidili.

329. Kif il-presbiteru jeżerċita l-ministeru tiegħu?

1568

Minkejja li hu ordnat għall-missjoni universali, hu jeżerċita l-ministeru fi Knisja partikulari, fi fraternità sagramentali mal-presbiteri l-oħra li jiffurmaw il-presbiterju u li, fgħaqda ma l-Isqof u fdipendenza minnu, jerfgħu r-responsabbiltà tal-Knisja partikulari.

330. Xinhu l-effett ta l-ordinazzjoni tad-djaknu?

1569-1571
1596

Id-djaknu, mogħti xebh ma Kristu qaddej ta kulħadd, hu ordnat għall-ħidma ta qadi fil-Knisja, li huwa jwettaq taħt l-awtorità ta l-Isqof tiegħu, fil-ministeru tal-Kelma, tal-kult divin, tat-tmexxija pastorali u tas-servizz ta l-imħabba.

331. Kif jiġi ċċelebrat is-Sagrament ta’ l-Ordni Sagri?

1572-1574
1597 

Għal kull wieħed mit-tliet gradi, is-Sagrament ta’ l-Ordni hu mogħti permezz tat-tqegħid ta’ l-idejn fuq ras dak li se jordna mill-Isqof, li jgħid it-talba solenni konsagratorja. Fiha l-Isqof jitlob lil Alla l-għoti ta’ l-Ispirtu s-Santu, bid-doni tiegħu, adatti għall-ministeru li għalih qiegħed jiġi ordnat il-kandidat.

332. Min jista’ jagħti dan is-Sagrament?

1575-1576
1600

Huma l-Isqfijiet ordnati validament, bħala suċċessuri ta’ l-Appostli, li jistgħu jagħtu t-tliet gradi tas-Sagrament ta’ l-Ordni Sagri.

333. Min jista’ jirċievi dan is-Sagrament?

1577-1578
1598 

Huwa biss raġel mgħammed li jista’ jirċievi validamament dan is-sagrament: il-Knisja tħoss ruħha marbuta ma’ din l-għażla tal-Mulej. Ħadd ma għandu d-dritt li jirċievi s-Sagrament ta’ l-Ordni Sagri, iżda jrid jiġi meqjus adatt għall-ministeru mill-awtorità tal-Knisja.

334. Hu meħtieġ iċ-ċelibat għal min jirċievi s-Sagrament ta’ l-Ordni Sagri?

1579-1580
1599

Għall-episkopat huwa dejjem meħtieġ iċ-ċelibat. Għall-presbiterat, fil-Knisja ta’ rit Latin huma ordinarjament magħżula rġiel li jemmnu u qegħdin jgħixu fiċ-ċelibat u jridu jħarsuh “għas-Saltna tas-Smewwiet” (Mt 19,12); fil-Knejjes tal-lvant min ikun irċieva l-Ordni ma jistax jiżżewweġ. Għad-djakonat permanenti jistgħu jersqu wkoll irġiel miżżewġa.

335. Liema huma l-effetti tas-Sagrament ta’ l-Ordni Sagri?

1581-1589

Dan is-Sagrament jagħti lil min jirċevih il-grazzja speċjali ta’ l-Ispirtu s-Santu, u jsir jixbah lil Kristu fit-tliet uffiċċji tiegħu ta’ Saċerdot, Profeta u Sultan, skond il-gradi rispettivi tas-Sagrament. L-ordinazzjoni tagħti karattru spiritwali li ma jitħassar qatt: għalhekk ma tistax tiġi ripetuta jew mogħtija għal żmien limitat.

336. B’liema awtorità jiġi eżerċitat is-saċerdozju ministerjali?

1547-1553
1592

Is-saċerdoti ordnati, fl-eżerċizzju tal-ministru qaddis, jitkellmu u jaġixxu mhux bl-awtorità tagħhom tagħhom u lanqas b’mandat jew delega tal-komunità, imma fil-Persuna ta’ Kristu r-Ras u f’isem il-Knisja. Is-saċerdozju ministerjali huwa essenzjalment differenti mis-saċerdozju komuni tal-fidili, mhux biss fil-grad, imma Kristu waqqfu għas-servizz tiegħu.

 

IS-SAGRAMENT TAŻ-ŻWIEĠ

337. Liema hu l-pjan ta’ Alla għar-raġel u għall-mara?

1601-1605

 

Alla, li huwa mħabba u li ħalaq lill-bniedem għax ħabbu, sejjaħlu għall-imħabba. Meta ħalaq lir-raġel u lill-mara, sejħilhom fiż-Żwieġ għal komunità intima ta’ ħajja u ta’ mħabba bejniethom, “għalhekk m’humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed” (Mt 19,6). Meta berikhom, Alla qalilhom: “Nisslu u oktru, u imlew l-art” (Ġen 1,28).

338. Għal liema għanijiet Alla waqqaf iż-Żwieġ?

1659-1660

Ir-rabta taż-żwieġ bejn ir-raġel u l-mara, imwaqqfa u mogħtija l-liġijiet proprji tagħha mill-Ħallieq stess, min-natura tagħha trid iġġib l-għaqda u l-ġid tal-miżżewġin u t-tnissil u t-trobbija ta’ l-ulied. Ir-rabta taż-żwieġ, skond il-pjan oriġinali ta’ Alla, ma tinħallx (indissolubli), kif jgħid Ġesù Kristu: “Dak li għaqqad Alla, ma għandux jifirdu l-bniedem” (Mk 10,9).

339. B’liema mod id-dnub jhedded liż-Żwieġ?

1606-1608 

Minħabba l-ewwel dnub, li ġab firda fl-għaqda li kien hemm bejn ir-raġel u l-mara, mogħtija mill-Ħallieq, ir-rabta taż-żwieġ hi ħafna drabi mhedda min-nuqqas ta’ ftehim u mill-infedeltà. Madankollu Alla, fil-ħniena kbira tiegħu, jagħti lir-raġel u lill-mara l-grazzja tiegħu biex iwettqu l-għaqda ta’ ħajjithom skond il-pjan li Alla ħalaqhom għalih sa mill-bidu.

340. X’jgħallem it-Testment il-Qadim dwar iż-Żwieġ?

1609-1611

Alla, fuq kollox permezz tal-pedagoġija tal-Liġi u tal-profeti, jgħin lill-poplu tiegħu biex jimmatura bil-mod il-mod fl-għarfien dwar ż-Żwieġ li hu wieħed u ma jinħallx. Ir-rabta taż-żwieġ bejn Alla u Iżrael tħejji u turi minn qabel ir-Rabta l-ġdida mwettqa mill-Iben ta’ Alla, Ġesù Kristu, ma’ l-għarusa tiegħu, il-Knisja.

341. Kristu x’irregalalna ġdid fiż-Żwieġ?

1612-1617
1661 

Ġesù Kristu mhux biss waqqaf mill-ġdid l-ordni tal-bidu hekk kif riedu Alla, imma jagħti l-grazzja biex il-miżżewġin jgħixu ż-Żwieġ tagħhom fid-dinjità ta’ Sagrament, li huwa s-sinjal tal-imħabba tiegħu ta’ għarus għall-Knisja: “Intom l-irġiel, ħobbu n-nisa tagħkom,kif Kristu ħabb il-Knisja” (Ef 5,25).

342. Iż-Żwieġ huwa obbligu għal kulħadd?

1618-1620

Iż-Żwieġ mhuwiex obbligu għal kulħadd. Fuq kollox Alla jsejjaħ xi rġiel u nisa biex jimxu wara l-Mulej Ġesù fit-triq tal-verġinità jew taċ-ċelibat għas-Saltna tas-smewwiet, billi jiċċaħħdu mill-ġid kbir taż-Żwieġ biex jagħtu każ tal-ħwejjeġ tal-Mulej u jfittxu li jogħġbu lilu, waqt li jsiru sinjal mill-aqwa ta l-imħabba ta Kristu, li tisboq kull imħabba oħra, u tat-tama ħerqana għall-miġja tiegħu fil-glorja.

343. Kif jiġi ċċelebrat is-Sagrament taż-Żwieġ?

1621-1624

Minħabba li ż-Żwieġ idaħħal lill-miżżewġin fi stat ta’ ħajja pubblika fil-Knisja, iċ-ċelebrazzjoni liturġika hi pubblika, fil-preżenza tas-saċerdot (jew tax-xhud kwalifikat tal-Knisja) u tax-xhieda l-oħra.

344. X’inhu l-kunsens taż-żwieġ?

1625-1632
1662-1663 

Il-kunsens taż-żwieġ hu r-rieda, li juru raġel u mara, li jagħtu lilhom infushom lil xulxin u għal dejjem, bil-għan li jgħixu l-għaqda ta’ mħabba bil-fedelta’ u li tagħti l-frott. Minħabba li l-kunsens jagħmel iż-Żwieġ, huwa indispensabbli u insostitwibbli. Biex żwieġ ikun validu, il-kunsens irid ikollu bħala għan tiegħu iż-Żwieġ tassew, ikun att uman, ġej mir-rieda ħielsa u ħieles mill-vjolenza jew pressjoni minn barra.

345. Xjintalab meta xi ħadd mill-għarajjes ma jkunx kattoliku?

1633-1637 

Biex żwiġijiet imħallta (bejn kattoliku u mgħammed mhux kattoliku) ikunu leċiti jeħtieġu l-permess espress ta l-awtorità tal-Knisja. Fkaż tadisparità tal-kult (bejn kattoliku u mhux mgħammed) biex iż-żwieġ ikun validu hi meħtieġa dispensa. Fkull każ, huwa essenzjali li l-għarajjes ma jwarrbux l-għanijiet u l-proprjetajiet essenzjali taż-Żwieġ, u li l-parti kattolika tikkonferma dawk l-impenji, magħrufa wkoll mill-parti l-oħra, li tħares il-fidi u li tiżgura l-Magħmudija u l-edukazzjoni tal-ulied fil-Knisja Kattolika.

346. Xinhuma l-effetti tas-Sagrament taż-Żwieġ?

1638-1642

Is-Sagrament taż-Żwieġ joħloq bejn il-miżżewġin rabta għal dejjem u esklussiva. Il-kunsens ta l-għarajjes hu ssiġillat minn Alla nnifsu. Għalhekk iż-Żwieġ iċċelebrat u kkonsmat bejn l-imgħammdin ma jista jinħall qatt. Barra minn dan, dan is-Sagrament jagħti lill-għarajjes il-grazzja meħtieġa biex jilħqu l-qdusija fil-ħajja tagħhom taż-żwieġ huma u jilqgħu u jedukaw bresponsabbiltà lil uliedhom.

347. Liema huma d-dnubiet li jmorru gravament kontra s-Sagrament taż-Żwieġ?

1645-1648

Dawn huma: l-adulterju; il-poligamija, għax hi kuntrarju għall-fatt li r-raġel u l-mara għandhom l-istess dinjità bħala persuni u għax tikkuntradixxi l-uniċità u l-esklussività ta l-imħabba taż-żwieġ id-don tat-tfal; u d-divorzju, li jmur kontra l-indissolubiltà.

348. Meta l-Knisja tippermetti s-separazzjoni fiżika tal-miżżewġin?

1629
1649 

Il-Knisja tippermetti s-separazzjoni fiżika tal-miżżewġin meta l-għajxien tagħhom flimkien ikun sar impossibbli fil-prattika minħabba raġunijiet gravi, minkejja li tkun mixtieqa r-rikonċiljazzjoni bejniethom. Sakemm waħda mill-partijiet tibqa ħajja jew sakemm iż-Żwieġ tagħhom ma jiġix iddikjarat null mill-awtorità ekklesjatika, mhumiex ħielsa li jingħaqdu frabta ġdida.

349. Kif il-Knisja ġġib ruħha mad-divorzjati li jerġgħu jiżżewġu?

1650-1651
1665 

Fidila għall-kliem tal-Mulej, il-Knisja ma tistax tqis bħala Żwieġ l-għaqda ta divorzjati li jiżżewġu ċivilment. Min jitlaq lil martu u jiżżewweġ oħra jkun ħati ta adulterju kontra l-ewwel waħda; u jekk mara titlaq lil żewġha u tiżżewweġ ieħor tkun ħatja ta adulterju (Mk 10,11-12). Lejhom il-Knisja turi attenzjoni ħerqana, filwaqt li tħeġġiġhom għal ħajja ta fidi, għat-talb, għall-għemejjel ta karità u għall-edukazzjoni nisranija tat-tfal. Imma huma ma jistgħux jirċievu is-sagrament tal-penitenza, u lanqas jersqu għat-Tqarbin, jew jaqdu ċerti responsabbiltajiet ekkleżjali, sakemm idumu fdin is-sitwazzjoni, li oġġettivament hi kontra l-liġi ta Alla.

350. Għaliex il-familja nisranija tissejjaħ ukoll Knisja domestika?

1655-1658
1666 

Għax il-familja turi u twettaq in-natura ta komunjoni u ta familja tal-Knisja bħala familja ta Alla. Kull membru, skond ir-rwol tiegħu, jeżerċita s-saċerdozju li tagħti l-Magħmudija, u jagħti sehem biex jagħmel mill-familja komunità ta grazzja u ta talb, skola tal-virtujiet umani u nsara, il-post fejn l-ulied jisimgħu l-ewwel tħabbira tal-fidi.

 

 

 

 

IR-RABA KAPITLU

IĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET LITURĠIĊI L-OĦRA

IS-SAGRAMENTALI

351. X’inhuma s-Sagramentali?

1667-1672
1677-1678 

Huma sinjali mqaddsa li twaqqfu mill-Knisja, bil-għan li jqaddsu xi ċiekustanzi tal-ħajja. Fifom dejjem hemm talba msieħba mas-sinjal tas-salib u ma’ sinjali oħra. Fost is-Sagramentali hemm l-ewwel il-barkiet, li huma tifħir lil Alla u talba bex naqilgħu id-doni tiegħu, il-konsagrazzjoni ta’ persuni u d-deikazzjoni ta’ ħwejjeġ għall-kult ta’ Alla.

352. X’inhu eżorċiżmu?

1673 

Isir eżorċiżmu meta l-Knisja titlob b’awtorità, f’isem Ġesù, biex xi persuna jew xi ħaġa tiġi mħarsa mit-theddid tal-Ħażin u meħlusa minn taħt is-setgħa tiegħu. F’sura sempliċi l-eżorċiżmu jsir waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija. L-eżorċiżmu solenni, imsejjaħ l-eżorċiżmu l-kbir, jista’ jsir biss minn presbiteru u bil-permess ta’ l-Isqof.

353. Xforom ta devozzjoni popolari jakkumapanjaw il-ħajja sagramentali tal-Knisja?

1674-1676
1679

Is-sens reliġjuż tal-poplu nisrani fkull żmien ġe mfisser minn ħafna suriet ta tjieba li ġew miżjuda mal-ħajja sagramentali tal-Knisja, bħalma huma l-venerazzjoni tar-relikwi, iż-żjajjar fis-santwarji, il-pellegrinaġġi, il-purċissjonijiet, it-Triq tas-Salib, ir-Rużarju. Il-Knisja ddawalhom bid-dawl tal-fidi u hi favur dawk il-forom awtentiċi tad-devozzjoni popolari.

 

IL-FUNERALI NSARA

354. Xrabta hemm bejn is-Sagramenti u l-mewt tan-Nisrani?

1680-1683

In-Nisrani li jmut fi Kristu, fi tmiem l-eżistenza tiegħu fuq l-art, jasal għall-milja tat-twelid ġdid li beda bil-Magħmudija, u li kompla jqawwi fih bil-Konfermazzjoni u jsaħħah fih bl-Ewkaristija, antiċipazzjoni tal-ikla tas-sema. Is-sens tal-mewt tan-Nisrani juri ruħu fid-dawl tal-Mewt u l-Qawmien mill-Mewt ta Kristu, l-unika tama tagħna; in-Nisrani li jmut fi Kristu Ġesù jmur biex joqgħod għand il-Mulej (ara 2 Kor 5,8).

355. Xi tfisser id-difna?

1684-1685 

Id-difna, anki jekk iċċelebrata skond riti differenti li jwieġbu għas-sitwazzjoni u għat-tradizzjonijiet ta postijiet differenti, tesprimi l-karattru tal-Għid, jiġifieri l-mewt u t-tama tal-qawmien tan-Nisrani, u r-rabta li hemm mal-mejjet speċjalment permezz tat-talb għall-purifikazzjoni ta ruħu.

356. Liema huma l-mumenti prinċipali tad-difna?

1686-1690 

Is-soltu r-riti tad-difna għandhom erba mumenti prinċipali: il-laqgħa tal-katavru mill-komunità bi kliem ta faraġ u ta tama, il-liturġija tal-Kelma, is-sagrifiċċju ewkaristiku u t-tislima ta l-aħħar, li permezz tagħha r-ruħ tal-mejjet tiġi afdata fidejn Alla, għajn tal-ħajja ta dejjem, waqt li l-ġisem tiegħu jiġi midfun fl-istennija tal-qawmien mill-imwiet.

 

 

IT-TIELET TAQSIMA

IL-ĦAJJA FI KRISTU

 

 

 

L-Ewwel Sezzjoni

 IL-VOKAZZJONI TAL-BNIEDEM: IL-ĦAJJA FL-ISPIRTU

 

 

357. Xrabta hemm bejn il-ħajja morali nisranija u l-fidi s-sagramenti?

1691-1698

Dak li jistqarr is-Simbolu tal-fidi jagħtuhulna s-sagrament. Fil-fatt, permezz tas-sagramenti, l-insara jirċievu l-grazzja ta’ Kristu u d-doni tal-Ispirtu s-Santu, li jagħtuhom il-qawwa jgħixu l-ħajja ġdida ta’ ulied Alla fi Kristu, li huma jkunu laqgħu bil-fidi.

Agħraf, o Nisrani, il-kobor tiegħek. (San Iljun il-Kbir)

 

L-EWWEL KAPITLU

ID-DINJITÀ TAL-PERSUNA UMANA

IL-BNIEDEM XBIEHA TA ALLA

358. Xinhu l-għerq tad-dinjità umana?

1699-1715

Id-dinjità tal-persuna umana għandha l-għeruq tagħha fil-ħolqien tal-bniedem fis-sura u x-xbieha taAlla. Imżejna bruħ spiritwali u immortali, bintelliġenza u rieda ħielsa, il-persuna umana hi kollha kemm hi għal Alla u msejħa bruħha u bġisimha għall-hena ta dejjem.

 

IL-VOKAZZJONI TAGĦNA GĦALL-HENA

359. Kif jista l-bniedem jikseb l-hena?

1716 

Il-bniedem jikseb l-hena permezz tal-grazzja ta Kristu, li tagħtih sehem mill-ħajja ta dejjem. Fil-Vanġelu, Kristu juri lid-dixxipli tiegħu t-triq li twassal għall-hena bla tmiem: il-beatitudnijiet. Il-grazzja ta Kristu taħdem ukoll fkull bniedem li, filwaqt li jimxi bkuxjenza retta, ifittex u jħobb dak li hu sewwa u tajjeb, u jaħrab dak li hu ħażin.

360. Għaliex il-beatitudnijiet huma important għalina?

1716-1717
1725-1726

Il-beatitudnijiet huma fil-qalba tal-predikazzjoni ta Kristu. Huma jtennu u jwasslu għall-perfezzjoni l-wegħdiet li Alla għamel sa minn żmien Abraham. Il-beatitudnijiet juru wiċċ Ġesù Kristu nnifsu, idawlu l-qagħdiet karatteristiċi ta ħajja awtentika nisranija u juru lill-bniedem l-aħħari ta kulma jagħmel: il-hena ta dejjem.

361. Xinhi r-rabta bejn il-beatitudnijiet u x-xewqa tal-bniedem li jkun hieni?

1718-1719

Il-beatitudnijiet huma t-tweġiba għax-xewqa naturali tal-bniedem li jkun hieni; xewqa li Alla qegħedha fil-qalb tal-bniedem biex jiġbdu lejh, għax hu biss jista jagħmel hieni l-bniedem.

362. Xinhi l-hena ta dejjem?

1720-1724
1727-1729

Hi li naraw lil Alla fil-ħajja ta dejjem, fejn aħna nissieħbu fin-natura ta Alla (2 Peter 1:4), fil-glorja ta Kristu u fil-hena tal-ħajja tat-Trinità. Hena bħal dan jgħaddi kull ma l-moħħ jista jifhem: hu don sopranaturali ta Alla mogħti lilna bxejn, bħall-grazzja li tħejji l-bniedem ħa jidħol fil-hena. L-hena mwiegħed ipoġġilna quddiemna għażliet morali decisive dwar il-ġid ta l-art u jgħinna nħobbu lil Alla fuq kollox.

 

IL-LIBERTÀ TAL-BNIEDEM

363. Xinhi l-libertà?

1730-1733
1743-1744 

Hija s-setgħa mogħtija minn Alla lill-bniedem li jagħmel jew ma jagħmilx xi ħaġa, li jagħmel jew ma jagħmilx xi ħaġa, li jagħmel din jew dik il-ħaġa, u hekk minn rajh, il-bniedem jagħmel għemil maħsub sewwa minnu nnifsu. Aktar mal-bniedem jagħmel dak li hu tajjeb, aktar isir ħieles. Il-libertà tilħaq il-perfezzjoni tagħha meta dak li tagħmel tagħmlu għal Alla, li hu l-ogħla ġid u hena tal-bniedem. Il-libertà titlob ukoll għażla bejn it-tajjeb u l-ħażin. L-għażla tal-ħażin hi abbuż mil-libertà, li jwassal għall-jasar tad-dnub.

364. Xrabta hemm bejn il-libertà u r-responsabiltà?

1734-1737
1745-1746

Il-libertà tagħmel il-bniedem responsabbli ta għemilu skond kemm l-għemil ikun volontarju, ukoll jekk il-ħtija u r-responsabbiltà ta xi għemil jistgħu jitnaqqsu jew jispiċċaw għal kollox minħabba injoranza, vjolenza, biża, drawwiet u fatturi psikiċi.

365. Għaliex kull bniedem għandu dritt juża l-libertà tiegħu?

1738
1747 

Kull bniedem għandu dritt jagħmel użu mil-libertà tiegħu, minħabba l-istess dinjità umana tiegħu. Għalhekk dan id-dritt għandu dejjem jiġi rrispettat bmod speċjali fmaterja morali u reliġjuża, u għandu jiġi magħruf u mħares ċivilment, fil-limiti tal-ġid komuni u ta l-ordni ġust pubbliku.

366. Xpost għandha l-libertà tal-bniedem fil-pjan tas-salvazzjoni?

1739-1742
1748 

Il-libertà tagħna hija mdgħajfa minħabba l-ewwel dnub u kompliet tiddgħajjef bid-dnubiet li ġew wara. Imma Kristu ħelisna biex ngħixu ta nies ħielsa (Gal 5,1). Bil-grazzja tiegħu, l-Ispirtu s-Santu jrawwimna għall-ħelsien fir-ruħ, biex jagħmel minna kollaboraturi ħielsa tiegħu fil-Knisja u fid-dinja.

367. Liema huma l-għejun tal-moralità ta l-għemil tal-bniedem?

1749-1754
1757-1758

Il-moralità ta l-għemil tal-bniedem tiddependi minn tliet ħwejjeġ: mill-oġġett magħżul, li jista jkun ġid veru jew immaġinat, mill-intenzjoni tal-bniedem li jkun qed jagħmel xi ħaġa, jiġifieri mill-għan li bih jagħmel att, miċ-ċirkustanzi tal-għemil, kif ukoll mill-konsegwenzi tiegħu.

368. Meta għemil hu moralment tajjeb?

1755-1756
1759-1760

Għemil moralment tajjeb jistenna li jkunu tajba kemm l-oġġett, u kemm l-għan u ċ-ċirkustanzi. L-oġġett magħżul jista waħdu biss iħassar l-art kollu kemm hu, ukoll jekk l-intenzjoni tkun tajba. Mhux permess tagħmel il-ħażin biex minnu joħroġ it-tajjeb. Għan ħażin iħassar l-att, ukoll jekk l-oġġett fih innifsu jkun tajjeb. Min-naħa l-oħra, għan tajjeb ma jiġġustifikax imġiba li l-oġġett tagħha jkun ħażin, ladarba l-għan ma jiġġustifikax il-mezzi li wieħed juża biex jilħqu. Iċ-ċiekostanzi jistgħu jnaqqsu jew iżidu r-responsabbiltà ta min qiegħed jagħmel l-att, imma ma jistgħux jibdlu l-kwalità morali tal-atti nfushom u qatt ma jistgħu jibdlu att ħażin fih innifsu fwieħed tajjeb.

369. Hemm għemejjel li huma dejjem ħżiena?

1756
1761

Hemm għemejjel li l-għażla tagħhom hi dejjem ħażina minħabba l-oġġett tagħhom (bħad-dagħa, il-qtil u l-adulterju). L-għażla tagħhom turi diżordni fir-rieda, jiġifieri l-għażla tagħhom hi moralment ħażina. Mhux permess tagħmel dak li hu ħażin biex minnu toħroġ it-tajjeb.

 

IL-MORALITÀ TAL-PASSJONIJIET TAL-BNIEDEM

370. Xinhuma l-passjonijiet?

1762-1766
1771-1772

Il-passjonijiet huma sentimenti, tqanqil tas-sensi, emozzjonijiet - kollha parti naturali mill-ħajja psikika tal-bniedem li jwasslu lill-bniedem biex jagħmel xi att jew ma jagħmlux, għax iħoss li ħaġa hi tajba jew ħażina. Il-passjonijiet ewlenin huma l-imħabba u l-mibegħda, ix-xewqa u l-biża, il-ferħ, id-dwejjaq, l-għadab. L-imħabba titqanqal mill-ġibda għal dak li hu tajjeb. Aħna nħobbu biss it-tajjeb, veru jew immaġinarju.

371. Il-passjonijiet huma moralment tajbin jew ħżiena?

1767-1770
1773-1775

Ladarba l-passjonijiet huma tqanqil tas-sensi, fihom infushom la huma tajbin u lanqas ħżiena: huma tajbin jekk iwasslu għal għemejjel tajba u ħżiena jekk iwasslu għal dak li hu ħażin. L-emozzjonijiet u s-sentimenti jistgħu jsiru virtujiet jew jispiċċaw fvizzji.

 

IL-KUXJENZA MORALI

372. Xinhi l-kuxjenza morali?

1776-1780
1795-1797

Il-kuxjenza morali, li tinsab fil-qalb ta kull bniedem, hi ġudizzji tar-raġuni li, meta jkun il-waqt, twassal lill-bniedem biex jagħmel it-tajjeb u jżomm ruħu l bogħod mill-ħażin. Permezz tal-kuxjenza morali, il-bniedem jagħraf il-kwalità morali ta għemil li jkun se jagħmel jew li jkun ġa wettaq u tgħinu jieħu r-responsabbiltà tiegħu. Meta jagħti widen għall-kuxjenza morali, il-bniedem bil-għaqal jista jisma lil Alla jkellmu.

373. Xtitlob id-dinjità tal-bniedem quddiem il-kuxjenza morali?

1780-1782
1798

Id-dinjità tal-bniedem titlob u trid li l-kuxjenza morali tkun retta (jiġifieri li tkun taqbel ma dak li hu ġust u tajjeb skond ir-raġuni u skond il-Liġi ta Alla). Minħabba din l-istess dinjità tiegħu, il-bniedem mgħandux jiġi mġiegħel imur kontra l-kuxjenza tiegħu u lanqas għandu jiġi mfixkel, fil-limiti tal-ġid komuni, milli jimxi skond il-kuxjenza tiegħu, l-aktar fmaterja reliġjuża.

374. Kif tifforma kuxjenza morali retta u vera?

1783-1788
1799-1800 

Il-kuxjenza morali retta u vera tiġi ffurmata bl-edukazzjoni, u billi nagħmlu tagħna l-Kelma ta Alla u t-tagħlim tal-Knisja. Il-kuxjenza hi megħjuna bid-doni tal-Ispirtu s-Santu u bil-pariri ta nies għaqlija. It-talb u l-eżami tal-kuxjenza jgħinu wkoll fil-formazzjoni morali tal-kuxjenza.

375. Xregoli trid timxi fuqhom il-kuxjenza?

1789

Hemm tliet regoli li l-kuxjenza trid timxi dejjem fuqhom: 1) qatt ma hu permess tagħmel dak li hu ħażin biex minnu joħroġ it-tajjeb; 2) ir-Regola tad-deheb: Dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom (Mt 7,12); 3) l-imħabba tidher dejjem fir-rispett ta dawk ta madwarna u tal-kuxjenza tagħhom, imma dan ma jfissirx li taċċetta bħala tajjeb dak li hu oġġettivament ħażin.

376. Kuxjenza morali tista tagħmel ġudizzju żbaljat?

1790-1794
1801-1802

Il-bniedem għandu dejjem jobdi l-ġudizzju ċert tal-kuxjenza tiegħu, iżda jista jagħmel ġudizzju żbaljat li mhux dejjem ikun ħieles mill-ħtija. Il-bniedem mhux ħati tal-ħażen li jsir binjoranza involontarja, minkejja l-fatt li l-ħażin jibqa dejjem ħażin. Għalhekk wieħed jeħtieġlu jaħdem biex jikkoreġi l-kuxjenza morali mill-iżbalji tagħha.

 

IL-VIRTUJIET

377. Il-virtù xinhi?

1803
1833

Il-virtù hi dispożizzjoni abitwali u soda biex tagħmel it-tajjeb. L-għan ta ħajja mżejna bil-virtù hu li ssir tixbah lil Alla (San Girgor ta Nissa). Hemm virtujiet tal-bniedem u virtujiet teologali.

378. Xinhuma l-virtujiet tal-bniedem?

1804
1810-1811
1834
1839 

Il-virtujiet tal-bniedem huma perfezzjonijiet abitwali u stabbli ta l-intelliġenza u tar-rieda li jirregolaw l-għemil kollu tagħna, li jżommu l-ordni fil-passjonijiet tagħna u jmexxu l-imġiba tagħna skond ir-raġuni u l-fidi. Dawn il-virtujiet morali jinkisbu u jissaħħu permezz ta għemil tajjeb u bħafna perseveranza. Il-grazzja ta Alla ssaffihom u tgħollihom.

379. Liema huma l-virtujiet prinċipali?

1805
1834

Huma l-hekk imsejħa virtujiet kardinali, li madwarhom jinġabru l-virtujiet l-oħra kollha. Dawn huma l-għaqal, il-ġustizzja, il-qawwa u l-qies (rażan, temperanza).

380. Xinhu l-għaqal?

1806
1835

L-għaqal iħejji r-raġuni biex tagħraf, fkull ċirkustanza, il-veru ġid tagħna u biex tagħżel il-mezzi ġusti biex jinkiseb. L-għaqal imexxi l-virtujiet l-oħra kollha u jurihom il-qies tagħhom u sa fejn għandhom jaslu.

381. Xinhi l-ġustizzja?

1807
1836

Il-ġustizzja hi r-rieda soda u kostanti li nagħtu lill-oħrajn dak li jistħoqqilhom. Il-ġustizzja lejn Alla tissejjaħ il-virtù tar-reliġjon.

382. Xinhi l-qawwa?

1808
1837

Il-qawwa tagħtina li nkunu sodi fid-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom u li ma nieqfu qatt milli nfittxu t-tajjeb. Din il-virtù tħejjina biex naslu saċ-ċaħda u s-sagrifiċċju taħajjitna biex niddefendu kawża ġusta.

383. Xinhi t-temperanza?

1809
1838

It-temperanza jew ir-rażan hi dik il-virtù li tgħinna nikkontrollaw il-ġibda għall-pjaċiri, tiżgura setgħa lir-rieda fuq l-istinti u twassalna biex nużaw bil-qies il-ġid ta l-art.

384. Xinhuma l-virtujiet teologali?

1812-1813
1840-1841 

Huma l-virtujiet li għandhom lil Alla bħala l-bidu, il-motiv u l-oġġett immedjat tagħhom. Jitnisslu fil-bniedem permezz tal-grazzja li tqaddes, huma jħejju lill-insara biex jgħixu frelazzjoni mat-Trinità Qaddisa u huma l-pedament ta l-imġiba morali tan-Nisrani u jagħtuha l-ħajja filwaqt li jsaħħu l-virtujiet umani. Huma r-rahan tal-preżenza u tal-ħidma ta l-Ispirtu s-Santu fil-fakultajiet tal-bniedem.

385. Liema huma l-virtujiet teologali?

1813

Il-virtujiet teologali huma l-fidi, t-tama u l-imħabba?

386. Xinhi l-fidi?

1814-1816
1842

Il-fidi hi dik il-virtù teologali li biha nemmnu fAlla u fdak kollu li rrivelalna u li l-Knisja tgħidilna li għandna nemmnu, għax Alla hu l-istess Verità. Permezz tal-fidi, il-bniedem jintelaq kollu kemm hu minn rajh fAlla. Hu għalhekk li min jemmen ifittex li jkun jaf xinhi r-rieda ta Alla u jagħmilha għax il-fidi taħdem permezz tal-imħabba (Gal 5,6).

387. Xinhi t-tama?

1817-1821
1843 

It-tama hi dik il-virtù teologali li biha nixtiequ u nistennew mingħand Alla l-ħajja ta dejjem bħala hena tagħna, aħna u nafdaw fil-wegħdiet ta Kristu, waqt li nafdaw fil-għajnuna tal-grazzja ta l-Ispirtu s-Santu biex tkun tistħoqqilna s-Saltna tas-sema u nibqgħu nżommu sħiħ sa l-aħħar ta ħajjitna fuq din l-art.

388. Xinhi l-imħabba?

1822-1829
1844

L-imħabba hi dik il-virtù teologali li biha nħobbu l Alla iktar minn kull ħaġa oħra, u l-proxxmu tagħna bħalna nfusna, għall-imħabba ta Alla. Ġesù għamel mill-imħabba l-kmandament il-ġdid, il-milja tal-Liġi. Hi l-“qofol tal-perfezzjoni” (Kol 3,14) u s-sies tal-virtujiet l-oħra. Mingħajr l-imħabba “jien ma kont inkun xejn” u “xejn ma jkun jiswieli ta’ ġid” (1 Kor 13,1-3).

389. Xinhuma d-doni ta l-Ispirtu s-Santu?

1830-1831
1845 

Id-doni ta l-Ispirtu s-Santu huma dispożizzjonijiet li jibqgħu dejjem u li jgħinu l-bniedem joqgħod għal kulma jnebbħu Alla. Id-doni tal-Ispirtu s-Santu huma seba: għerf, fehma, kunsill, qawwa, xjenza, pjeta u biżatAlla.

390. X’inhu l-frott ta’ l-Ispirtu s-santu?

1832 

Il- frott ta’ l-Ispirtu s-Santu huma l-perfezzjonijiet li jsawwar fina bħala l-bidu tal-glorja ta’ dejjem. It-tradizzjoni tal-Knisja ssemmi tnax: “l-imħabba, l-hena, is-sliem, is-sabar, il-ħlewwa, it-tjubija, il-ħniena, il-fedeltà, il-paċenzja, il-modestja, il-kastità” (Gal 5,22-23, vulg).

 

ID-DNUB

391. X’inhu meħtieġ għalina biex naqilgħu l-ħniena ta’ Alla?

1846-1848
1870

Biex naqilgħu l-ħniena ta’ Alla rridu nagħrfu ħtijietna u nindmu minn dnubietna. Alla nnifsu, permezz tal-Kelma u l-Ispirtu tiegħu, jurina d-dnubiet tagħna, jagħtina d-don tal-verità tal-kuxjenza u t-tama tal-maħfra.

392. X’inhu d-dnub?

1849-1851
1871-1872

Id-dnub hu “kelma, għemil jew xewqa kontra l-liġi ta’ dejjem” (Santu Wistin). Hu offiża lil Alla għax imur kontra l-imħabba tiegħu. Id-dnub jidrob in-natura tal-bniedem u jhedded is-solidarjetà bejn il-bnedmin. Fil-Passjoni tiegħu, Kristu jurina bis-sħiħ il-gravità tad-dnub u jirbħu bil-ħniena tiegħu.

393. Jeżistu suriet differenti ta dnub?

1852-1853
1873 

Hemm varjetà kbira ta dnubiet. Nistgħu nagħżlu d-dnubiet skond l-oġġett tagħhom jew skond il-virtujiet jew il-kmandamenti li jiksru. Id-dnubiet jistgħu jkunu kontra Alla, kontra għajrna jew kontra tagħna nfusna. Nistgħu ukoll nagħżluhom bħala dnubiet bil-ħsieb, bil-kliem, bl-għemil jew bnuqqas ta għemil.

394. Kif jingħaraf id-dnub mill-gravità tiegħu?

1854

Id-dnub jista jkun dnub mejjet jew dnub venjal.

395. Meta nagħmlu dnub mejjet?

1855-1861
1874 

Hu dnub mejjet kull dnub li bħala oġġett tiegħu għandu materja gravi, min jagħmlu jkun jaf sewwa xqiegħed jagħmel, u jagħmlu brieda sħiħa. Dan id-dnub jeqred fina l-imħabba, iċaħħadna mill-grazzja li tqaddes u jwassalna għall-mewt ta dejjem fl-infern jekk aħna ma nindmux minnu. Dan id-dnub jinħafer bmod ordinarju permezz tas-sagramenti tal-Magħmudija u tal-Qrar jew tar-Rikonċiljazzjoni.

396. Meta nagħmlu dnub venjal?

1862-1864
1875 

Id-dnub venjal, li jingħaraf tajjeb mid-dnub il-mejjet, jitwettaq fħaġa żgħira jew fħaġa kbira jekk ma jkunx hemm il-kunsens jew l-għarfien sħiħ. Id-dnub venjal ma jiksirx il-patt ma Alla imma jdgħajjef l-imħabba; juri ġibda diżordinata għall-ħwejjeġ maħluqa; ixekkel il-progress tar-ruħ fit-tħaddim tal-virtujiet u fil-ħarsien tal-liġi morali; jistħoqqlu pwieni temporali bħala mezz ta tisfija.

397. Kif joktor fina d-dnub?

1865
1876

Id-dnub iwassal għal dnub ieħor u l-istess għemil ripetut ta’ spiss iwassal għall-vizzju.

398. X’inhuma l-vizzji?

1866-1867

Il-vizzji li huma l-kuntrarju tal-virtujiet, huma drawwiet ħżiena li jdallmu l-kuxjenza u jbiddlilha l-kapaċità li tagħżel sewwa bejn it-tajjeb u l-ħażin. Il-vizzji nistgħu norbtuhom ma’ l-irjus tad-dnubiet il-mejta, li huma: il-kburija jew is-suppervja, ix-xeħħa, l-għira, il-korla, iż-żina, l-ikel u x-xorb żejjed u l-għażż.

399. Għandna responsabbiltà fid-dnub ta l-oħrajn?

1868

Inkunu responsabbli jekk nikkoperaw fihom ħtija tagħna.

400. Xinhuma l-istrutturi tad-dnub?

1869

Huma sitwazzjonijiet jew istituzzjonijiet li jmorru kontra l-liġi ta Alla; huma espressjoni u effett tad-dnubiet personali.

 

KAPITLU TNEJN

IL-KOMUNITÀ TAL-BNEDMIN

IL-PERSUNA U S-SOĊJETÀ

401. Xinhi d-dimensjoni soċjali tal-bniedem?

1877-1880
1890-1891

Flimkien mas-sejħa personali għall-hena, il-bniedem għandu ħajja soċjali li hi parti mill-istess natura u sejħa tiegħu. Fil-fatt, il-bnedmin kollha huma msejħa għall-istess għan, li hu Alla nnifsu; hemm ċertu xebh bejn il-komunjoni tat-Tliet Persuni tat-Trinità Qaddisa u l-għaqda li l-bnedmin iridu jibnu bejniethom bħala aħwa fil-verità u fl-imħabba; l-imħabba tal-proxxmu ma tistax tinfired mill-imħabba ta Alla.

402. Xinhi r-rabta bejn il-bniedem u s-soċjetà?

1881-1882
1892-1893

Il-persuna umana għandha tkun il-prinċipju, is-suġġett u l-għan tal-istituti soċjali kollha . Xi soċjetajiet, bħalma hi l-familja u l-komunità ċivika, huma bżonn għall-bniedem. Huma taġid ukoll għaqdiet oħra, kemm fi ħdan il-komunità politika kif ukoll fuq livell internazzjonali, sakemm jirrispettaw il-prinċipju tasussidjarità.

403. Xinhu l-prinċipju ta sussidjarità?

1883-1885
1894

Skond dan il-prinċipju, ebda soċjetà ta grad aktar għoli mgħandha tindaħal fil-ħajja ta komunità ta grad inqas, u hekk iċċaħħadha minn dak li hu tagħha, iżda minflok għandha tgħinha meta jkun hemm bżonn.

404. Xtitlob aktar konvivenza awtentika umana?

1886-1889
1895-1896

Soċjetà vera titlob minna li nirrispettaw il-ġustizzja u l-ġerarkija ġusta tal-valuri li jqiegħdu d-dimensjonijiet fiżiċi u istintivi wara d-dimensjonijiet interjuri u spiritwali. Bmod speċjali fejn id-dnub ħassar l-ambjent soċjali, jeħtieġ isir appell għall-konverżjoni tal-qlub u għall-grazzja ta Alla, sabiex jinkiseb tibdil soċjali li tassew ikun ta qadi għal kull bniedem u għall-persuna sħiħa. L-imħabba, li titlob minna u tagħmilna kapaċi nkunu ġusti, hi l-aqwa kmandament soċjali.

 

IT-TISĦIB FIL-ĦAJJA SOĊJALI

405. Fuqiex tinbena l-awtorità fis-soċjetà?

1897-1902
1918-1920

Kull komunità tal-bnedmin teħtieġ awtorità leġittima u li tiżgura l-ordni u l-ġid komuni fis-soċjetà. Din l-awtorità għandha l-pedament tagħha fin-natura tal-bniedem għax hi parti mill-ordni mwaqqaf minn Alla stess.

406. L-awtorità meta titħaddem bmod leġittimu?

1901-1904
1921-1922

L-Awtorità titħaddem bmod leġittimu meta tfittex il-ġid komuni u meta tuża mezzi li huma moralment leċiti. Għalhekk il-mod kif jitmexxew is-sistemi politiċi għandu jitħalla għar-rieda ħielsa taċ-ċittadini u kull sistema politika trid tirrispetta l-prinċipju li l-liġi hi sovrana u mhux fl-arbitriju ta dak li jkun. Il-liġijiet inġusti u l-miżuri li huma kontra l-ordni morali ma jobbligawx fil-kuxjenza.

407. Xinhu l-ġid komuni?

1905-1906
1924

Bġid komuni nifhmu dawk il-kundizzjonijiet soċjali kollha li fihom il-gruppi u l-membri tagħhom jilħqu l-perfezzjoni tagħhom bmod mill-iktar sħiħ.

408. Xjitlob il-ġid komuni?

1907-1909
1925

Il-ġid komuni jitlob ir-rispett tal-persuna u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem; l-iżvilupp tal-ġid materjali u spiritwali tal-persuni u tas-soċjetà; il-paċi u s-sigurtà ta kulħadd.

409. Fejn jitwettaq bl-akbar mod sħiħ il-ġid komuni?

1910-1912
1927

Il-ġid komuni jitwettaq bl-ikbar mod sħiħ fil-komunitajiet politiċi li jiddefendu u jġibu l quddiem il-ġid taċ-ċittadini u tal-gruppi kollha fi ħdan is-soċjetà ċivili, mingħajr ma jiġi ttraskurat il-ġid universali tal-familja umana.

410. X’inhu s-sehem tal-bniedem fit-twettiq tal-ġid komuni?

1913-1917
1926 

Kull bniedem jagħti sehmu skond il-post u x-xogħol li għandu, filwaqt li jirrispetta l-liġijiet ġusti, biex iġib ‘il quddiem il-ġid komuni. Huwa għandu jieħu ħsieb ukoll dawk l-oqsma li hu responsabbli personalment tagħhom, bħalma hi l-familja tiegħu u l-impenn tiegħu fuq il-post tax-xogħol. Iċ-ċittadini mbagħad, għandhom jieħdu sehem attiv, sakemm ikun possibbli, fil-ħajja pubblika.

 

IL-ĠUSTIZZJA SOĊJALI

411. Kif tista’ s-soċjetà tiżgura l-ġustizzja soċjali?

1928-1933
1943-1944

Is-soċjeta tiżgura l-ġustizzja soċjali meta tirrispetta d-dinjità u d-drittijiet tal-persuna, l-iskop proprju tas-soċjetà stess. Barra minn hekk, is-soċjetà tħares il-ġustizzja soċjali, li hi marbuta mal-ġid komuni u ma l-eżerċizzju ta l-awtorità, meta tara li jkun hemm dawk il-kundizzjonijiet li jippermettu lill-għaqdiet u lill-individwi li jiksbu dak kollu li għandhom dritt għalih.

412. Fuqiex tinbena l-ugwaljanza fost il-bnedmin?

1934-1935
1945 

Il-bnedmin kollha għandhom l-istess dinjità u drittijiet fundamentali, għaliex huma, maħluqin fuq ix-xbieha ta Alla l-waħdieni u mogħnijin bl-istess ruħ razzjonali, għandhom l-istess natura u nisel, u huma msejħin, fi Kristu s-Salvatur waħdani, għall-istess hena divina.

413. Kif tkejjel in-nuqqas ta ugwaljanza bejn il-bnedmin?

1936-1938
1946-1947 

Id-differenzi ekonomiċi u soċjali kbar li jolqtu miljuni ta bnedmin imorru kontra l-Evanġelju, kontra l-ġustizzja, kontra d-dinjità tal-bniedem, kontra l-paċi. Imma hemm ukoll differenzi bejn il-bnedmin li huma parti mill-pjan ta Alla. Fil-fatt, Alla jrid li kull wieħed jikseb dak li jeħtieġ mingħand ħaddieħor, u li dawk li għandhom xi talenti partikulari jaqsmuhom ma l-oħrajn. Dawn id-differenzi jħajru, u ħafna drabi jobbligaw, lin-nies biex juru qalb kbira, tjieba liema bħalha u xewqa li jaqsmu dak li jkollhom ma l-oħrajn. Bhekk, il-kulturi differenti jgħinu lil xulxin.

414. Kif tidher is-solidarjetà bejn il-bnedmin?

1939-1942
1948

Is-solidarjetà, li ġejja mill-fraternità umana u nisranija, tidher l-ewwel u qabel kollox fit-tqassim ġust tal-ġid, fil-ħlas xieraq tax-xogħol u fl-impenn għall-ordni soċjali aktar ġust. Il-virtù tas-solidarjetà titħaddem ukoll fil-qsim tal-ġid spiritwali tal-fidi, li huwa wisq aktar important minn dik materjali.

 

KAPITLU TLIETA

IS-SALVAZZJONI TA ALLA: IL-LIĠI U L-GRAZZJA

 

IL-LIĠI MORALI

415. Xinhi l-liġi morali?

1950-1953
1975-1978 

Il-liġi morali hi opra ta l-għerf ta Alla. Hi turi lill-bniedem it-triqat u l-imġiba li jwasslu għall-hena mwiegħed u tordnalu biex ma jaqbadx it-toroq li jbegħduh minn Alla.

416. Xinhi l-liġi morali naturali?

1954-1960
1978-1979

Il-liġi naturali, miktuba mill-Ħallieq fqalb kull bniedem, hi s-sehem mill-għerf u t-tjieba ta Alla u tesprimi s-sens morali li sa mill-bidu mexxa l-bniedem biex, permezz tar-raġuni, jagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin. Hi liġi universali u ma tinbidilx u tqiegħed il-pedamenti tad-dmirijiet u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, kif ukoll tal-komunità umana u ta l-istess liġi ċivili.

417. Kulħadd jagħraf din il-liġi?

1960

Minħabba d-dnub, mhux dejjem u mhux kulħadd jagħraf il-liġi naturali bl-istess mod ċar u minnufih.

Huwa għelhekk li Alla kiteb fuq it-twavel tal-liġi dak li l-bnedmin ma kinux qegħdin jaqraw fi qlubhom. (Santu Wistin)

 

418. Xinhi r-rabta bejn il-liġi naturali u l-Liġi l-qadima?

1961-1962
1980

Il-Liġi l-qadima hi l-ewwel pass tal-Liġi rivelata. Hi ssemmi ħafna veritajiet li r-raġuni tal-bniedem tasal biex tagħrafhom bil-ħiliet naturali tagħha. Dawn il-veritajiet huma mxandra u mħabbra bħala very fil-Pattijiet tas-Salvazzjoni. L-ordnijiet morali tal-Liġi, miġburin fl-Għaxar Kmandamenti, iqiegħdu s-sisien tal-vokazzjoni tal-bniedem, jipprojbixxulu dak li hu kontra l-imħabba ta Alla u tal-proxxmu, u jordnawlu dak li hu essenzjali għalih.

419. Xpost għandha l-Liġi l-qadima fil-pjan tal-salvazzjoni?

1963-1964
1982 

Il-Liġi l-qadima tgħinna nagħrfu ħafna veritajiet permezz tar-raġuni, turina dak li għandna jew mgħandniex nagħmlu u fuq kollox, bħalma jagħmel għalliem għaref, tħejji u tiddisponi l-bniedem għall-konverżjoni u biex jilqa l-Evanġelju. Iżda, minkejja li hi Liġi qaddisa, spiritwali u tajba, il-Liġi l-qadima għadha mhix perfetta, għax ma tagħtix minnha nnifisha l-qawwa u l-grazzja ta l-Ispirtu s-Santu biex inħarsuha.

420. Xinhi l-Liġi jew il-Liġi evanġelika?

1965-1972
1983-1985 

Il-Liġi l-ġdida jew il-Liġi evanġelika, imħabbra u mwettqa minn Kristu, ittemm u twassal għall-perfezzjoni l-l-Liġi ta Alla, naturali u rivelata. Hi miġbura fil-kmandament ta l-imħabba ta Alla u tal-proxxmu, u ta l-imħabba ta xulxin bħalma Kristu Ġesù ħabb lilna. Hija wkoll realtà interjuri għall-bniedem: hija l-grazzja ta l-Ispirtu s-Santu li tgħinna ngħixu din l-imħabba. Hija l-liġi tal-libertà (Gal 1:25), għax twassalna nagħmlu dak li għandna nagħmlu minn rajna u mqanqlin mill-imħabba.

Il-liġi l-ġdida hi prinċipalment l-istess grazzja ta l-Ispirtu s-Santu, mogħtija lil dawk li jemmnu fi Kristu. (San Tumas ta Aquino)

 

421. Fejn tinsab din il-Liġi l-ġdida?

1971-1974
1986

Il-Liġi l-ġdida tinsab fil-ħajja kollha u fil-predikazzjoni ta Kristu, u fil-katekeżi morali tat-tagħlim ta l-Appostli: bmod partikulari hi mfissra fid-Diskors tal-Muntanja.

 

GRAZZJA U ĠUSTIFIKAZZJONI

422. Xinhi l-ġustifikazzjoni?

1987-1995
2017-2020 

Il-ġustifikazzjoni hi l-aqwa opra ta l-imħabba ta Alla. Hi l-azzjoni kollha ħniena ta Alla, mogħtija lilna bxejn, li tħassrilna d-dnubiet tagħna u tagħmilna ġusti u qaddisa kollna kemm aħna. Dan isir bil-grazzja ta l-Ispirtu s-Santu, u ġiet immeritata għalina permezz tal-Passjoni ta Kristu u tingħatalna fil-Magħmudija. Il-ġustifikazzjoni tagħti bidu għat-tweġiba ħielsa tal-bniedem, jiġifieri, għall-fidi fi Kristu u għall-kollaborazzjoni mal-grazzja ta l-Ispirtu s-Santu.

423. Xinhi l-grazzja li tiġġustifika?

1996-1998
2005
2021 

Il-grazzja hi rigal bxejn li Alla jagħtina biex nieħdu sehem mill-ħajja tat-Trinità Qaddisa u biex jgħinna nagħmlu kollox għall-imħabba tiegħu. Hi msejħa grazzja abitwali, santifikanti jew divinizzanti għax tqaddisna u tagħmilna wlied Alla. Hija soprannaturali għax tiddependi għal kollox mill-inizjattiva ta Alla u tisboq il-ħila kollha ta l-intelliġenza u l-qawwiet kollha tar-rieda tal-bniedem. Għalhekk tmur l hinn mill-esperjenza tagħna.

424. Xtipi oħra ta grazzja hemm?

1999-2000
2003-2004
2023-2024

Minbarra l-grazzja abitwali, insibu: il-grazzji attwali (l-għajnuniet li Alla jagħtina fiċ-ċirkustanzi differenti ta ħajjitna); il-grazzji sagramentali (id-doni proprji ta kull sagrament); il-grazzji speċjali jew kariżmi (li għandhom bħala skop il-ġid komuni tal-Knisja) li fosthom insibu l-grazzji tal-l-istat, li jingħataw għall-qadi tal-ministeri fi ħdan il-Knisja u tar-responsabbiltajiet tal-ħajja.

425. Xinhi r-rabta bejn il-grazzja u l-libertà tal-bniedem?

2001-2002

Il-grazzja tħejji u tqanqal it-tweġiba ħielsa tal-bniedem. Hija twieġeb għax-xewqat profondi tal-libertà umana, tqanqalha biex taħdem mal-grazzja u twassalha għall-perfezzjoni.

426. Xinhu l-mertu?

2006-2010
2025-2026

Il-mertu hu dak kollu li jtina dritt għal ħlas dovut għal kull għemil tajjeb. Quddiem Alla, il-bniedem ma jistħoqqlu xejn għax Alla diġa tana kollox bxejn. Iżda Alla jagħti lill-bniedem iċ-ċans li jakkwista l-merti billi jintrabat dejjem iktar ma l-imħabba ta Kristu, li hu l-għajn tal-merti tagħna quddiem Alla. Il-merti ta għemejjel tajba għandhom jitqiesu qabel kollox bħala effett tal-grazzja ta Alla, imbagħad bħala merti ġejjin mir-rieda ħielsa tal-bniedem.

427. Xinhu l-ġid li jista jistħoqqilna?

2010-2011
2027

Imqanqlin mill-Ispirtu s-Santu, aħna nistgħu nimmeritaw għalina u għall-oħrajn il-grazzji li jiswewlna għall-qdusija tagħna u biex niksbu l-ħajja ta dejjem, kif ukoll il-ġid ta l-art li neħtieġu skond il-pjan ta Alla. Ebda bniedem ma jista jimmerita l-ewwel grazzja, dik li hi l-bidu tal-konverżjoni u tal-ġustifikazzjoni.

428. Aħna lkoll imsejħin għall-qdusija nisranija?

2012-2016
2028-2029 

L-insara kollha huma msejħa għall-qdusija nisranija. Hi l-milja tal-ħajja nisranija u l-perfezzjoni ta l-imħabba li titwettaq fl-għaqda intima ma Kristu u fih, mat-Trinità Qaddisa. Wara li jkun għadda mis-salib, il-mixja tal-qdusija tan-Nisrani tintemm bil-qawmien mill-mewt tal-ġusti, fejn Alla jkun kollox fkollox.

 

IL-KNISJA, OMM U GĦALLIEMA

429. Bliema mod il-Knisja tmantni l-ħajja morali tan-Nisrani?

2030-2031
2047

Il-Knisja hija l-komunità fejn in-Nisrani jilqa l-Kelma ta Alla u t-tagħlim tal-Liġi ta Kristu (Gal 6:2); jirċievi l-grazzja tas-sagramenti; jingħaqad ma l-offerta ewkaristika ta Kristu, hekk li l-ħajja morali tiegħu issir qima spiritwali; jieħu l-eżempji tal-qdusija lill-Verġni Marija u mill-Qaddisin.

430. Għaliex il-maġisteru tal-Knisja jintervjeni fil-qasam morali?

2032-2040
2049-2051

Għax huwa d-dmir tal-Maġisteru tal-Knisja li jxandar il-fidi li fiha għandna nemmnu u li għandna ngħixu fħajjitna. Dan id-dmir jgħodd ukoll għall-preċetti speċifiċi tal-liġi naturali, għax il-ħarsien tagħhom hu meħtieġ għas-salvazzjoni.

431. X’inhu l-iskop tal-preċetti tal-Knisja?

2041
2048

Il-ħames preċetti tal-Knisja jiżguraw li l-insara jagħmlu almenu dak il-ftit li hu meħtieġ mill-ispirtu tat-talb, mill-ħajja sagramentali, mill-impenn morali biex jikbru fl-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu.

432. Liema huma l-preċetti tal-Knisja?

2042-2043 

Il-preċetti tal-Knisja huma: 1) li tieħu sehem fil-Quddiesa tal-Ħadd u tal-festi kmandati u li ma tagħmilx xogħol jew attivitajiet li jistgħu jfixklu t-tqaddis ta dawn il-jiem; 2) li tistqarr id-dnubiet u tirċievi s-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni almenu darba fis-sena; 3) li tersaq tirċievi s-sagrament ta l-Ewkaristija almenu fi żmien ta l-Għid; 4) li ma tikolx laħam u li tosserva s-sawm fil-ġranet stabbiliti mill-Knisja; 5) li tgħin fil-bżonnijiet materjali tal-Knisja, kulħadd skond kemm jista.

433. Għaliex il-ħajja morali ta l-insara ma tistax tgħaddi mingħajr it-tħabbira tal-Vanġelu?

2044-2046

L-insara, bil-ħajja tagħhom li tixbah lil dik taĠesù Kristu, jiġbdu l-bnedmin lejn il-fidi vera fAlla, jibnu l-Knisja, iwasslu fid-dinja l-ispirtu tal-Vanġelu u jħaffu l-miġja tas-Saltna ta Alla.

 

  

It-Tieni Sezzjoni

L-GĦAXAR KMANDAMENTI

 

 

Żagħżugħ resaq lejn Ġesù u għamillu din il-mistoqsija: Mgħallem, xgħandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta dejjem? (Mt 19,16). Ġesù wieġbu: Jekk inti trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti, u wara kien pront żied: Ejja u imxi warajja (Mt 19,17.21).

 

 

 

Eżodu 20:2-17 

Jiena hu l-MULEJ, Alla

tiegħek, li ħriġtek mill-

art ta' l-Eġittu, minn dar

il-jasar.

 

Ma jkollokx allat oħra

għajri. La tagħmilx

għalik suriet minquxa

u ebda xbieha ta' ebda

ħaġa li hemm fl-għoli

tas-sema, jew isfel fl-art,

jew fil-baħar taħt l-art.

La tmilx quddiemhom: la

tadurahomx għaliex jiena

hu l-Mulej Alla tiegħek,

Alla għajjur, li npatti

l-ħażen tal-missirijiet fuq

l-ulied sat-tielet u r-raba'

ġenerazzjoni lil dawk

li jobogħduni; imma

nagħder sa l-elf nisel lil

min iħobbni u jżomm il-

kmandamenti tiegħi.

 

La ssemmix l-isem

tal-Mulej, Alla tiegħek,

fix-xejn: għaliex lil min

isemmi l-isem tiegħu

fix-xejn, il-Mulej ma

jħallihx bla kastig.

 

Ftakar f'jum is-Sibt u

qaddsu. Sitt ijiem taħdem

u tagħmel kull ma

għandek tagħmel; imma

s-seba' jum hu jum il-

mistrieħ f'ġieħ il-Mulej,

Alla tiegħek. Dan il-jum

ma tagħmel ebda xogħol,

int, ibnek, il-qaddej

u l-qaddejja tiegħek,

il-bhejjem tiegħek, u

l-barrani li jkun ġewwa

bwiebek. Għax f'sitt

ijiem il-Mulej għamel is-

smewwiet u l-art; il-baħar

u kull ma hemm fihom,

u strieħ fis-seba' jum.

Għalhekk il-Mulej bierek

is-seba' jum u qaddsu.

 

Weġġaħ lil missierek

u lil ommok, sabiex

jitkattru jiemek fuq l-art

li l-Mulej, Alla tiegħek,

jagħtik.

 

La toqtolx.

 

La tagħmilx adulterju.

 

La tisraqx.

 

La tagħtix xhieda

giddieba kontra għajrek.

 

La tixtieqx dar għajrek:

la tixtieqx il-mara ta'

għajrek, il-qaddej jew il-

qaddejja tiegħu, l-għoġol

jew il-ħmar tiegħu, u xejn

minn kull ma għandu

għajrek.

 

Dewtoronomju 5:6-21

 'Jiena l-Mulej li ħriġtek

mill-art ta' l-Eġittu, minn

dar il-jasar.

 

'Ma jkollokx allat oħra

ħliefi;……..

 

 Issejjaħx l-isem tal-Mulej,

Alla tiegħek, fil-batal………

 

Ħares jum is-Sibt

 u qaddsu…….

 

'Weġġaħ lil missierek

u 'l ommok……

 

'La toqtolx.

 

 'La tagħmilx adulterju.

 

'La tisraqx.

 

 'La tixhidx fil-falz

kontra għajrek.

 

'La tixtieqx il-mara

ta' għajrek.

 

La tixxennaqx

għal xejn milli għandu għajrek.'

 

Il-Formula Katekistika

1.Jiena Alla Sidek:
Ma jkollokx Alla

ieħor għajri.

2.La ssemmix l-isem
t
Alla fil-batal.

3.Ħares il-Ħdud u l-
btajjel kollha.

4. Weġġaħ lil missierek u
l ommok.

5. La toqtolx.

6. La tiżnix.

7. La tisraqx. 

8. La tixhidx fil-falz.

9. La tixtieqx nisa ta
l-oħrajn.

10. La tixtieqx ħwejjeġ
ta
l-oħrajn.

 

434. Mgħallem, xtajjeb għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta dejjem? (Mt 19:16).

2052-2054
2075-2076

Liż-żagħżugħ li għamillu din il-mistoqsija, Ġesù wieġbu: Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-Kmandamenti imbagħad żied: Ejja u imxi warajja (Mt 19:16-21). Li timxi wara Ġesù jfisser li tħares il-kmandamenti. Il-Liġi ma tneħħietx, iżda l-bniedem hu mistieden isibha fil-persuna ta l-Imgħallem divin, li jwassalha għall-perfezzjoni fih innifsu, li jurina t-tifsira s-sħiħa tagħha u jagħti xhieda li hi għal dejjem.

435. Kif jinterpreta l-Liġi Ġesù?

2055

Ġesù jinterpreta l-Liġi fid-dawl tal-Kmandament doppju u waħdieni ta l-imħabba, li hi l-milja tal-Liġi: Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, bqalbek kollha, bruħek kollha, u bmoħħok kollu. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed, u t-tieni jixbhu: Ħobb il-għajrek bħalek innifsek. Dawn iż-żewġ kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi u tal-Profeti (Mt 22:37-40).

436. Xi tfisser il-kelma Dekalogu?

2056-2057

Il-kelma Dekalogu tfisser għaxar kelmiet ( 34:28). Dawn l-għaxar kelmiet jiġbru fihom il-Liġi mogħtija minn Alla lill-poplu ta Israel, u rridu nifhmuhom fil-kuntest tal-Patt li Alla għamel permezz ta Mosè. Filwaqt li jurina l-kmandamenti ta l-imħabba ta Alla (l-ewwel tlieta) u tal- proxxmu (is-sebgħa l-oħra), id-Dekalogu juri wkoll lill-poplu magħżul u bmod partikolari, lil kull wieħed u waħda minna, it-triq ta ħajja ħielsa mill-jasar tad-dnub.

437. Xinhi r-rabta bejn id-Dekalogu u l-Patt?

2058-2063
2077

Id-dekalogu jinftiehem fid-dawl tal-Patt, fejn Alla juri lilu nnifsu u r-rieda tiegħu. Meta l-poplu jħares il-kmandamenti, huwa jkun qed juri li hu kollu kemm hu ta Alla kif ukoll ikun qiegħed iwieġeb, bi gratitudni, għall-inizjattiva kollha mħabba ta Alla.

438. Ximportanza tagħti l-Knisja lid-Dekalogu?

2064-2068

Bfedeltà lejn l-Iskrittura u fuq l-eżempju taĠesù, il-Knisja tagħti importanza u tifsira mill-aqwa lid-Dekalogu. Għalhekk, l-insara huma obbligati josservaw id-Dekalogu.

439. Għaliex id-Dekalogu hu ħaġa organika waħda?

2069
2079

L-għaxar kmandamenti huma ħaġa waħda u ma jistgħux jinqatgħu minn xulxin, għax kull kmandament huwa marbut mal-kmandamenti l-oħra u mad-Dekalogu kollu. Għalhekk il-ksur ta kmandament wieħed jikser il-Liġi kollha.

440. Għaliex il-ħarsien tad-Dekalogu jobbliga bmod gravi?

2072-2073
2081

Għax id-Dekalogu juri d-dmirijiet fundamentali tal-bniedem lejn Alla u lejn il-proxxmu.

441. Hu possibbli tħares id-Dekalogu?

2074
2082

Iva, għax Kristu, li mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn, jagħtina l-qawwa nħarsuh bil-grazzja tiegħu u permezz tad-don ta l-Ispirtu s-Santu.

 

L-EWWEL KAPITLU

ĦOBB IL-MULEJ ALLA TIEGĦEK
B
QALBEK KOLLHA, BRUĦEK KOLLHA.

L-EWWEL KMANDAMENT:

JIEN HU L-MULEJ, ALLA TIEGĦEK,

MA JKOLLOKX ALLA IEĦOR GĦAJRI

442. Xi tfisser l-istqarrija ta Alla: Jien hu l-Mulej, Alla tiegħek ( 20:2)?

2083-2094
2133-2134

Għall-insara, dan ifisser li jħarsu u jwettqu t-tliet virtujiet teologali u li jaħarbu mid-dnub li jmur kontra dawn il-virtujiet. Il-fidi temmen fAlla u tbiegħed dak li hu kuntrarju għaliha għad-dubju volontarju, l-inkredulità jew nuqqas ta twemmin, l-ereżija, l-apostasija u x-xiżma. It-tama tistenna bfiduċja d-dehra hienja ta Alla u l-għajnuna tiegħu, u tevita d-disperazzjoni u l-prużunzjoni. L-imħabba tħobb lil Alla fuq kollox: għalhekk tbiegħed minnha l-indifferenza, l-ingratitudni, il-bruda, l-għażż spiritwali u l-mibgħeda ta Alla li tiġi mis-suppervja.

443. Xtitlob il-Kelma tal-Mulej: Lill-Mulej Alla tiegħek għandek tadura, u lilu biss taqdi (Mt 4,10)?

2095-2105
2135-2136 

Titlob: li naduraw lil Alla bħala s-Sid tal-ħolqien kollu; li nqimuh kemm waħedna kif ukoll bħala komunità; li nitolbuh btalb ta tiħir, ta radd il-ħajr u ta interċessjoni; li noffrulu sagrifiċċji, bmod speċjali s-sagrfiċċju spiritwali tal-ħajja tagħna nnifisha, fgħaqda mas-sagrifiċċju perfett ta Kristu; li nżommu l-wegħdiet u l-voti li nagħmlulu.

444. Bliema mod il-bniedem jeżerċita d-dritt li jqim lil Alla fil-verità u blibertà?

2104-2109
2137 

Kull bniedem għandu d-dritt u d-dmir morali li jfittex il-verità, l-aktar il-verità dwar Alla u l-Knisja tiegħu u, meta jsibha, il-bniedem huwa fid-dmir li jħaddanha u li jieħu ħsiebha bfedeltà, billi jagħti lil Alla qima vera. Fl-istess waqt, id-dinjità tal-bniedem titlob li fejn tidħol ir-reliġjon, ħadd ma jiġi mġiegħel imur kontra l-kuxjenza, kemm privatament u kemm pubblikament, waħdu jew flimkien ma oħrajn, sakemm dan isir fil-limiti ġusti ta l-ordni pubblika.

445. Xjipprojbixxi Alla meta jgħid: Ma jkollokx allat oħra għajri ( 20:2)?

2110-2128
2138-2140 

Dan il-kmandament jipprojbixxi:

· Il-politeiżmu u l-idolatrija, li jagħmel alla lil xi ħlejjaq: il-ġid, il-flus u saħansitra lix-xitan innifsu;

· Is-superstizzjoni, li hi tgħawwiġ tal-qima li tistħoqq lil Alla veru u li tieħu diversi suriet fosthom: it-teħbir, il-maġija, is-seħer u l-ispiritiżmu;

· L-irreliġjon, li tesprimi ruħha meta l-bniedem jittanta lil Alla bi kliem jew b’għemil; fis-sagrileġġ li hu profanazzjoni ta’ persuni jew ħwejjeġ qaddisa, b’mod speċjali l-Ewkaristija; fis-simonija li hi x-xiri u l-bejgħ ta’ realtajiet spiritwali;

· L-ateiżmu li jiċħad l-eżistenza ta’ Alla u li spiss huwa bbażat fuq fehma qarrieqa ta’ l-awtonomija tal-bniedem;

· L-anjostiċiżmu li ma jgħid xejn jew ma jaf xejn dwar Alla u li jista’ jkun sura ta’ indifferentiżmu u ta’ ateiżmu fil-prattika.

446. Il-kmand ta Alla: La tagħmilx għalik suriet minquxa....... ( 20:3), jipprojbixxi l-qima tax-xbihat?

2129-2132
2141 

Fit-Testment il-Qadim, dan il-kmandament hu projbizzjoni ta kull xbieha ta Alla, li hu kollu kemm hu traxxendenti. Minn meta l-Iben ta Alla sar bniedem, il-kult nisrani ta xbihat qaddisa ġie ġġustifikat (bħalma jgħid it-tieni Konċilju ta Niċea tas-sena 787AD), ladarba huwa bbażat fuq il-Misteru tal-Iben ta Alla magħmul bniedem, fejn Alla traxxendenti juri lilu nnifsu. Dan ma jfissirx li wieħed jadura xbieha imma li wieħed jagħti qima lil min tirrappreżenta dik ix-xbieha: Kristu, il-Verġni Marija, l-anġli u l-qaddisin.

 

IT-TIENI KMANDAMENT:
LA SSEMMIX L-ISEM TA
ALLA FIL-BATAL.

447. Kif nirrispettaw il-qdusija ta l-isem ta Alla?

2142-2149
2160-2162

L-isem qaddis ta Alla nirrispettawh billi nsejħulu, inberkuh, nagħtuh ġieħ u nigglorifikawh. Għalhekk irridu nevitaw kull abbuż billi nsejħu l-isem ta Alla biex niġġustifikaw xi att kriminali u kull użu ħażin ta Ismu, bħad-dagħa, li hu minnu nnifsu dnub gravi; il-ħalf u l-infedeltà lejn il-wegħdiet magħmulin fisem Alla.

448. Għaliex hu pprojbit il-ġurament falz?

2150-2151
2163-2164 

Għax bġurament falz tkun qiegħed issejjaħ lil Alla, li hu l-Verità fih innifsu, bħala xhud ta gidba.

Taħlifx la bil-Ħallieq u lanqas bil-ħlejjaq, jekk mhux dwar verità, għal xi ħtieġa u bqima (SantInjazju ta Loyola).

 

449. X’inhu l-ħalf fil-falz?

2152-2155

Jaħlef fil-falz min, b’ġurament, jagħmel wegħda li m’għandux ħsieb iżomm, jew min jikser wegħda li jkun għamel taħt ġurament. Huwa dnub gravi li jmur kontra Alla, li hu dejjem fidil lejn il-wegħdiet tiegħu.

 

IT-TIELET KMANDAMENT:
QADDES IL-ĦDUD U L-FESTI

450. Għaliex “Il-Mulej bierek is-seba’ jum u qaddsu” ( 20:11)?

2168-2172
2189

Għax is-Sibt ifakkar il-mistrieħ ta’ Alla fis-seba’ jum tal-ħolqien, kif ukoll il-ħelsien ta’ Israel mill-jasar tal-Eġittu u l-Patt li Alla għamel mal-poplu tiegħu.

451. Kif Ġesù jħares lejn il-jum tas-Sibt?

2173

Ġesù jagħraf il-qdusija tas-Sibt u b’setgħa divina jagħtih it-tifsira vera tiegħu: “Is-Sibt kien magħmul għall-bniedem, u mhux il-bniedem għas-Sibt” (Mk 2:27).

452. Għaliex għall-insara, il-Ħadd ħa post is-Sibt?

2174-2176
2190-2191 

Għax il-Ħadd hu jum il-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù. Bħala “l-ewwel jum tal-ġimgħa” (Mk 16:2) jfakkar l-ewwel ħolqien; bħala “t-tmien jum” li jiġi wara s-Sibt, ifisser il-ħolqien ġdid mibdi bil-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet. Għalhekk għan-Nisrani l-Ħadd sar l-ewwel jum tal-jiem kollha u l-ewwel fost il-festi kollha: Jum il-Mulej, li fih, bl-Għid tiegħu, temm il-verità spiritwali tas-Sibt u ħabbar il-mistrieħ ta’ dejjem tal-bniedem f’Alla.

453. Kif inqaddsu l-Ħadd?

2177-2185
2192-2193 

L-Insara jqaddsu l-Ħadd u l-festi kmandati billi jieħdu sehem fl-Ewkaristija tal-Mulej; billi jfittxu li ma jagħmlux xogħol jew attivitajiet oħra li ma jħalluhomx jagħtu qima lil Alla u li jfixklu l-ferħ ta’ jum il-Mulej u s-serħan tal-moħħ u tal-ġisem. Huma permessi l-attivitajiet marbuta mal-ħtiġijiet tal-familja jew ma’ ħtieġa soċjali kbira, sakemm dawn ma joħolqux drawwiet li jkunu ta’ ħsara għall-qdusija tal-Ħadd, għall-ħajja tal-familja u għas-saħħa.

454. Għaliex hu important li l-Ħadd jiġi ċivilment meqjus bħala jum ta’ festa?

2186-2188
2194-2195 

Sabiex kulħadd ikollu l-possibbiltà li jgawdi minn mistrieħ xieraq u minn ħin liberu li jippermettulu jieħu ħsieb il-ħajja reliġjuża, familjari, kulturali u soċjali; li jkollu ħin tajjeb għall-meditazzjoni, għar-riflessjoni, għas-skiet u għall-istudju, għall-opri tajba b’mod speċjali mal-morda u ma’ l-anzjani.

 

IT-TIENI KAPITLU

“ĦOBB LIL GĦAJREK BĦALEK INNIFSU”

IR-RABA’ KMANDAMENT:
WEĠĠAĦ LIL MISSIEREK U ‘L OMMOK

455. Xi jgħid ir-raba’ kmandament?

2196-2200
2247-2248

Jgħid li għandna nagħtu ġieħ u nirrispettaw lill-ġenituri tagħna u lil dawk kollha li Alla, għall-ġid tagħna, libbishom bl-awtorità tiegħu.

456. Xinhu n-natura tal-familja fil-pjan ta Alla?

2201-2205
2249

Raġel u mara magħqudin flimkien fiż-żwieġ jiffurmaw flimkien ma wliedhom, familja. Alla waqqaf il-familja u żejjinha bkostituzzjoni fundamentali. Iż-żwieġ u l-familja qegħdin hemm għall-ġid tal-miżżewġin kif ukoll għat-tnissil u l-edukazzjoni ta l-ulied. Bejn il-membri ta l-istess familja jiffurmaw għadd ta relazzjonijiet personali u responsabbiltajiet ta importanza kbira. Il-familja ssir Knisja domestika fi Kristu għax hi komunità ta fidi, ta tama u ta mħabba.

457. X’post għandha l-familja fis-soċjetà?

2207-2208

Il-familja hija l-ewwel ċellula tas-soċjetà umana u tiġi qabel kull għarfien mill-awtorità pubblika. Il-prinċipji u l-valuri tal-familja jinsġu l-pedament tal-ħajja soċjali. Il-ħajja familjari hi l-bidu tal-mixja lejn il-ħajja fis-soċjetà.

458. Xi dmirijiet għandha s-soċjetà lejn il-familja?

2209-2213
2250

Is-socjetà għandha d-dmir li tgħin u ssaħħaħ iż-żwieġ u l-familja anki permezz tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Is-setgħat ċivili għandhom dmir serju li jirrispettaw, iħarsu u jiffavorixxu n-natura vera taż-żwieġ u tal-familja, li jiddefendu l-moralità pubblika, id-drittijiet tal-ġenituri u l-qagħda tajba tal-familji.

459. Xinhuma d-dmirijiet ta l-ulied lejn il-ġenituri?

2214-2220
2251

L-ulied għandhom jirrispettaw (l-imħabba ta l-ulied), juru ħajr, ġentilezza w ubbidjenza lejn il-ġenituri. Bhekk u permezz tar-relazzjonijiet tajba bejn l-aħwa, tikber l-armonija u l-qdusija fil-ħajja kollha tal-familja. Jekk il-ġenituri jsibu ruħhom fsitwazzjoni ta faqar, mard, solitudni jew xjuħija, l-ulied adulti għandhom jgħinuhom moralment u materjalment.

460. Xinhuma d-dmirijiet tal-ġenituri lejn l-ulied?

2221-2231

Il-ġenituri huma l-ewwel responsabbli għall-edukazzjoni ta wliedhom kif ukoll l-ewwel ħabbara tal-fidi għalihom. Bhekk il-ġenituri jkunu qegħdin jieħdu sehem fil-paternità ta Alla. Huma għandhom id-dmir li jħobbu u li jirrispettaw lil uliedhom bħala persuni kif ukoll bħala wlied ta Alla u li jipprovdulhom, sa fejn hu possibbli, għall-ħtiġijiet materjali u spiritwali tagħhom billi jagħżlulhom l-aktar skola adatta għalihom u jgħinuhom bpariri għaqlin fl-għażla kemm tal-karriera tagħhom kif ukoll ta l-istat tal-ħajja tagħhom. Fuq kollox il-ġenituri għandhom missjoni biex jedukaw lil uliedhom fil-fidi Nisranija.

461. Kif jistgħu l-ġenturi jedukaw lil uliedhom fil-fidi Nisranija?

2252-2253

Fuq kollox dan jistgħu jagħmluh bl-eżempju, bit-talb, bil-katekeżi fil-familja u bit-tisħib fil-ħajja tal-Knisja.

462. Ir-rabtiet tal-familja huma xi ħaġa assoluta?

2232-2233

Ir-rabtiet tal-familja, għalkemm huma important, mhumiex assoluti għax l-ewwel vokazzjoni tan-Nisrani hi li jimxi wara Ġesù billi jħobbu: “Min iħobb lil missieri jew ‘l ommu aktar minni ma jistħoqqlux ikun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu aktar minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi” (Mt 10:37). Il-ġenituri għandhom jilqgħu u jaċċettaw bil-ferħ is-sejħa li Ġesù jagħmel lil xi wieħed jew waħda minn uliedhom biex imorru warajh, u jħaddnu l-ħajja kkonsagrata jew il-ministeru saċerdotali.

463. Kif titħaddem l-awtorità fi ħdan is-soċjetà ċivili?

2234-2237
2254 

Din titħaddem bħala servizz, billi tirispetta d-drittijiet fundamentali tal-persuna, l-iskala ġusta tal-valuri, il-liġijiet, il-liġijiet, u t-tħaddim tal-ġustizzja distributtiva u tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Kull persuna, fit-tħaddim ta’ l-awtorità, għandha tfittex l-interessi tal-komunità minflok l-interessi personali, u għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha fid-dawl tal-verità dwar Alla, il-bniedem u d-dinja.

464. Liema huma d-dmirijiet taċ-ċittadini lejn l-awtorità ċivili?

2238-2241
2255 

Dawk li huma sudditi ta l-awtorità għandhom iqisu s-superjuri tagħhom bħala rappreżentanti ta Alla, u joffrulhom kollaborazzjoni leali għat-tmexxija aħjar tal-ħajja pubblika u soċjali. Dan jinkludi l-imħabba u s-servizz lejn il-pajjiż, id-dritt u d-dmir tal-vot, il-ħlas tat-taxxi, id-difiża tal-pajjiż u d-dritt tal-kritika kostruttiva.

465. Meta ċ-ċittadin mgħandux jobdi lill-awtorità ċivili?

2242-2243
2256 

Iċ-ċittadin mgħandux fil-kuxjenza tiegħu jobdi meta l-liġijiet ta l-awtorità ċivili huma kontra dak li jitlob l-ordni morali: Jeħtieġ nobdu aktar lil Alla milli lill-bniedem (Atti 5:29).

 

IL-ĦAMES KMANDAMENT:
LA TOQTOLX

466. Għaliex il-ħajja tal-bniedem għandha tiġi rispettata?

2258-2262
2318-2320 

Għax hi qaddisa. Mill-bidu tagħha timpenja l-ħidma ta Alla fil-ħolqien u tibqa dejjem frelazzjoni speċjali mal-Ħallieq, l-uniku skop tagħha. Ħadd mgħandu d-dritt li jeqred direttament il-ħajja ta bniedem innoċenti ladarba dan imur kontra d-dinjità tal-persuna u l-qdusija tal-Ħallieq. Toqtolx lil min hu sewwa u bla ħtija ( 23:7).

467. Għaliex id-difiża leġittima tal-persuna jew tas-soċjetà ma tmurx kontra din il-liġi?

2263-2265

Għax bid-difiża leġittima, wieħed jagħżel li jiddefendi lilu nnifsu u jagħti valur lid-dritt tal-ħajja, tiegħu nnifsu jew ta ħaddieħor, waqt li ma jkunx qiegħed jagħżel li joqtol (lil min ħebb għalih). Id-difiża leġittima tista saħansitra tkun ukoll dmir gravi għal min hu responsabbli għall-ħajja ta ħaddieħor. Madankollu, mhux permess l-użu ta vjolenza iktar milli meħtieġ.

468. Għalxiex tiswa l-piena?

2266

Il-piena, mogħtija minn awtorità pubblika leġittima, għandha bħala għan li ssewwi d-diżordni li ġġib il-ħtija, li tiddefendi l-ordni pubblika u s-sigurtà tal-persuni, kif ukoll għandha tgħin għall-korrezzjoni tal-ħati.

469. Liema kastig jista jingħata?

2267

Il-kastig mogħti għandu jkun proporzjonat għall-gravità tar-reat. Illum il-ġurnata, minħabba l-ħafna metodi li l-istat jista juża biex irażżan il-ksur tal-liġi, u hekk il-ħati ma jagħmilx iktar ħsara, il-każijiet fejn il-piena tal-mewt hi bżonnjuża huma rari ħafna, jekk mhux saħansitra ineżistenti (Evangelium Vitae). Jekk il-mezzi mhux vjolenti jkunu biżżejjed, l-awtorità għandha tillimita ruħha għal dawn il-mezzi għaliex dawn aktar jersqu lejn dak li jitlob il-ġid komuni, u aktar jaqblu mad-dinjità tal-persuna u ma jċaħħdux bmod definittiv lill-ħati mill-possibbiltà li jifdi lilu nnifsu.

470. Xjipprojbixxi l-ħames kmandament?

2268-2283
2321-2326

Il-ħames kmandament jipprojbixxi bħala dnub tassew gravi u li jmur kontra l-liġi morali:

· Il-qtil dirett jew voluntarju, u l-kooperazzjoni fdan l-att.

· L-abort dirett, imfittex għalih innifsu jew bħala mezz għal xi ħaġa oħra, kif ukoll il-kooperazzjoni fdan l-att li jwassal għall-piena ta skomunika għax il-bniedem, mill-ewwel mument tat-tnissil tiegħu, għandu jiġi rispettat u protett bmod sħiħ fl-integrità tiegħu.

· L-ewtanasja diretta, li permezz taazzjoni jew nuqqas ta azzjoni meħtieġa, ittemm il-ħajja ta persuna bdiżabilità, jew marida jew qrib il-mewt.

· Is-suwiċidju u l-kooperazzjoni ħielsa fdan l-att minħabba li hi offiża gravi lejn l-imħabba ta Alla, il-persuna nnifisha u l-proxxmu; ir-responsabbiltà tista tikber minħabba l-iskandlu; tista tikber minħabba l-iskandlu; tista titnaqqas minħabba mard psikiku u biża kbir.

471. Xi proċeduri mediċi huma aċċettati meta jitqies li l-mewt hi fil-qrib?

2278-2279

Bmod leġittimu l-kura li ordinarjament tingħata lill-marid ma għandhiex titwaqqaf. Min-naħa l-oħra huwa leġittimu kemm l-użu ta mediċini biex itaffu t-tbatijiet tal-moribond, u li jiġu amministrati mhux bil-ħsieb li tingħata l-mewt, kif ukoll ir-rifjut ta kura terapewtika straordinarja, jiġifieri l-użu ta proċeduri straordinarji u mingħajr tama ta riżultat pożittiv.

472. Għaliex is-soċjetà għandha tipproteġi kull embrijun?

2273-2274

Id-dritt assolut għall-ħajja ta kull individwu, mill-bidu tal-konċepiment tiegħu, hu element kostituttiv tas-soċjetà ċivili u tal-liġijiet tagħha. Meta l-Istat ma jużax is-setgħat tiegħu għall-qadi tad-drittijiet ta kulħadd, speċjalment ta dawk dgħajfin, fosthom dawk konċeputi li għadhom mhux imwielda, l-istess sisien tal-Istat ikunu mhedda.

473. Kif jista’ jiġi evitat l-iskandlu?

2284-2287

L-iskandlu hu atteġġjament jew imġiba li tħajjar persuni oħra biex jagħmlu dak li hu ħażin, u dan jista’ jiġi evitat billi jkun hemm aktar rispett lejn ir-ruħ u l-ġisem tal-persuna ta’ ħaddieħor. Li bi ħsieb u rieda ħielsa, tħajjar oħrajn biex jidinbu b’mod gravi, hi ħtija gravi.

474. Xi dmirijiet għandna lejn il-ġisem?

2288-2291

Hemm bżonn li nieħdu ħsieb is-saħħa fiżika tagħna u ta’ l-oħrajn b’mod raġjonevoli mingħajr ma naqgħu fl-eċċessi tal-kult tal-ġisem. Għandhom jiġu evitati kull użu ta’ sustanzi, li jwasslu għal ħsarat kbar fis-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, kif ukoll l-esaġerazzjoni fl-ikel, fix-xorb alkoħoliku, fit-tipjip jew fil-mediċini.

475. F’liema sitwazzjonijiet l-esperimenti xjentifiċi, mediċi jew psikoloġiċi fuq persuni jew gruppi huma moralment aċċettabbli?

2292-2295

Huma moralment aċċettabbli jekk jaqdu l-bniedem u jġibu ‘l quddiem l-iżvilupp sħiħ tiegħu u tas-soċjetà, mingħajr ma jpoġġu f’periklu kbir il-ħajja u l-integrità fiżika u psikika tan-nies konċernati, illi jkunu jafu sew b’dak li qiegħed isir u jagħtu l-kunsens tagħhom.

476. It-trapjant u d-donazzjoni ta l-organi huma aċċettati qabel u wara l-mewt?

2296

It-trapjant ta l-organi hu moralment aċċettabbli bil-kunsens tad-donatur u jekk ma jkunx hemm riskji eċċessivi għalih. Sabiex isir l-att nobbli ta l-għotja ta l-organi wara l-mewt, l-ewwel trid tiġi żgurata l-mewt tad-donatur.

477. Liema azzjonijiet imorru kontra r-rispett għall-integrità tal-ġisem tal-persuna umana?

2297-2298

Dawn huma: it-teħid ta ostaġġi u l-ħtif tal-persuna, it-terroriżmu, it-tortura, l-atti vjolenti, l-isterilizzazzjoni diretta. L-amputazzjoni u l-mutilazzjoni fuq persuna huma biss moralment aċċettati jekk meħtieġa għal raġunijiet strettament terapewtiċi.

478. Xi trattament għandhom ikollhom dawk li waslu biex imutu?

2299

Il-moribondi għandhom dritt li jgħixu bdinjità l-aħħar waqtiet ta ħajjithom fuq l-art, bmod partikulari bl-għajnuna tat-talb u tas-Sagramenti li jħejjuhom għal-laqgħa tagħhom ma Alla l-Ħaj.

479. Kif għandhom jiġu meqjusa l-iġsma tal-mejtin?

2300-2301

Għandu jintwera rispett u mħabba lejn l-iġsma tal-mejtin. Il-kremazzjoni hija permessa sakemm dan ma jkunx irid ifisser ċaħda tal-fidi fil-qawmien tal-ġisem mill-imwiet.

480. Xjitlob il-Mulej mingħand kull persuna dwar il-paċi?

2302-2303

Il-Mulej li jgħid, Henjin dawk li jġibu l-paċi (Mt 5:9), jrid il-paċi fil-qalb u kkundanna bħala moralment ħażin l-għadab, li hu x-xewqa li tivvendika ruħek għad-deni li jagħmillek xi ħadd, u l-mibegħda, li twassal lil bniedem biex jixtieq id-deni lil għajru. Jekk dan l-aġir isir brieda ħielsa u wieħed ikun irid verament iwettqu fi ħwejjeġ ta importanza kbira, dan ikun nuqqas gravi kontra l-imħabba.

481. Xinhi l-paċi fid-dinja?

2304-2305

Il-paċi fid-dinja, li hija mixtieqa minħabba r-rispett u l-iżvilupp tal-ħajja tal-bniedem, mhijiex biss nuqqas ta gwerra u lanqas hi tfittix biex dawk li huma kontra xulxin ikollhom forzi ndaqs, iżda hi l-kwiet ta l-ordni (Santu Wistin), opra tal-ġustizzja (Is 32:17) u frott ta l-imħabba.

482. Xteħtieġ il-paċi fid-dinja?

2304
2307-2308

Teħtieġ it-tqassim ġust u l-ħarsien tal-ġid tal-persuni, il-komunikazzjoni bla xkiel bejn il-bnedmin, ir-rispett lejn id-dinjità tal-bniedem u tal-popli, kif ukoll l-imġiba mimlija ħeġġa għall-ġustizzja u l-imħabba ta l-aħwa.

483. Meta hu moralment aċċettat l-użu tal-qawwiet militari?

2307-2310

L-użu tal-qawwiet militari hu moralment ġustifikat meta jkun hemm fdaqqa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

· Iċ-ċertezza li l-ħsara li tkun saret hi serja u se tibqa;

· Il-mezzi l-oħra li ntużaw għall-paċi ma waslu mkien;

· Possibbiltà soda ta suċċess;

· Nuqqas ta deni ikbar, meta wieħed iqis il-qawwa tal-mezzi moderni tal-qerda.

484. Fkaż ta theddida tagwerra, min hu responsabbli biex iqis is-sitwazzjoni?

2309

Dan jitħalla fil-ġudizzju għaqli tal-awtoritajiet pubbliċi, li għandhom id-dritt li jimponu fuq iċ-ċittadini l-obbligu għad-difiża tal-pajjiż, basta jingħata każ tad-dritt personali ta dawk li għal raġunijiet ta kuxjenza ma jridux jużaw l-armi, iżda dejjem lesti jaqdu mod ieħor il-komunità tal-bnedmin.

485. Fkaż ta gwerra, xtitlob il-liġi morali?

2312-2314
2328 

Il-liġi morali għandha tibqa dejjem tgħodd għall-waqt gwerra. Għandhom jiġu trattati bmod xieraq bħala bnedmin dawk li mhumiex qegħdin jiġġieldu, is-suldati feruti u l-priġunieri. Kull għemil direttament kuntrarju għad-dritt tal-ġnus u għan-normi li jimponu huwa delitt li lanqas l-ubbidjenza għamja ma hi biżżejjed biex tiskużah. Il-qerda tal-massa jew ta nazzjon jew ta xi grupp etniku għandhom jiġu kkundannati bħala dnub mejjet: wieħed hu moralment obbligat li ma jobdix u jirreżisti dawn l-ordnijiet.

486. Xi jrid isir biex tiġi evitata gwerra?

2315-2317
2327-2330

Minħabba d-deni kollu u l-inġustizzji li kull gwerra ġġib magħha għandna nagħmlu kull ma hu raġunevolment possibbli biex nevitawha. Bmod partikulari, għandhom jiġu evitati l-ħażna u l-kummerċ ta l-armi mhux irregolari mill-awtoritajiet leġittimi; l-inġustizzji l-aktar fl-ordni ekonomiku u soċjali; id-diskriminazzjonijiet etniċi u reliġjużi; l-għira, is-suspetti, is-suppervja u l-ispirtu ta tpattija. Kull ma jsir biex jintrebħu dawn u kull diżordni ieħor jgħin għall-bini tal-paċi u biex tinżamm il bogħod il-gwerra.

IS-SITT KMANDAMENT:
LA TIŻNIX

487. Xi dmir għandu l-bniedem lejn l-identità sesswali tiegħu?

2331-2336
2392-2393

Alla ħalaq il-bniedem raġel u mara, bl-istess dinjità personali, u naqqax fih il-vokazzjoni għall-imħabba u għall-għaqda. Kull bniedem għandu jaċċetta l-identità sesswali tiegħu, billi jagħraf l-importanza tagħha għall-persuna sħiħa, l-ispeċifiċità u l-komplimentarjetà.

488. Xinhi l-kastità?

2337-2338

Il-kastità tfisser l-integrazzjoni sħiħa tas-sesswalità fil-persuna umana. Is-sesswalità ssir tassew umana meta tiġi integrate bmod ġust frelazzjoni ta persuna ma persuna oħra. Il-kastità hi virtù morali, don ta Alla, grazzja, frott ta ħidma ta l-Ispirtu.

489. Xtitlob il-virtù tal-kastità?

2339-2341

Din titlob li wieħed ikun imħarreġ fil-kontroll tiegħu nnifsu, bħala espressjoni tal-libertà tal-bniedem. Il-kontroll tagħna nfusna għandu bħala għan l-għotja tagħna nfusna. Il-kastità għandha l-liġi ta l-iżvilupp tagħha, kobor li jseħħ pass pass, u għalhekk il-bżonn ta tagħlim kontinwu u sħiħ.

490. Xinhuma l-mezzi li jgħinu l-bniedem jgħix ħajja ta kastità?

2340-2347

L-għajnuniet huma ħafna: il-grazzja ta Alla, l-għajnuna tas-Sagramenti, it-talb, l-għarfien tiegħek innifsek, it-taħriġ biex tgħin lilek innifsek togħla l fuq minn diversi sitwazzjonijiet, it-tħaddim tal-virtujiet morali, bmod partikulari l-virtù tar-rażan, li jgħinna biex immexxu skond ir-raġuni, il-passjonijiet tagħna.

491. Bliema mod aħna lkoll imsejħin biex ngħixu l-kastità?

2348-2350
2394

Kull min jimxi wara Ġesù, mudell ta kull kastità, hu msejjaħ biex jgħix ħajja ta kastità skond l-istat partikulari tiegħu: xi wħud jgħixu fħajja ta verġinità u oħrajn fiċ-ċelibat konsagrat, u dan hu mod radikali biex wieħed, aktar malajr, joffri lil Alla qalb sħiħa għalih; oħrajn, jekk miżżewġa, jgħixu l-kastità fiż-żwieġ tagħhom; dawk li mhux miżżewġa, iħarsu l-kastità bil-kontinenza.

492. Liema huma d-dnubiet prinċipali kontra l-kastità?

2351-2359
2396

Id-dnubiet li jmorru bmod gravi kontra l-kastità, kull wieħed skond l-istat tal-persuna, huma: l-adulterju, l-masturbazzjoni, iż-żina, il-pornografija, il-prostituzzjoni, l-istupru, l-atti omosesswali. Dawn id-dnubiet huma espressjoni tal-vizzju taż-żina. Jekk dawn id-dnubiet jiġu mwettqa fuq minorenni, ikunu atti iktar gravi li jmorru kontra l-integrità fiżika u morali tagħhom.

493. Għaliex is-sitt kmandament, avolja jgħid la tiżnix, jipprojbixxi kull dnub li jmur kontra l-kastità?

2336 

Għad li fit-test bibbliku tad-Dekalogu hemm miktub, la tagħmilx adulterju (20:14), it-Tradizzjoni tal-Knisja timxi fuq it-tagħlim morali tat-Testment l-Antik u tat-Testment il-Ġdid u tqis is-sitt kmandament bħala dak il-kmandament li jħaddan kull dnub li jmur kontra l-kastità.

494. Xinhu r-rwol ta l-awtoritajiet ċivili dwar il-kastità?

2354

Dawn għandhom jaħdmu favur ir-rispett tad-dinjità tal-persuna u għandhom jagħtu sehemhom biex joħolqu ambjent li jiffavorixxi l-kastità, anki billi jipprojbixxu, bliġijiet apposta, it-tixrid ta offiżi lejn il-kastità, biex jipproteġu fuq kollox il-minorenni u l-iktar dgħajfa.

495. Xinhuma l-għanijiet ta l-imħabba tar-raġel u l-mara fiż-żwieġ, li għaliha qiegħda s-sesswalità?

2360-2361
2397-2398

L-għanijiet ta l-imħabba fiż-żwieġ, li għall-imgħammdin hi mqaddsa permezz tas-Sagrament taż-żwieġ, huma: l-għaqda, il-fedeltà, l-indissobilità u l-ftuħ għall-ħajja.

496. Xtifsira għandu l-att taż-żwieġ?

2362-2367

L-att taż-żwieġ għandu tifsira doppja: l-għaqda (li t-tnejn li huma jingħataw lil xulxin) u t-tnissil (il-ftuħ għall-għoti tal-ħajja). Ħadd ma għandu jifred minn xulxin ir-rabta dejjiema li Alla ried bejn iż-żewġ tifsiriet ta l-att taż-żwieġ billi jeskludi wieħed jew l-ieħor.

497. Meta hu moralment permess li tirregola t-twelid?

2368-2369
2399

Ir-regolamentazzjoni tat-twelid, li hi aspett tal-paternità u maternità responsabbli, tkun taqbel oġġettivament mal-kriterji tal-moralità meta tintuża mill-miżżewġin mingħajr ma tkun imposta fuqhom minn barra; lanqas ma tkun frott ta egoiżmu, iżda minħabba raġunijiet serji u bmezzi li jimxu mal-kriterji oġġettivi tal-moralità, jiġifieri bil-kontinenza perjodika u l-użu ta l-att taż-żwieġ fi żmenijiet li fihom it-tnissil ma jistax iseħħ.

498. Liema huma dawk il-mezzi immorali għar-regolamentazzjoni tat-twelid?

2370-2372

Huma immorali fih innifsu kull għemil bħal, per eżempju, l-isterilizzazzjoni diretta jew l-użu ta kontraċettivi li, jew qabel l-att taż-żwieġ, jew waqt dan l-att jew waqt l-iżvilupp tal-konsegwenzi naturali tiegħu, isir bil-ħsieb, bħala għan jew bħala mezz, biex ma jkunx hemm tnissil.

499. Għaliex l-inseminazzjoni u l-fekondazzjoni artifiċjali huma meqjusa immorali?

2373-2377

Huma immorali għax din it-teknika twassal biex tifred minn xulxin l-att taż-żwieġ, li fih il-miżżewġin jingħataw lil xulxin, mill-att prokreattiv biex bhekk tkun it-teknika li taħkem fuq il-bidu u d-destin tal-persuna umana. Barra minn hekk, l-inseminazzjoni u l-fekondazzjoni eterologa, bl-użu ta mezzi tekniċi li jdaħħlu fin-nofs persuna barranija għall-miżżewġin, jiksru d-dritt tat-tarbija li titnissel minn missier u omm magħrufin minnha, marbutin bejniethom permezz taż-żwieġ u li għandhom id-dritt esklużiv li jsiru ġenituri biss permezz ta xulxin.

500. Kif għandna nħarsu lejn it-tarbija?

2378

It-tarbija hi rigal ta’ Alla, l-akbar don taż-żwieġ. M’hemm l-ebda dritt għat-tfal (“irrid tarbija b’kull mod”). Jeżisti min-naħa l-oħra, id-dritt tat-tarbija li tkun frott ta’ l-att ta’ l-imħabba fiż-żwieġ tal-ġenituri u d-dritt li tkun rispettata bħala persuna sa mill-ewwel moment tat-tnissil tagħha.

501. X’jistgħu jagħmlu l-miżżewġin meta ma jkollhomx tfal?

2379

Ladarba d-don ta’ l-ulied ma jingħatax, il-miżżewġin, wara li jkunu użaw il-mezzi leġittimi kollha li tagħtihom il-mediċina, jistgħu juru il-qalb kbira tagħhom billi jadottaw jew billi joffru servizz importanti favur il-proxxmu. B’hekk huma jesperjenzaw tnissil spiritwali.

502. Liema huma l-offiżi lejn id-dinjità taż-żwieġ?

2380-2391
2400

Dawn huma: l-adulterju, id-divorzju, il-poligamija, l-inċest, l-għaqda bla rbit (konvivenza, konkubinaġġ), u l-att sesswali qabel jew barra miż-żwieġ.

IS-SEBA’ KMANDAMENT:
LA TISRAQX

503. X’jgħid is-seba’ kmandament?

2401-2402

Hu jistqarr id-destinazzjoni u t-tqassim universali tal-ġid ta’ l-art u d-dritt għall-proprjetà privata kif ukoll r-rispett tal-persuni, tal-ġid tagħhom u l-integrità tal-ħolqien. Il-Knisja ssib f’dan il-kmandament il-bażi tad-duttrina soċjali tagħha, li tinkludi l-għemil rett fl-attività ekonomika kif ukoll fil-ħajja soċjali u politika, id-dritt u d-dmir tax-xogħol tal-bniedem, il-ġustizzja u s-solidarjetà fost il-ġnus u l-imħabba lejn il-foqra.

504. Taħt liema kundizzjonijiet jeżisti d-dritt għall-proprjetà privata?

2403 

Id-dritt għall-proprjetà private jeżisti sakemm din il-proprjetà tinkiseb jew tingħata b’mod ġust, għad li jibqa’ fatt ewlieni d-destinazzjoni universali tal-ġid ta’ l-art biex jaqdi l-bżonnijiet bażiċi tal-bnedmin kollha.

505. Xinhu l-għan tal-proprjetà privata?

2404-2406

L-għan tal-proprjetà private hu biex ikun hemm garanzija għal-libertà u d-dinjità tal-persuni individwali, biex jiġu mgħejjuna ħalli jgħinu lil dawk li jiddependu minnhom fil-ħtiġijiet fundamentali tagħhom kif ukoll lil dawk li huma fil-bżonn.

506. Xjordna s-seba kmandament?

2407
2450-2451

Is-seba kmandament jordna r-rispett lejn il-ġid ta ħaddieħor, billi jitħaddnu l-virtujiet tal-ġustizzja u tal-karità, tar-rażan u tas-solidarjetà. Bmod partikulari, jitlob li l-wegħdiet iridu jinżammu u l-kuntratti mħarsa, li titpatta l-inġustizzja li tkun saret u li jintradd lura lill-proprjetarju dak li nsteraqlu; li tkun rispettata l-integrità tal-ħolqien permezz ta l-użu għaqli u meqjus tar-riżorsi minerali, veġitali u tal-bhejjem li hawn fid-dinja, battenzjoni speċjali lejn dawk l-ispeċi mhedda mill-estinzjoni.

507. Xaġir għandu jkollu l-bniedem lejn l-annimali?

2416-2418
2457 

Il-bniedem għandu jittratta l-annimali, ħlejjaq ta Alla, btjieba, għad li wieħed għandu jikkontrolla mħabba żejda lejhom, kif ukoll l-isfruttar tagħhom, bmod speċjali l-isperimentar xjentifiku li jsir fuqhom li jaqbeż il-limiti raġonevoli u li jikkawża moħqrija bla bżonn lill-istess annimali.

508. Xjipprojbixxi s-seba kmandament?

2408-2413
2453-2455

Is-seba kmandament jipprojbixxi fuq kollox is-serq, jiġifieri l-ħtif taġid ta ħaddieħor kontra r-rieda raġunevoli tiegħu. Dan iseħħ ukoll meta jingħataw pagi mhux ġusti; meta ssir spekulazzjoni li biha tbiddel il-valur ta xi ġid biex jinkiseb vantaġġ fuq id-danni li jġarrab ħaddieħor; meta tiffalsifika ċekkijiet jew riċevuti. Jipprojbixxi wkoll li jsiru frodi fiskali jew kummerċjali, li tagħmel ħsara volontarja fxi proprjetà private jew pubblika. Jipprojbixxi wkoll l-użura, il-korruzjoni, l-użu għalik jew li tagħmel tiegħek il-ġid tas-soċjetà, ix-xogħol magħmul ħażin ħtija tiegħek u l-ħala.

509. Fhiex tikkonsisti d-duttrina soċjali tal-Knisja?

2419-2423

Id-duttrina soċjali tal-Knisja, ġabra ta tagħlim dwar id-dinjità tal-bniedem u d-dimensjoni soċjali tiegħu li żviluppat skond il-verità tal-Vanġelu, tħaddan prinċipji ta riflessjoni, tagħti kriterji fuqiex wieħed jista jiġġudika, u orjentamenti dwar kif wieħed għandu jaġixxi.

510. Meta l-Knisja għandha titkellem dwar ħwejjeġ soċjali?

2420
2458

Il-Knisja tagħmel ġudizzju morali fmaterja ekonomika u soċjali, meta dan hu mitlub mid-drittijiet fundamentali tal-persuna, mill-ġid komuni jew mis-salvazzjoni ta l-erwieħ.

511. Kif għandha tiġi eżerċitata l-ħajja soċjali u ekonomika?

2459

Din għandha titmexxa bil-metodi proprji tagħha, trid titħaddem skond l-ordni morali u timxi skond il-ġustizzja soċjali biex taqdi lill-bniedem sħiħ u lill-komunità kollha tal-bnedmin. Hi għandha jkollha lill-bniedem innifsu bħala l-awtur, iċ-ċentru u l-għan ta kull ħidma soċjali.

512. Xi jmur kontra d-duttrina soċjali tal-Knisja?

2424-2425

Is-sistemi ekonomiċi u soċjali li jmorru kontra d-duttrina soċjali tal-Knisja huma dawk li jissagrifikaw id-drittijiet fundamentali tal-persuni, jew dawk li jagħmlu mill-qligħ ir-regola esklussiva u l-għan aħħari tagħhom. Għaldaqstant, il-Knisja tirrifjuta l-ideoloġiji taż-żminijiet ta llum imseħbin mal-komuniżmu jew ta forom ateji u totalitarji ta soċjaliżmu. Barra minn hekk, il-Knisja tirrifjuta mill-prattika tal-kapitaliżmu, l-individwaliżmu u l-primat assolut tal-liġi tas-suq fuq ix-xogħol tal-bniedem.

513. Xtifsira għandu x-xogħol għall-bniedem?

2426-2428
2460-2461

Ix-xogħol għall-bniedem hu dmir u dritt, li permezz tiegħu hu jissieħeb ma Alla l-Ħallieq. Fil-fatt, bil-ħidma serja u kompetenti, il-bniedem ikun qed iħaddem il-kapaċitajiet li għandu fl-istess natura tiegħu, jagħti ġieħ lid-doni tal-Ħallieq u lit-talenti li hu rċieva, jipprovdi kull ma hu meħtieġ għall-ħajja tiegħu u tal-familja tiegħu u bih jaqdi lill-komunità tal-bnedmin. Barra minn hekk, bil-qawwa tal-grazzja ta Alla, ix-xogħol jista jkun mezz ta qdusija u ta sħubija ma Kristu fil-ħidma għas-salvazzjoni ta l-oħrajn.

514. Għal liema tip ta xogħol għandha dritt kull persuna?

2429
2433-2434

Il-bieb għal xogħol onest u sod għandu jkun miftuħ għal kulħadd, bla ebda diskriminazzjoni inġusta, fir-rispett għall-inizjattivi ekonomiċi ħielsa u bi ħlas xieraq.

515. Xinhi r-responsabbiltà ta l-istat dwar ix-xogħol?

2431

L-Istat għandu l-obbligu li jipprovdi garanziji żguri ta libertà individwali u ta proprjetà privata, kif ukoll politika monetarja soda u servizzi pubbliċi effiċjenti; li jgħasses fuq it-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem fis-settur ekonomiku biex jara li huma mħarsin tajjeb. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi s-soċjetà għandha ukoll tgħin liċ-ċittadini jsibu xogħol.

516. Xi rwol għandhom ir-responsabbli ta l-intrapriżi?

2432

Il-mexxejja ta l-intrapriżi għandhom ir-responsabbiltà ekonomika u ekoloġika tal-ħidma tagħhom. Iridu jqisu l-ġid tal-persuni u mhux biss it-tkattir tal-qligħ, għalkemm dan hu meħtieġ biex isiru l-investimenti, li jiżguraw il-ġejjieni ta l-intrapriża, jiggarantixxu l-impjiegi u titjib tal-ħajja ekonomika.

517. Xi dmirijiet għandhom il-ħaddiema?

2435

Dawn għandhom iwettqu xogħolhom bkuxjenza, kompetenza u dedikazzjoni, filwaqt li jippruvaw isolvu kull nuqqas ta ftehim li jista jinqala permezz tad-djalogu. Il-waqfien mix-xogħol (strajk) mingħajr vjolenza hu moralment leġittimu u meħtieġ ukoll biex jinkisbu xi vantaġġi xierqa, iżda jrid ikun proporzjonat għall-ġid li jista jinkiseb, waqt li dejjem jiġi meqjus il-ġid komuni.

518. Kif jitwettqu l-ġustizzja u s-solidarjetà fost il-pajjiżi?

2437-2441

Fuq livell internazzjonali, bejn kull pajjiż u istituzzjoni, hi meħtieġa solidarjetà u sussidjarjetà, bil-għan li jispiċċaw jew għall-inqas jittaffu l-miżerja, id-differenzi fir-riżorsi u l-mezzi ekonomiċi, l-inġustizzji ekonomiċi u soċjali, l-isfruttar tal-persuni, iż-żieda tad-dejn fil-pajjiżi foqra, il-mekkaniżmu perverse li qed ifixklu l-iżvilupp tal-pajjiżi inqas avanzati.

519. Bliema mod jistgħu l-Insara jieħdu sehem fil-ħajja politika u soċjali?

2442

Il-lajċi nsara jistgħu jieħdu sehem direttament fl-istrutturi tal-ħajja politika u soċjali, billi janimaw bi spirtu nisrani r-realtajiet ta din id-dinja u jaħdmu ma kulħadd bħala xhieda very ta l-Evanġelju u ħaddiema ta paċi u taġustizzja.

520. Minn xhiex hi mnebbħa l-imħabba għall-foqra?

2443-2449
2462-2463 

L-imħabba għall-foqra hi mnebbħa mill-Evanġelju tal-beatitudni u mill-eżempju taĠesù fl-attenzjoni kontinwa li hu jagħti lill-foqra. Ġesù qal: Kull ma għamiltu ma wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi (Mt 25:40). L-imħabba għall-foqra hi waħda mir-raġunijiet għax hu dmirna li naħdmu kontra l-faqar materjali u wkoll kontra suriet ta faqar kulturali, morali u reliġjuż. L-għemejjel ta ħniena, spiritwali u materjali, u l-ħafna istituzzjonijiet ta karità li twaqqfu matul is-snin, huma xhieda soda ta l-imħabba preferenzjali għall-foqra li hi tant għal qalb id-dixxipli taĠesù.

IT-TMIN KMANDAMENT:
LA TIXHEDX FALZ

521. Xi dmir għandu l-bniedem lejn il-verità?

2464-2470
2504

Kull bniedem minnu nnifsu jinġibed lejn is-sinċerità u verità fi kliemu u għemilu. Kulħadd hu fid-dmir li jfittex il-verità u jħaddanha, billi jirregola l-imġiba tiegħu skond ma titlob minnu l-verità. FĠesù Kristu l-verità ta Alla dehret fis-sħuħija kollha tagħha: hu l-Verità. Timxi warajh ifisser tgħix fl-Ispirtu ta verità u tiċħad il-gideb, il-qerq u l-wiċċ bieħor.

522. Kif tingħata xhieda għall-verità?

2471-2474
2505-2506

In-Nisrani jrid jagħti xhieda għall-verità ta l-Evanġelju fkull aspett tal-ħajja pubblika u private tiegħu, ukoll, jekk meħtieġ, bis-sagrifiċċju ta ħajtu stess. Il-martirju hu l-aqwa xhieda li tingħata lill-verità tal-fidi.

523. X’jipprojbixxi t-tmien kmandament?

2475-2487
2507-2509 

It-tmien kmandament jipprojbixxi:

· Ix-xhieda falza, ħalf fil-falz, il-gideb, li l-gravità tiegħu titqies min-natura tal-verità li wieħed jgħawweġ, miċ-ċirkustanzi, l-intenzjonijiet ta’ min jgħid il-gidba u mill-ħsara li jġarrbu dawk li jkunu vittmi tal-gideb.

· Il-ġudizju temerarju, l-għidut, il-malafama u l-kalunnji li jnaqqsu jew jeqirdu l-fama tajba u l-ġieħ, li għalihom kulħadd għandu dritt.

· It-tifħir b’mod esaġerat, bla ma jistħoqqlu, bil-qerq, billi tagħlaq għajnejk għal kull nuqqas tiegħu, l-aktar jekk iħajjar u jwettaq lil dak li jkun fil-ħażen ta’ għemilu jew biex tikseb vantaġġ illeċitu.

Kull ħtija li ssir kontra l-verità titlob riparazzjoni, jekk din tkun ġabet ħsara lill-oħrajn.

524. X’jitlob it-tmien kmandament?

2488-2492
2510-2511

It-tmien kmandament jitlob ir-rispett għall-verità, għad li f’xi okkażżjonijiet wieħed irid jara s-sitwazzjoni fid-dawl tad-dawl tal-kmandament ta’ l-imħabba: fil-komunikazzjoni u fl-informazzjoni dwar il-verità jrid jitqies il-ġid personali u komuni, ir-rispett għall-ħajja private, ir-riskju ta’ l-iskandlu; ir-rispett għall-ħajja private, ir-riskju ta’ l-iskandlu; ir-rispett tas-sigriet professjonali, li ma għandux jiġi mxandar jekk ma jkunx hemm raġuni gravi u proporzjonata. Hekk ukoll kull tagħrif marbut bis-siġill tas-sigriet għandu jiġi rispettat.

525. Kif għandhom jintużaw il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali?

2493-2499
2512

L-informazzjoni li tingħata mill-mass media hi għall-qadi tal-ġid komuni u t-tagħrif għandu jkun skond il-verità u sħiħ, kif jitolbu l-ġustizzja u l-imħabba. Għandu jkun ukoll onest u xieraq, billi bl-akbar reqqa jiġu osservati l-liġijiet morali, id-drittijiet leġittimi u d-dinjità tal-bniedem.

526. Xrabta teżisti bejn il-verità, il-ġmiel u l-arti sagra?

2500-2503
2513 

Il-verità hi sabiħa fiha nnifisha. Hi ġġib id-dija tal-ġmiel spiritwali. Barra l-kliem, hemm suriet oħra ta espressjonijiet tal-verità, bmod partikulari l-opri ta l-arti. Huma frott ta talent mogħti minn Alla u ta l-isforz tal-bniedem innifsu. L-arti sagra, biex tkun vera u sabiħa, trid tqanqal u tagħti glorja lill-Misteru ta Alla li deher fi Kristu u trid twassal għall-adorazzjoni u għall-imħabba ta Alla li deher fi Kristu u trid twassal għall-adorazzjoni u għall-imħabba ta Alla l-Ħallieq u Salvatur, l-ogħla ġmiel tal-Verità u ta l-Imħabba.

ID-DISA KMANDAMENT:
LA TIXTIEQX NISA TA
L-OĦRAJN

527. Xjitlob id-disa kmandament?

2514-2516
2528-2530

Id-disa kmandament jordnalna li nirbħu l-konkupixxenza tal-ġisem fil-ħsibijiet u fix-xewqat. Il-ġlieda kontra din il-konkupixxenza tintrebaħ permezz tas-safa tal-qalb u t-taħriġ fil-virtù tar-rażan.

528. Xjipprojbixxi d-disa kmandament?

2517-2519
2531-2532

Id-disa kmandament jipprojbixxi li wieħed iżomm ħsibijiet u xewqat li għandhom xjaqsmu ma l-aġir li jmur kontra s-sitt kmandament.

529. Kif tintlaħaq is-safa tal-qalb?

2520

L-imgħammed, bil-grazzja ta’ Alla u fit-taqbida kontra kull xewqa diżordinata, jasal għas-safa tal-qalb bil-virtù u d-don tal-kastità, bis-safa tal-fehma, bis-safa ta’ ħarstu bl-għajnejn tal-ġisem u bl-għajnejn tar-ruħ, bit-trażżin tas-sentimenti u ta’ l-immaġinazzjoni u bit-talb.

530. Xi bżonnijiet oħra għandha s-safa?

2521-2527
2533

Is-safa titlob il-mistħija, li tħares l-intimità tal-persuna, li tfittex bil-ħlewwa u bl-attenzjoni l-kastità, u li tirregola l-ħars u l-għemil skond id-dinjità tal-persuna u l-għaqda ta’ bejniethom. Ħi teħles mill-erotiżmu u tibqa’ lura meta jkun hemm il-periklu għal kurżitajiet ħżiena. Is-safa titlob li jkun safi wkoll l-ambjent soċjali, permezz ta’ ġlieda kontinwa kontra l-permissività fl-imġiba mibnija fuq fehma żbaljata tal-libertà tal-bniedem.

L-GĦAXAR KMANDAMENT:
LA TIXTIEQX ĦWEJJEĠ TA’ L-OĦRAJN

531. X’jitlob u x’jipprojbixxi l-għaxar kmandament?

2534-2540
2551-2554

Dan il-kmandament itenni u jagħmel sħiħ dak ta’ qablu, jitlob attitudni ta’ rispett lejn il-proprjetà ta’ ħaddieħor u jipprobixxi kull tip ta xeħħa, ir-regħba bla rażan għall-ġid ta’ ħaddieħor, u l-għira li tfisser in-niket li wieħed iħoss quddiem il-ġid ta’ l-oħrajn jew ix-xewqa bla kontroll biex dan il-ġid isir tiegħu.

532. X’jitlob Ġesù bil-faqar tal-qalb?

2544-2547
2556 

Ġesù ried lid-dixxipli tiegħu jagħżlu lilu qabel kollox u qabel kulħadd. Iċ-ċaħda għall-ġid materjali – skond l-ispirtu tal-faqar evanġeliku – u l-fiduċja fil-providenza ta’ Alla, li teħlisna mit-tħassib għall-għada, tħarriġna fil-beatitudni li tgħid, “Ħenjin il-foqra fl-ispirtu għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet” (Mt 5:3).

533. X’inhi l-iktar xewqa tal-bniedem?

2548-2550
2557

Il-vera xewqa tal-bniedem hi li jara lil Alla. Din hi l-għajta ħierġa mill-qalb ta kull bniedem: Irrid nara lil Alla! Il-bniedem jasal għall-milja u l-veru hena tiegħu fid-dehra u l-beatitudni ta Dak li ħalqu bi mħabba u li jiġbdu lejh bl-imħabba infinita tiegħu.

Min jara lil Alla għandu l-ġid kollu li wieħed jista qatt jittama għalih.(San Girgor ta’ Nissa).

 

 

IR-RABA TAQSIMA 

IT-TALBA NISRANIJA

 

 

L-Ewwel Sezzjoni
IT-TALB FIL-ĦAJJA NISRANIJA

 

 

 

534. Xinhu t-talb?

2558-2565
2590

It-talb hu l-irfigħ tar-ruħ lejn Alla jew id-domanda lil Alla, għall-ġid li jkun jaqbel mar-rieda tiegħu. Huwa dejjem rigal mingħand Alla li jixtieq jiltaqa mal-bniedem. It-talb Nisrani hu relazzjoni personali u ħajja bejn ulied Alla ma Missierhom ta tjieba bla qjies, maIbnu Ġesù Kristu, u ma l-Ispirtu s-Santu li jgħammar fqalbhom.

 

L-EWWEL KAPITLU

IR-RIVELAZZJONI TAT-TALB

535. Għaliex teżisti sejħa universali għat-talb?

2566-2567

Għax Alla kien li l-ewwel, permezz tal-ħolqien, sejjaħ kull ħlejqa mix-xejn, u wkoll wara l-waqgħa, il-bniedem baqa jagħraf il-Ħallieq tiegħu filwaqt li baqgħet fih ix-xewqa ta Dak li ħalqu. Ir-reliġjonijiet kollha, bmod speċjali l-istorja kollha tas-salvazzjoni, huma xhieda ta din ix-xewqa ta Alla min-naħa tal-bniedem, iżda hu Alla l-ewwel li ma jieqaf qatt isejjaħ kull persuna biex tiltaqa bmod misterjuż miegħu fit-talb.

IR-RIVELAZZJONI TAT-TALB
FIT-TESTMENT IL-QADIM

536. Kif Abraham hu xempju ta’ talb?

2570-2573
2592 

Abraham huwa xempju ta’ talb għax jimxi fil-preżenza ta’ Alla, jisimgħu u jobdih. It-talb tiegħu hu taqbida tal-fidi għax hu jibqa’ jemmen il-fedeltà ta’ Alla anki fil-mument ta’ tiġrib. Barra minn hekk, wara li laqa’ ġewwa t-tinda tiegħu lill-Mulej li afdalu l-pjanijiet tiegħu, Abraham kellu l-ħila jitlob għall-midinbin b’fiduċja tassew kbira.

537. Kif kien jitlob Mosè?

2574-2577
2593

It-talb ta’ Mosè hu talb tipiku ta’ kontemplazzjoni: Alla, li jsejjaħ lil Mosè f’ħuġġieġa nar qalb l-għollieq, u kien jibqa’ ta’ spiss u għal ħin twil jitkellem miegħu “wiċċ imbwiċċ, bħalma bniedem ikellem lil ħabibu” (33:11). Minn din l-intimità ma’ Alla, Mosè jikseb is-saħħa biex jinterċedi b’qawwa għall-poplu: it-talba ta’ Mosè hi xbieha tat-talb ta’ interċessjoni li jilħaq il-qofol tiegħu fil-medjatur waħdieni, Ġesù Kristu.

538. X’rabta hemm fit-Testment il-Qadim bejn it-tempju, ir-re u t-talb?

2578-2580
2594 

Għad-dell ta’ l-għamara ta’ Alla – l-Arka tal-Patt , u aktar tard fit-tempju – żviluppa t-talb tal-poplu t’Alla taħt, it-tmexxija tar-rgħajja tagħhom. Fosthom, David hu s-sultan, “skond il-qalb ta’ Alla”, ir-ragħaj li jitlob għall-poplu tiegħu. It-talb tiegħu hu ta’ eżempju għat-talb tal-poplu, għax hu rabta ta’ fedeltà liema bħalha mal-wegħda ta’ Alla, fiduċja u mħabba, f’dak li hu waħdu s-Sultan u s-Sid.

539. Ximportanza kellu t-talb fil-missjoni tal-profeti?

2581-2584

Il-profeti, permezz tat-talb, kisbu dawl u qawwa biex iħeġġu lill-poplu fil-fidi u l-konverżjoni tal-qalb tal-poplu. Jidħlu fintimità kbira ma Alla u jinterċedu għal ħuthom, li jħabbrulhom dak li jkunu raw u semgħu mingħand il-Mulej. Elija hu missier il-profeti, jiġifieri, ta dawk li jfittxu wiċċ Alla. Fuq l-għolja tal-Karmelu, huwa jaqla l-grazzja tar-ritorn tal-poplu għall-fidi permezz ta intervent ta Alla, li għalih kien talab bdan il-mod: Weġibni, Mulej, weġibni! (1 Slat 18:37).

540. Ximportanza għandhom is-Salmi fit-talb?

2579
2585-2589
2596-2597

Is-Salmi huma l-aqwa opra ta talb tat-Testment il-Qadim: il-Kelma tAlla ssir talba tal-bniedem. Dan it-talb li fl-istess ħin hu personali u komunitarju, imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, jgħanni l-għeġubijiet ta Alla fil-ħolqien u fil-ġrajja tas-salvazzjoni. Kristu talab is-Salmi u wassalhom biex jitwettqu. Għalhekk huma jibqgħu element essenzjali u dejjiemi fit-talba tal-Knisja; jgħoddu għall-bnedmin kollha ta kull żmien u kundizzjoni.

IT-TALB HU RIVELAT U MWETTAQ FIS-SĦIĦ FĠESÙ

541. Ġesù mingħand min tgħallem jitlob?

2599
2620

Ġesù tgħallem jitlob skond il-qalb tiegħu ta’ bniedem minn għand Ommu u mit-tradizzjoni Lhudija. Iżda t-talb tiegħu kien ħiereġ minn għajn għal kollox moħbija, peress li hu l-Iben etern ta’ Alla li, fl-umanità qaddisa tiegħu, joffri lil Missieru t-talba filjali perfetta.

542. Meta kien jitlob Ġesù?

2600-2604
2620

Bosta drabi, l-Evanġelju jurina lil Ġesù qiegħed jitlob. Narawh jinġabar waħdu ukoll matul il-lejl. Jitlob qabel il-mumenti deċisivi tal-missjoni tiegħu jew dik ta l-Appostli. Fil-fatt, ħajtu kollha hi talba, għax hi l-ħin kollu fgħaqda sħiħa ta mħabba mal-Missier.

543. Kif talab Ġesù fil-passjoni tiegħu?

2605-2606
2620

It-talb taĠesù waqt l-agunija tiegħu fil-ġnien taż-Żebbuġ u l-aħħar kliem li tenna fuq is-Salib juru l-profondità tat-talb filjali tiegħu: Ġesù jtemm il-pjan ta mħabba tal-Missier u jieħu fuqu n-niket kollu tal-bnedmin ta kull żmien, it-talb u l-interċessjoni tal-ġrajja kollha tas-salvazzjoni. Huwa jwassalhom għand il-Missier li jilqagħhom, u kontra kull tama jismagħhom, għax iqajjem lil Ibnu mill-imwiet.

544. Ġesù kif jgħallimna nitolbu?

2608-2614
2621 

Ġesù jgħallimna nitolbu, mhux biss bit-talba tal-Missierna, imma wkoll bil-mod li bih kien jitlob. Bdan il-mod, minbarra l-kontenut tat-talb, hu jurina wkoll kif għandna nħejju rwieħna biex nitolbu tassew. Irridu nitolbu bqalb safja, li tfittex is-Saltna u taħfer l-għedewwa; bfidi u kuraġġ ta wlied, li tmur il hinn minn dak li nħossu u nifhmu; fis-sahra, li tħares lid-dixxiplu mit-tentazzjoni.

545. Għaliex it-talb tagħna għandu s-siwi tiegħu?

2615-2616

It-talb tagħna huwa ta siwi, għaliex jingħaqad bil-fidi ma dak taĠesù. Fih it-talb tan-Nisrani jsir għaqda ta mħabba mal-Missier. Minħabba dan, aħna nistgħu nippreżentaw it-talbiet tagħna lil Alla u dawn jiġu mismugħa: Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ (Ġw 16:24).

546. Kif kienet titlob il-Verġni Marija?

2617, 2618
2622, 2674
2679

It-talba ta Marija għandha bħala karatteristika l-fidi u l-offerta kollha kemm hi tagħha nnifisha lil Alla. Omm Ġesù hi wkoll Eva l-Ġdida, Omm il-ħajjin: hija titlob lil Ġesù, Binha, għall-bżonnijiet tal-bnedmin.

547. Fl-Evanġelju nsibu xi talba ta Marija?

2619

Minbarra l-interċessjoni ta Marija fKana tal-Galilija, il-Vanġelu jagħtina l-Magnificat (Lq 1:46-55), li hu l-kantiku ta Omm Alla u tal-Knisja, kantiku taradd il-ħajr u mimli ferħ ħiereġ mill-qalb tal-fqajrin li t-tamiet tagħhom twettqu għax seħħu l-wegħdiet ta Alla magħmulin lil missirijietna.

IT-TALB FIŻ-ŻMIEN TAL-KNISJA

548. Kif kienet titlob l-ewwel komunità nisranija ta’ Ġerusalemm?

2623-2624

Fil-bidu ta’ l-Atti ta’ l-Appostli hemm miktub li fl-ewwel komunità ta’ Ġerusalemm, mgħallma għall-ħajja ta’ talb mill-Ispirtu s-Santu, dawk li emmnu “kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim ta’ l-Appostli u fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb” (Atti 2:42).

549. Kif jidħol l-Ispirtu s-Santu fit-talb tal-Knisja?

2623
2625

L-Ispirtu s-Santu, Imgħallem tat-talb nisrani fil-qalb tal-fidili, iħarreġ il-Knisja fil-ħajja ta’ talb u jgħinha tinżel iktar fil-fond fil-kontemplazzjoni u fl-għaqda mal-misteru ta’ Kristu. Il-forom ta’ talb, kif juruhomlna l-kitbiet appostoliċi u kanoniċi, jibqgħu dejjem in-norma tat-talb tan-Nisrani.

550. X’inhuma l-iktar forom important fit-talb nisrani?

2643-2644 

Dawn huma l-barka u l-adorazzjoni, it-talb għal xi grazzja u l-interċessjoni, ir-radd ta’ ħajr u t-tifħir. Fl-Ewkaristija hemm espresso s-suriet kollha tat-talb.

551. X’inhi l-Barka?

2626-2627
2645 

It-tberik huwa t-tweġiba tal-bniedem għad-doni ta’ Alla: aħna nbierku lil dak li jista’ kollox li kien hu l-ewwel li berikna u mliena bid-doni tiegħu.

552. Kif nistgħu nfissru l-adorazzjoni?

2628

L-adorazzjoni hi l-għaqda li l-bniedem jieħu meta jagħraf li hu ħolqien ta’ Alla, u jinsab quddiem dak li ħalqu, tliet darbiet qaddis.

553. Liema huma l-forom differenti tatalb biex naqilgħu xi ħaġa?

2629-2633
2646

Tista tkun talba għall-maħfra jew talba umli mimlija fidi għal kull ma neħtieġu, kemm bżonnijiet spiritwali, kif ukoll dawk materjali. Iżda l-ewwel realtà li għandna nixxennqu għaliha hi l-miġja tas-Saltna.

554. Fhiex tikkonsisti l-interċessjoni?

2634-2636
2647

L-interċessjoni hi talba favur xi ħadd. Hi tressaqna ħafna lejn l-istess talba taĠesù, li jidħol għall-bnedmin kollha u l-aktar għall-midinbin quddiem il-Missier. L-interċessjoni mgħandhiex limitu u għandha ssir ukoll għall-għedewwa.

555. Meta għandna nroddu ħajr lil Alla?

2637-2638
2648 

Il-Knisja trod ħajr lil Alla bla waqfien, speċjalment hija u tiċċelebra l-Ewkaristija, għax matulha Kristu jsieħeb ir-radd tal-ħajr tal-Knisja ma l-att ta ringrazzjament tiegħu lill-Missier. Kull ġrajja ssir għan-Nisrani raġuni biex trod ħajr lil Alla.

556. X’inhu t-talb ta’ tifħir?

2639-2643
2649

It-tifħir huwa forma ta talb li tagħraf minnufih li Alla hu tassew Alla. Huwa talb għal kollox diżinteressat li jwassalna biex infaħħru lil Alla għalih innifsu u nagħtuh glorja għal dak li hu.

 

IT-TIENI KAPITLU

IT-TRADIZZJONI TAT-TALB

557. Xinhi l-importanza tat-Tradizzjoni meta nqisuha mat-talb?

2650-2651

Hu permezz tat-tradizzjoni ħajja, li l-Ispirtu s-Santu, fi ħdan il-Knisja, jgħallem lil ulied Alla kif jitolbu. Fil-fatt, it-talb mhux biss xi ħaġa li toħroġ waħedha mqanqla mill-qalb, bla ħsieb, imma tinkludi l-kontemplazzjoni u l-istudju u l-għarfien fil-fond ta l-affarijiet spiritwali li tagħhom wieħed ikollu esperjenza.

MILL-GĦEJUN TAT-TALB

558. Xinhuma l-għejun tat-talb nisrani?

2652-2662 

Dawn huma: il-Kelma ta Alla, li tagħtina l-għerf bla qjies ta Kristu (Fil 3:8); il-Liturġija tal-Knisja li tħabbar, iġġedded u twassal il-misteru tas-salvazzjoni; il-virtujiet teologali; is-sitwazzjonijiet tal-ħajja ta kuljum, għax fihom nistgħu niltaqgħu ma Alla.

In ħobbok, Mulej, u l-grazzja waħda li nitolbok hi li nħobbok għal dejjem. Alla tiegħi, jekk fommi ma jistax itenni kull moment, li jiena nħobbok, irrid li qalbi dan itennihulek ma kull nifs li nieħu. (Il-Kurat tArs, San Ġwann Marija Vianney)

IL-MIXJA TAT-TALB

559. Fil-Knisja jeżistu mixjiet differenti ta talb?

2663

Fil-Knisja jeżistu bosta mixjiet ta talb, skond l-ambjent storiku, soċjali u kulturali. Huwa dritt tal-Maġisteru li jagħraf jekk ċerti triqat ta talb humiex skond it-tradizzjoni tal-fidi ta l-Appostli, u huwa dmir ir-rgħajja u l-katekisti li jfissru s-sens ta dan, dejjem breferenza għal Ġesù Kristu.

560. Liema hi t-triq tat-talb tagħna?

2664
2680-2681

It-triq tat-talb tagħna hi Kristu, għax twassalna għand Alla Missierna, iżda aħna naslu għandu, biss jekk nitolbu fisem Ġesù Kristu. L-umanità tiegħu hi, fil-fatt, it-triq waħdanija li minnha jgħaddina l-Ispirtu s-Santu biex jgħallimna nitolbu l Alla Missierna. Għalhekk it-talb liturġiku jagħlaq bil-kliem: Bi Kristu Sidna.

561. Liema hu r-rwol ta’ l-Ispirtu s-Santu fit-talb?

2670-2672
2680-2681

Peress li l-Ispirtu s-Santu hu l-Imgħallem li jgħallimna nitolbu ġewwa fina u “aħna anqas biss nafu nitolbu kif imiss” (Rum 8:26), il-Knisja tistedinna biex f’kull okkażżjoni nitolbuh u ngħidulu: “Ejja, Spirtu s-Santu!”

562. F’liema sens it-talb nisrani hu talb Marjan?

2673-2679
2682

Minħabba s-sehem tagħha fil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-Knisja tħobb titlob lil Marija u titlob ma’ Marija, il-mara ta’ talb perfetta, biex magħha tfaħħar il-kobor tal-ħwejjeġ li Alla għamel fiha u ssejjaħ ‘il-Mulej. Fil-fatt, Marija turina t-triq li hu Binha, il-Medjatur waħdieni.

563. Il-Knisja kif titlob lil Marija?

2676-2678
2682 

L-ewwel nett, bl-Ave Maria, li biha l-Knisja titlob l-għajnuna bit-talb tal-Verġni Marija. Talb Marjan ieħor hu r-Rużarju, l-Innu Akathistos, il-Paraclesis, l-innijiet u l-kantiċi ġejjin minn diversi tradizzjonijiet insara.

MEXXEJJA FIT-TALB

564. B’liema mod il-Qaddisin jiggwidana fit-talb?

2683-2684
2692-2693 

Il-qaddisin huma l-mudelli tagħna tat-talb u lilhom għandna nitolbu jidħlu għalina u għad-dinja kollha, quddiem it-Trinità Qaddisa. It-talb tagħhom hu l-ogħla qadi tal-pjan ta’ Alla. Fix-xirka tal-qaddisin, żviluppaw tul l-istorja twila tal-Knisja diversi tipi ta’ spiritwalità li jgħallmu kif tgħix u tipprattika t-talb.

565. Min jista’ jħarreġ fit-talb?

2685-2690
2694-2695

Il-familja nisranija hi l-ewwel post fejn isir it-taħriġ fit-talb. It-talb kull jum fil-familja huwa rikmandat, b’mod speċjali, għax hu l-ewwel xhieda tal-ħajja tal-Knisja. Il-katekeżi, il-gruppi ta talb, id-direzzjoni spiritwali jiffurmaw skola u għajnuna għat-talb.

566. Liema huma l-postijiet li jgħinu għat-talb?

2691
2696 

Nistgħu nitolbu kullimkien, iżda l-għażla tal-post adatt hi important għat-talb. Il-knisja hi l-post proprju għat-talb liturġiku u għall-adorazzjoni ewkaristika. Hemm postijiet oħra li jgħinu għat-talb bħal-rokna tat-talb fid-dar; monasteru; jew sanrwarju.

IT-TIELET KAPITLU

IL-ĦAJJA TA TALB

567. Liema mumenti huma l-iktar indikati għat-talb?

2697-2698
2720

Kull ħin hu indikat għat-talb, iżda l-Knisja toffri lill-fidili ritmi tatalb sabiex isostnu talb li ma jaqtax: talb ta filgħodu u ta filgħaxija, it-talb ta qabel u wara l-ikel; il-Liturġija tas-Sigħat; il-Quddiesa tal-Ħadd; ir-Rużarju u l-festi tas-sena liturġika.

Għandna niftakru fAlla aktar ta spiss milli nieħdu n-nifs. (San Girgor Nazjanzenu)

 

568. Liema huma s-suriet tal-ħajja tat-talb?

2697-2699

It-tradizzjoni nisranija żammet tliet modi kif tesprimi u tgħix it-talb; it-talb bil-fomm, il-meditazzjoni u l-orazzjoni kontemplattiva. It-tliet suriet ta’ talb għandhom l-istess aspett fundamentali: il-ġabra tal-qalb.

IS-SURIET TAT-TALB

569. X’inhu dak li jagħmel it-talb bil-fomm?

2700-2704
2722

It-talb bil-fomm isieħeb il-ġisem fit-talb ġewwieni tal-qalb. Ukoll it-talb l-aktar mistur fil-moħħ, jeħtieġ it-talb bil-fomm. F’kull każ, dan irid dejjem joħroġ b’qawwa minn fidi personali. Bil-Missierna, Ġesù għallimna formula perfetta ta talb bil-fomm.

570. Xinhi l-meditazzjoni?

2705-2708
2723

Il-meditazzjoni hi riflessjoni fit-talb, li l-aħjar tibda bil-kelma ta Alla fil-Bibbja. Timpenja l-intelliġenza, l-immaġinazzjoni, l-emozzjonijiet, u x-xewqa li tikber il-konvinzjoni tal-fidi tagħna, titqanqal il-qalb għall-indiema u l-konverżjoni, tisaħħaħ ir-rieda tal-mixja wara Kristu. Hi tarġa li twassal lejn l-għaqda fl-imħabba mal-Mulej.

571. Xinhi l-orazzjoni kontemplattiva?

2709-2719
2724
2739-2741

L-orazzjoni kontemplattiva hi l-ħarsa sempliċi fAlla fis-silenzju u l-imħabba. Hi don mingħand Alla, moment ta fidi safja, li matulu dak li jitlob ifittex lil Kristu, jorbot lilu nnifsu mar-rieda kollha mħabba tal-Missier u jħalli lilu nnifsu jitqanqal mill-Ispirtu s-Santu. Santa Tereża tAvila tispjegaha bħala relazzjoni ta ħbiberija intima, fejn spiss wieħed ikun kollu kemm hu waħdu ma Alla u li dak li jkun jagħraf li hu maħbub minnu.

IT-TAQBIDA TAT-TALB

572. Għaliex it-talb hu taqbida?

2725

It-talb hu don tal-grazzja, u min-naħa tagħna tweġiba li niddeċiedu li nagħtu aħna, għax dak li jitlob irid jissielet kontra tiegħu nnifsu, kontra l-ambjent ta’ madwaru, u fuq kollox kontra t-Tentatur, li jagħmel minn kollox biex ibiegħed il-bniedem mit-talb. It-taqbida tat-talb ma tistax tinfired mill-progress tal-ħajja spiritwali. Nitolbu kif ngħixu għax ngħixu kif nitolbu.

573. Hemm xi oġġezzjonijiet għat-talb?

2726-2728
2752-2753 

Barra minn fehmiet żbaljati dwar it-talb, ħafna jaħsbu li m’għandhomx ħin għat-talb jew jaħsbu li t-talb ma jiswa xejn. Dawk li jitolbu jistgħu jaqtgħu qalbhom meta jsibu xi diffikultà jew għax it-talb ma ġiex milqugħ kif riedu. Sabiex nirbħu dan it-tfixkil, għandna bżonn l-umiltà, il-fiduċja u l-perseveranza.

574. Xi jxekkel it-talb?

2729-2733
2754-2755

Id-distrazzjoni hi l-aktar diffikultà għat-talb tagħna. Hija tneħħi l-attenzjoni tagħna minn fuq Alla, u tista’ wkoll turina ma’ xiex aħna għandna qalbna marbuta. Fdak il-waqt, qalbna trid umilment terġa lura lejn Alla. It-talb tagħna hu ħafna drabi attakkat min-nixfa li meta tintrebaħ tgħinna biex insaħħu l-fidi tagħna fil-Mulej anki jekk mingħajr faraġ sensibbli. It-telqa fil-ħwejjeġ ta Alla hi forma ta għażż spiritwali li tiġi għax inkunu nqasna li nishru kif imiss, u għax ma għassisniex biżżejjed lil qalbna.

575. Kif inqawwu l-fiduċja tagħna ta wlied?

2734-2741
2756

Il-fiduċja ta l-ulied tgħaddi mill-prova meta naħsbu li t-talb tagħna mhux se jkun milqugħ. Hawnhekk irridu nistaqsu lilna nfusna jekk Alla huwiex il-Missier li aħna rridu nagħmlu r-rieda tiegħu jew jekk huwiex mezz ħafif li ninqdew bih biex nieħdu dak li nixtiequ. Jekk it-talba tagħna hi magħquda ma dik taĠesù, aħna niksbu ferm aktar minn dak li nitolbu: nirċievu d-don ta l-Ispirtu s-Santu li jbiddel il-qalb tagħna.

576. Huwa possibbli li nitolbu fkull moment?

2742-2745
2757

It-talb hu dejjem possibbli, għax iż-żmien tan-Nisrani hu dak ta Kristu Rxoxt, li qal jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien (Mt 28:20). It-talb u l-ħajja nisranija ma jistgħux jinfirdu minn xulxin.

Tistgħu titolbu ta spiss u bil-ħerqa wkoll jekk tkunu s-suq, jew waqt passiġġata waħedkom. Ukoll jekk tkunu fil-ħanut, waqt li tixtru jew tbigħu, u wkoll waqt li ssajru. (San Ġwann Griżostmu)

577. Xinhi t-talba tas-Siegħa taĠesù?

2604
2746-2751
2758

Hekk hi msejħa t-talba saċerdotali ta’ Ġesù waqt l-Aħħar Ċena. Ġesù, il-Qassis il-Kbir tal-Patt il-Ġdid, joffriha lill-Missier meta tasal is-Siegħa tal-“mogħdija”, is-Siegħa tas-sagrifiċċju tiegħu.

 

 

 

 

It-Tieni Sezzjoni

IT-TALBA TAL-MISSIERNA

 

 

Missierna

Missierna, li Inti fis-smewwiet

Jitqaddes Ismek,
tiġi saltnatek,
ikun li trid Int,
kif fis-sema, hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum
agħtina llum,
aħfrilna dnubietna,
bħalma naħfru lil min hu ħati għalina,
u la ddaħħalniex fit-tiġrib,
iżda eħlisna mid-deni.

Pater Noster

Pater noster, qui es in cælis:
sanctificétur Nomen Tuum:
advéniat Regnum Tuum:
fiat volúntas Tua,
sicut in cælo, et in terra.
Panem nostrum
cotidiánum da nobis hódie,
et dimítte nobis débita nostra,
sicut et nos
dimíttimus debitóribus nostris.
et ne nos indúcas in tentatiónem;
sed líbera nos a Malo.
 

 

 

578. Xinhu l-oriġini tat-talba tal-Missierna?

2759-2760
2773

Ġesù għallimna din it-talba nisranija fundamentali, il-Missierna, meta wieħed mid-dixxipli rah jitlob u staqsieh: Għallimna nitolbu(Lq 11:1). It-tradizzjoni liturġika tal-Knisja dejjem żammet it-talba kif tidher f’San Mattew (6:9-13).

“ĠABRA FIL-QOSOR TA’ L-EVANĠELJU KOLLU”

579. Xpost għandha l-Missierna fl-Iskrittura?

2761-2764
2774

Il-Missierna hi tassew ġabra fil-qosor ta l-Evanġelju kollu (Tertulljanu), l-aktar talba perfetta (San Tumas taAquino). Tinsab fil-qalba tad-Diskors tal-Muntanja (Mt 5-7), u bhekk il-messaġġ l-aktar essenzjali ta l-Evanġelju jieħu forma ta talba.

580. Għaliex tissejjaħ “it-talba tal-Mulej”?

2765-2766
2775 

Il-Missierna tissejjaħ it-talba tal-Mulej (Oratio Dominica) għax għallimhielna l-Mulej Ġesù nnifsu.

581. X’post jingħata lill-Missierna fit-talb tal-Knisja?

2767-2772
2776

Il-Missierna hi l-aqwa talba tal-Knisja: “tingħata” fil-magħmudija biex tfisser it-twelid ġdid għall-ħajja divina bħala wlied Alla. L-Ewkaristija turi t-tifsir sħiħ tagħha, għax it-talbiet u l-interċessjonijiet kollha jinbnew fuq il-misteru tas-salvazzjoni tagħna li ġa seħħ, u jaslu fit-tmiem tagħhom mal-miġja tal-Mulej. Il-Missierna hi parti integrali mil-Liturġija tas-Sigħat.

MISSIERNA LI INTI FIS-SMEWWIET

582. Għaliex nistgħu nersqu bkunfidenza sħiħa lejn il-Missier?

2777-2778
2797

Għax Ġesù, il-Feddej tagħna, jurina l-Wiċċ tal-Missier, u l-Ispirtu tiegħu jagħmel minna wlied Alla. Għalhekk nistgħu nitolbu l-Missierna b’sempliċità, b’fiduċja ta’ wlied, b’garanzija hienja, b’kuraġġ umli, u b’ċertezza li nkunu maħbubin u mismugħin.

583. Kif nistgħu nsejħu lil Alla Missier?

2779-2785
2789
2798-2800 

Nistgħu nsejħu lill-“Missier” għax ġie rivelat lilna mill-Iben t’Alla magħmul bniedem u għax l-Ispirtu tiegħu għarrafhulna. Is-sejħa tal-Missier tagħtina li nidħlu fil-misteru tiegħu bi stagħġib dejjem ġdid, u tqanqal ġewwa fina x-xewqali ngħixu ta’ wlied. Bit-talba tal-Missierna nsiru konxji li aħna wlied il-Missierna fl-Iben.

584. Għaliex ngħidu “Missierna”?

2786-2790
2801 

 Tagħna tfisser relazzjoni għal kollox ġdida ma Alla. Meta aħna nitolbu lill-Missier, nadurawh u nigglorifikawh flimkien ma’ l-Iben u ma’ l-Ispirtu s-Santu wkoll. Fi Kristu aħna l-poplu “tiegħu”, u huwa Alla “tagħna”, minn issa u għal dejjem. Għalhekk ngħidu “Missierna”, għax il-Knisja ta’ Kristu hi l-għaqda ta’ kotra kbira li emmnu “b’qalb waħda u ruħ waħda” (Atti 4:32).

585. Bliema spirtu ta komunjoni u ta missjoni nitolbu lil Alla bħala Missier tagħna?

2791-2793
2801

Peress li t-talba tal-“Missierna” hi ġid komuni ta’ l-imgħammdin kollha, dawn iħossu l-bżonn urġenti li għandhom jissieħbu fit-Talba ta’ Ġesù għall-għaqda tad-dixxipli tiegħu. Titlob il-“Missierna” jfisser titlob mal-bnedmin kollha u għall-bnedmin kollha, biex kulħadd jasal biex jagħraf lil Alla wieħed u veru u biex ilkoll ninġabru f’ġemgħa waħda.

586. Xi tfisser l-espressjoni li qiegħed fis-smewwiet?

2794-2796
2802 

Din l-espressjoni biblika ma tfissirx xi mkien, imma sura ta eżistenza: Alla hu l hinn u l fuq minn kollox. Hi turi l-kobor, il-qdusija ta’ Alla u anki l-preżenza tiegħu fil-qlub tal-ġusti. Is-sema, jew id-Dar tal-Missier, hi pajjiżna tassew lejn fejn bit-tama aħna nħarsu, waqt li għadna fuq din l-art. Aħna diġa’ qegħdin hemm, “moħbija flimkien ma’ Kristu f’Alla” (Kol 3:3).

IS-SEBA’ TALBIET

587. Minn xiex inhi magħmula t-talba tal-Missierna?

2803-2806
2857

Tikkonsisti fseba talbiet lil Alla l-Missier. L-ewwel tlieta, iktar teologali, iwassluna dritt għandu, lejn il-glorja tiegħu: hi l-imħabba li taħseb l-ewwel fdak li tħobb. Dawn juruna x’għandna nitolbuh: it-tqaddis ta’ Ismu, il-miġja tas-Saltna tiegħu, u t-twettiq tar-rieda tiegħu. L-aħħar erba’ jippreżentaw lill-Missier mimli ħniena, it-tbatija u l-bżonnijiet tagħna. Nitolbuh biex jitmagħna, biex jaħfrilna, biex iżommna ‘l bogħod mit-tentazzjoni u biex jeħlisna mill-Ħażin.

588. Xi tfisser: “Jitqaddes Ismek”?

2807-2812
2858

It-tqaddis ta’ l-Isem ta’ Alla hu fuq kollox att ta’ qima li bih tagħraf lil Alla bħala Qaddis. Fil-fatt, Alla rrivela l-isem qaddis tiegħu lil Mosè u ried li l-poplu tiegħu jkun ikkonsagrat bħala ġens qaddis li fih hu jgħammar.

589. Kif jitqaddes isem Alla fina u fid-dinja?

2813-2815

It-tqaddis ta’ Isem Alla li sejħilna “fil-qdusija” (1 Tess 4:7) jseħħ fix-xewqa li nżommu ħajja l-konsagrazzjoni tal-magħmudija matul ħajjitna kollha. Barra minn hekk, mill-mod kif ngħixu u nitolbu jiddependi kemm l-isem ta’ Alla jkun magħruf u mqaddes mill-bnedmin kollha.

590. X’titlob il-Knisja meta tgħid “Tiġi Saltnatek”?

2816-2821
2859

Il-Knisja titlob għall-miġja ta’ l-aħħar tas-Saltna ta’ Alla meta Kristu jerġa’ jiġi fil-glorja kollha tiegħu. Iżda l-Knisja titlob ukoll sabiex is-Saltna t’Alla tikber minn issa stess permezz tal-qdusija tal-bnedmin fl-Ispirtu, u minħabba l-ħidma tagħhom, bis-servizz lejn il-ġustizzja u l-paċi, skond il-Beatitudnijiet. Din it-talba hi l-għajta ta’ l-Ispirtu u ta’ l-Għarusa: “Ejja, Mulej Ġesù!” (Apok 22:20).

591. Għaliex nitolbu: “Ikun li trid Int kif fis-sema u hekkda fl-art”?

2822-2827
2860

Ir-rieda tal-Missier hi li l-bnedmin kollha jsalvaw (1 Tim 2:4). Għalhekk ġie Ġesù: biex isseħħ u sseħħ darba għal dejjem ir-rieda salvifika tal-Missier. Aħna nitolbu lil Alla l-Missier biex ngħaqqdu r-rieda tagħna mar-rieda ta’ Ibnu, fuq l-eżempju ta’ Marija Santissima u l-Qaddisin. Nitolbuh biex il-pjan tiegħu jseħħ sa l-aħħar fuq l-art kif diġa’ seħħ fis-sema. Hu permezz tat-talb li jirnexxilna “nagħrfu x’inhi r-rieda ta’ Alla” (Rum 12:2) u niksbu “s-sabar biex nagħmlu r-rieda ta’ Alla” (Lhud 10:36).

592. Xi tfisser it-talba: “Hobżna ta’ kuljum agħtina llum”?

2828-2834
2861

Nitolbu lil Alla, b’fiduċja ta’ l-ulied, l-ikel meħtieġ ta’ kuljum biex kulħadd ikollu l-ħajja, waqt li nagħrfu kemm Alla l-Missier hu tajjeb u ‘l fuq minn kull ħaġa tajba. Nitolbu anki l-grazzja biex nagħrfu kif se nġibu ruħna għax il-ġustizzja u t-tqassim tal-ġid iwasslu biex iż-żejjed ta’ xi wħud jgħin għan-nuqqas ta’ l-oħrajn.

593. X’inhi t-tifsira nisranija ta’ din it-talba?

2835-2837
2861 

Peress li “l-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla” (Mt 4:4), din it-talba tiswa wkoll għall-ġuħ tal-Kelma t’Alla kif ukoll għall-Ġisem ta’ Kristu, li jingħata fl-Ewkaristija, kif ukoll il-ġuħ għall-Ispirtu s-Santu. Aħna nitolbuh dan b’fiduċja bla qjies, għal-lum, l-illum ta’ Alla, u dan jiġi mogħti lilna l-iktar fl-Ewkaristija, li fiha nduqu minn qabel l-ikla tas-saltna tas-sema l-għad trid tiġi.

594. Għaliex ngħidu: “Aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina”?

2838-2839
2862

Waqt li nitolbu lil Alla l-Missier biex jaħfrilna, aħna magħrfu quddiemu li aħna midinbin. Iżda nistqarru fl-istess waqt il-ħniena kbira ta’ Alla, għax, f’Ibnu stess u permezz tas-Sagramenti, “għandna l-fidwa, il-maħfra tad-dnubiet” (Kol 1:14). It-talba tagħna, madanakollu, tiġi mismugħa biss jekk aħna, l-ewwel, naħfru lil min hu ħati għalina.

595. Kif inhi possibbli l-maħfra?

2840-2845
2862 

Il-ħniena tidħol f’qalbna biss jekk aħna nkunu saħansitra lill-għedewwa tagħna. Issa, anki jekk għall-bniedem dan jidher impossibbli li jitwettaq, il-qalb li toffri lilha nnifisha lill-Ispirtu s-Santu tista’, bħal Kristu, tħobb sa l-aħħar, tbiddel l-offiża f’mogħdrija u l-offiża f’talba. Il-maħfra, li tieħu l-qawwa tagħha mill-ħniena ta’ Alla, hi fil-quċċata tat-talba nisranija.

596. Xi tfisser: “La ddaħħalniex fit-tiġrib”?

2846-2849
2863

Aħna nitolbu lil Alla l-Missier biex ma jħalliniex waħidna fħalq it-tentazzjoni. Nitolbu l-għajnuna ta l-Ispirtu għad-dixxerniment, minn naħa, bejn il-prova meħtieġa biex il-bniedem jikber fit-tajjeb u t-tentazzjoni li twassal għad-dnub u għall-mewt, u min-naħa l-oħra, bejn li nkunu mġarrbin u li naċċettaw it-tentazzjoni. Din it-talba tgħaqqadna ma’Ġesù li rebaħ it-tentazzjoni bit-talb. Nitolbu wkoll il-grazzja li nishru dejjem u li niksbu l-perseveranza ta l-aħħar.

597. Għaliex nispiċċaw billi nitolbu: Eħlisna mid-Deni?

2850-2854
2864

Id-Deni hu persuna – ix-Xitan, li jeħodha kontra Alla u li hu “l-qarrieq tad-dinja kollha” (Apok 12:9). Ir-rebħa fuq ix-xitan diġa’ nkisbet fi Kristu. Iżda aħna nitolbu sabiex il-familja tal-bnedmin tkun meħlusa mix-Xitan u mill-opri tiegħu. Nitolbu wkoll għad-don għażiż tal-paċi u tal-grazzja ta’ l-istennija perseveranti tal-miġja ta’ Kristu, li teħlisna darba għal dejjem mill-Ħażin.

598. Xi tfisser l-Amen ta’ l-aħħar?

2855-2856
2865

“Meta ttemm it-talba inti tgħid ‘Ammen’, u b’dan l-Ammen, li jfisser ‘Hekk ikun’, inti twettaq it-talba li għallimna l-Mulej” (San Ċirillu ta’ Ġerusalemm).

 

Ara wkoll Zieda ta' Talb u Tagħlim ....