Ittra mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi

Samaritanus bonus

(Is-Samaritan it-Tajjeb)

dwar il-kura tal-persuni li jkunu jinsabu fil-fażijiet kritiċi u terminali tal-ħajja

22 ta’ Settembru 2020

 

Introduzzjoni

Is-Samaritan it-tajjeb li joħroġ minn triqtu biex jgħin lil-bniedem marid (cfr Lq 10, 30-37) hu x-xbieha ta' Ġesù Kristu li jiltaqa' mal-bniedem fil-bżonn tas-salvazzjoni u jeħodlu ħsieb il-ġrieħi u d-dwejjaq tiegħu "biż-żejt tal-faraġ u l-nbid tat-tama" (1).  Huwa t-tabib tar-ruħ u tal-ġisem u huwa "x-xhud fidil" (Ap 3, 14), tal-preżenza salvifika ta' Alla fid-dinja.  Imma kif nistgħu llum dal-messaġġ nagħmluh konkret?  Kif nistgħu nittraduċuh f'ħila ta' akkumpanjament tal-persuna marida fil-fażijiet terminali tal-ħajja waqt li nibqgħu nħarsu dejjem id-dinjità umana inaljenabbli tagħha, is-sejħa tagħha għall-qdusija, il-valur suprem tal-istess eżistenza tagħha?

L-iżvilupp straordinarju u progressiv tat-teknoloġiji biomediċi kattru b'mod tal-għaġeb il-ħiliet kliniċi tal-mediċina f'dak li għandu x'jaqsam mad-djanjosi, mat-terapija u l-kura tal-pazjenti.  Il-Knisja tħares lejn ir-riċerka xjentifika u teknoloġika bit-tama, u fihom tara opportunità favorevoli ta' servizz għall-ġid integrali tal-ħajja u d-dinjità ta' kull persuna umana (2).  Madankollu, dawn il-progressi tat-teknoloġija medika, minkejja li huma prezzjużi, minnhom infushom mhumiex determinanti biex jikkwalifikaw is-sens propju u l-valur tal-ħajja umana.  Infatti kull progress fil-ħiliet tal-operaturi tas-saħħa jitlob minnhom ħila ta' dixxerniment morali għaqli li jibqa' dejjem joktor (3) biex ikun evitat l-użu sproporzjonat u disumaniżżanti tat-teknoloġiji l-aktar fil-fażijiet kritiċi jew terminali tal-ħajja umana.

Minbarra hekk, it-tmexxija organiżżattiva flimkien mal-għadd kbir tal-friegħi tal-ispeċjaliżżazzjoni u l-kumplessità tas-sitemi sanitarji tal-lum, jistgħu jwasslu biex ir-relazzjoni tal-fiduċja bejn it-tabib u l-pazjent tispiċċa tkun biss relazzjoni teknika u kuntrattwali, riskju li qed jhedded fuq kollox il-pajjiżi li qed japprovaw liġijiet li jippermettu għamliet ta' suwiċidju assitit u ewtanasja volontarja tal-morda l-aktar vulnerabbli.  Dawn, lill-marid inkunu qed iċaħħdulu l-konfini etiċi u ġuridiċi tal-awtodeterminazzjoni, b'hekk joskuraw b'mod serju, il-valur tal-ħajja umana fi żmien il-mard, is-sens tas-sofferenza u t-tifsira taż-żmien ta' qabel il-mewt.  It-tbatija u l-mewt, infatti, ma jistgħux ikunu l-kriterji waħdiena li bihom titkejjel id-dinjità umana, li hi ewlenija għal kull persuna minħabba l-fatt innfisu li hija "bniedem".

Quddiem dawn l-isfidi, li jistgħu jisfidaw il-mod kif aħna nħarsu lejn il-mediċina, it-tifsir tal-kura li nagħtu lill-persuna marida u r-responsabbiltà soċjali fil-konfront ta' min hu l-aktar dgħajjef, dan id-dokument għandu l-għan li jdawwal il-preokkupazzjonijiet u d-dubji tar-rgħajja u tal-fidili, dwar l-assistenza medika, spiritwali u pastorali li għandha tingħata lill-morda fil-fażi kritika u terminali tal-ħajja.  Ilkoll għandna s-sejħa li nkunu xhieda quddiem il-marid u nsiru "komunità li tfejjaq" biex ix-xewqa ta' Ġesù, li nkunu lkoll ħaġa waħda, ibda mill-aktar dgħajfa u vulnerabbli, titwettaq konkretament (4).  Infatti, ma' kullimkien qed tinħass il-ħtieġa ta' ċarezza morali u direzzjoni prattika dwar kif għandhom ikunu assistiti dawn il-persuni, ladarba "hemm bżonn tal-għaqda fid-duttrina u fil-prassi" (5) dwar suġġett daqstant delikat li jolqot lill-morda l-aktar debboli fil-waqtiet l-aktar delikati u deċisivi fil-ħajja ta' kull persuna.

Diversi Konferenzi Episkopali madwar id-dinja ppubblikaw dokumenti u ittri pastorali li bihom fittxew jagħtu tweġiba għall-isfidi tas-suwiċidju assistit u l-ewtanazja volontarja - ġustifikati minn liġijiet nazzjonali - b'riferiment partikolari għal kull min jaħdem jew hu rikoverat fl-isptarijiet, anki dawk kattoliċi.  Imma l-assistenza spiritwali u d-dubji li qed jinqalgħu f'ċerti ċirkostanzi u kuntesti partikolari dwar iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti lil min qatgħha li jtemm ħajtu volontarjament, illum jeħtieġu intervent aktar ċar u preċiż min-naħa tal-Knisja bl-għan illi:

- jittenna l-messaġġ tal-Evanġelju, u dak li jesprimi, bħala pedament dottrinali propost mill-Maġisteru, li jfakkar fil-missjoni ta' min għandu kuntatt mal-morda fil-fażijiet kritiċi u terminali (il-familjari jew il-ħarriesa legali, il-kappillani tal-isptarijiet, il-ministri straordinarji tal-Ewkaristija u l-operaturi pastorali, il-volontiera fl-isptarjiet u l-ħaddiema sanitarji kollha), flimkien mal-morda nfushom;

- li jforni orjentamenti pastorali preċiżi u konkreti sabiex fuq livell lokali jistgħu jkunu affrontati u mmexxijin dawn is-sitwazzjonijiet kumplikati sabiex  ikunu ta' fejda għal-laqgħa personali tal-pazjent mal-Imħabba mimlija ħniena ta' Alla.

 

I. Nieħdu ħsieb il-proxxmu

Huwa diffiċli nagħrfu l-profondità tal-valur tal-ħajja umana meta, minkejja kull sforz ta' assistenza, meta tibqa' tidher quddiemna fid-dgħufija u l-fraġilità tagħha.  Is-sofferenza mhux biss ma tistax titneħħa mix-xefaq eżistenzjali tal-persuna, talli tibqa' dejjem tmaħħaħ fuq il-mistoqsija qatt imwieġba dwar is-sens tal-ħajja (6).  Is-soluzzjoni għal dil-mistoqsija drammatika qatt ma tista' tingħata biss fid-dawl tal-ħsieb uman għax is-sofferenza tħaddan fiha l-kobor ta' misteru speċifiku li jista' jkun muri biss bir-Rivelazzjoni ta' Alla (7).  Kull operatur sanitarju għandu f'idejh b'mod partikolari l-missjoni tal-ħarsien fidil tal-ħajja umana sat-tmiem naturali tagħha (8), permezz ta' mixja ta' assistenza li jkollha l-ħila li f'kull pazjent tiġġenera mill-ġdid is-sens profond tal-eżistenza tiegħu, meta din tkun immarkata mit-tbatija u l-mard.  Għalhekk jidher li hu meħtieġ li wieħed jibda minn osservazzjoni għaqlija tat-tifsir propju tal-kura, biex jifhem it-tifsir tal-missjoni speċifika li Alla ta lil kull persuna, lil kull operatur sanitarju u pastorali, kif ukoll lill-istess marid u l-familja tiegħu.

L-esperjenza tal-kura medika hi konsegwenza tal-kundizzjoni umana ttimbrata bit-tmiem u l-limiti: il-vulnerabbilta.  B'relazzjoni mal-persuna hi mnaqqxa fil-fraġilità tal-essri tagħna li hu fl-istess waqt "ġisem", li jintemm materjalment u temporalment, u "ruħ", xewqa tal-infinit u destinat għall-eternità.  Il-fatt li aħna kreaturi "mitmumin" li wkoll huma destinati għall-eternità, iberraħ id-dipendenza tagħna fuq il-ġid materjali u l-għajnuna reċiproka bejn il-bnedmin kif ukoll ir-rabta tagħna oriġinarja u profonda ma' Alla.  Dil-vurnerabbilta tagħti sies lill-etika li nieħdu ħsieb xulxin, partikolarment fil-qasam tal-mediċina meqjusa bħala attenzjoni, premura, parteċipazzjoni mxierka u responsabbiltà lejn in-nisa u l-irġiel afdati f'idejna għax jeħtieġu assistenza fiżika u spiritwali.

B'mod partikolari, ir-relazzjoni tal-kura tħaddan prinċipju ta' ġustizzja, fid-dimensjoni doppja tagħha li sseddaq il-ħajja umana (suum cuique tribuere) u li ma tagħmel ebda ħsara lill-persuna (alterum non laedere): l-istess prinċipju li Ġesù bidel f'regola tad-deheb pożittiva "Dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom" (Mt 7,12).  Hija r-regola li fl-etika medika tradizzjonali ssib eku fl-aforiżma "primum non nuocere" (l-ewwel tagħmilx ħsara).

Għalhekk l-ewwel responsabbiltà li jġarrab it-tabib meta jiltaqa' mal-marid hija l-ħarsien tal-ħajja.  Din ma tistax titqies biss bħala ħila biex ifejjaq lill-marid għax ix-xefaq antropoloġiku u morali tagħha hu ferm aktar wiesa: ukoll meta l-fejqan huwa impossibbli jew improbabbli l-akkumpanjament mediku u tal-infermiera (kura tal-funzjonijiet fiżjoloġiċi essenzjali tal-ġisem), psikoloġiku u spiritwali, huwa dmir li ma jistax jinħarab għax il-maqlub ikun ifisser abbandun diżuman tal-marid.  Infatti, il-mediċina, li tisserva b'ħafna xjenzi, għandha wkoll id-dimensjoni importanti ta' "arti terapewtika" li timplika relazzjoni sfiqa bejn il-pazjent, l-operaturi sanitarji, il-familjari u l-membri tal-komunitajiet varji li jkun jagħmel parti minnhom il-marid: arti terapewtika, atti kliniċi u l-kura huma marbutin flimkien b'mod li ma jistax jinħall fil-prattika medika, fuq kollox fil-fażijiet kritiċi u terminali tal-ħajja.

Is-Samaritan it-Tajjeb, infatti, "mhux biss isir qrib tal-proxxmu imma jieħu fuq spallejh ir-responsabbiltà ta' dak ir-raġel mitluq fil-ġenb tat-triq" (9).  Jinvesti fih, mhux biss il-flus li għandu, imma wkoll dawk li m'għandux u li jittama li se jaqlagħhom f'Ġeriko, u jwiegħed li jħallas id-differenza fi triqtu lura.  Hekk, Kristu jistedinna biex inqiegħdu l-fiduċja tagħna fil-grazzja tiegħu u jimbuttana lejn il-ġenerożità msejsa fuq il-karità sopranaturali, meta jidentifika ruħu ma' kull marid: "Kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi" (Mt 25,40).  L-affermazzjoni ta' Ġesù hija verità morali ta' medda universali: tfisser li "nieħdu ħsieb" il-ħajja kollha u l-ħajja ta' kulħadd" (10), biex niskopru l-Imħabba oriġinarja u bla kundizzjoni ta' Alla, għajn tas-sens ta' kull ħajja.

Għal dan il-għan, fl-istrutturi tal-isptarijiet u assistenzjali mnebbħin mill-valuri nsara hu meħtieġ aktar minn qatt qabel li jsir sforz, spiritwali wkoll, biex titħalla wisa' għal relazzjoni mibnija l-ewwelnett fuq l-għarfien tal-fraġilità u l-vulnerabbiltà tal-persuna marida.  Infatti, il-fraġilità tfakkarna fid-dipendenza tagħna minn Alla u hi stedina biex, b'rispett xieraq nagħtu tweġiba lill-proxxmu.  Minn hawn tinbet ir-responsabbiltà morali, marbuta mal-għarfien ta' kull persuna li għandha f'idejha l-kura tal-marid (tabib, infermier, familjari, volontarju, ragħaj) li quddiemha jkollha valur fundamentali u inaljenabbli - il-persuna umana - li torbotha li ma tmurx 'l hinn mil-limiti li bihom turi r-rispett tagħha lejn l-ieħor, jiġifieri l-akkoljenza, il-ħarsien u l-promozzjoni tal-ħajja umana sakemm tasal il-mewt naturali.

F'das-sens dan ifisser li jkollna ħarsa kontemplattiva (11) li mill-istess eżistenza tagħha u tal-oħrajn tagħraf l-għaġeb waħdieni u irrepetibbli li ngħatat u laqgħet bħala don.  Hija l-ħarsa ta' min ma jippretendix li r-realtà tal-ħajja hi propjetà tiegħu imma jagħraf jilqagħha hekk, kif inhi, bl-għeja u s-sofferenzi tagħha, u jagħmel ħiltu biex fil-marda jsib is-sens li lilu jinterpellah u "jmexxih" bil-fiduċja ta' min jintelaq f'idejn il-Mulej tal-ħajja li jimmanifesta ruħu fih.

Ċertament il-mediċina għandha taċċetta l-limitu tal-mewt bħala parti mill-kundizzjoni umana.  Jasal waqt li fih ma jibqa' xejn aktar ħlief  li wieħed jagħraf li mhux aktar possibbli li jintervjeni b'terapiji speċifiċi fuq il-marda, li f'qasir żmien tidher li hija mortali.  Huwa fatt drammatiku li għandu jittarraf lill-marid b'umanità kbira u wkoll bi ftuħ fiduċjuz lejn il-perspettiva sopranaturali, konxju mid-diqa ta' qalb li ġġib magħha l-mewt, fuq kollox f'kultura li taħbiha.  Infatti ma nistgħux inħarsu lejn il-ħajja bħala xi ħaġa li għandha tkun ikkonservata jiġri x'jiġri - din hi ħaġa impossibbli -, imma bħala xi ħaġa li tkun mgħexja u li tasal taċċetta liberament is-sens tal-eżistenza tal-ġisem: "Biss meta l-persuna titqies “fl-għaqda sħiħa” tagħha, jiġifieri “ruħ li turi ruħha fil-ġisem, u ġisem infurmat kif imiss minn spirtu immortali”, wieħed jista’ jifhem it-tifsir verament uman tal-ġisem (12).

Madankollu, li wieħed jagħraf li fil-perspettiva tal-mewt il-fejqan hu impossibbli, ma jfissirx it-tmiem tal-azzjoni medika u infermjerstika.  It-tħaddim tar-responsabbiltà fil-konfront tal-persuna marida jfisser li tibqa' tingħata kura sal-aħħar: "jekk inhu possibbli titfejjaq, imma l-kura dejjem" (13). L-intenzjoni li lill-marid tikkurah dejjem toffri kriterju biex wieħed jevalwa d-diversi azzjonijiet li għandu jagħmel f'sitwazzjoni ta' marda li ma titfejjaqx: "infatti li 'ma titfejjaqx' qatt m'għandha l-istess tifsira ta' 'li ma tistax tingħata kura'".  Il-ħarsa kontemplattiva hi stedina għat-twessih tal-kunċett tal-kura.  L-għan tal-kura għandu jħares l-integrità tal-persuna, u b'mezzi addattati biex jiggarantixxi sapport fiżiku, psikoloġiku, soċjali, familjari u reliġjuż.  Il-fidi ħajja li tgħammar fil-qlub tal-persuni tal-madwar tista' tkun kontribut għall-vera ħajja teologali tal-persuna marida, anki jekk dan ma jkunx jidher minnufih.  Il-kura pastorali ta' kulħadd, familjari, tobba, infermieri u kappillani tista' tgħin lil-marid jippersisti fil-grazzja santifikanti u jmut fil-karità, fl-Imħabba t'Alla.  Infatti, fil-preżenza ta' marda li ma tistax taħrab minnha, speċjalment jekk tkun kronika u deġenerattiva, meta tonqos il-fidi, il-biża' tat-tbatija u tal-mewt, u l-iskoraġġiment marbutin magħha, illum il-ġurnata huma l-kawżi ewlenin tat-tentattiv li bniedem ikun irid jikkontrolla u jippjana għall-mewt li tkun riesqa, anki billi jantiċipaha billi jitlob l-ewtansja jew is-suwiċidju assistit.

 

II. L-esperjenza ħajja ta’ Kristu fit-tbatija u t-tħabbir tat-tama

Jekk il-figura tas-Samaritan it-Tajjeb timla bid-dawl tagħha d-drawwa li nieħdu ħsieb xulxin, l-esperjenza ħajja ta' Kristu fit-tbatija, tal-agunija tiegħu fuq is-Salib u tal-qawmien mill-mewt tiegħu, huma ċirkostanzi li fihom turi ruħha l-qrubija ta' Alla magħmul bniedem mal-bosta għamliet tal-piena u tan-niket li jistgħu jolqtu lill-morda u lill-familjari tagħhom, fil-jiem twal tal-marda u lejn tmiem il-ħajja.

Mhux biss il-persuna ta' Kristu hi mħabbra minn kliem il-profeta Iżaija bħala bniedem li hu familjari mal-uġigħ u s-sofferenza (cfr. 53) imma jekk naqraw mill-ġdid il-paġni tal-passjoni ta' Kristu, fihom insibu l-esperjenza tan-nuqqas ta fehim, taż-żebliħ, tal-abbandun, tal-uġigh fiżiku u tal-pwieni.  Huma esperjenzi li llum jolqtu lil bosta morda li spiss huma meqjusin bħala piż għas-soċjetà; kultant il-mistoqsijiet tagħhom mhux mifhuma, spiss jgħixu għamliet ta' abbandun affettiv, telf ta' kull rabta.

Kull marid mhux biss għandu bżonn lil min jisimgħu, imma li jifhem ukoll li min qed jisimgħu "jaf" xi jfisser tħossok waħdek, abbandunat, imnikket, quddiem il-prospettiva tal-mewt, l-uġigħ tal-ġisem, is-sofferenza li tinbet meta l-ħarsa tas-soċjetà tkejjel il-valur tiegħu bil-qies tal-kwalità tal-ħajja u turih li tqisu piż għall-proġetti ta' ħaddieħor.  Għalhekk li l-ħarsa ddur lejn Kristu jfisser li wieħed ikun jista' jdur lejn min ġarrab dan kollu f'ġismu, l-uġigħ tal-frosta u tal-imsiemer, iż-żebliħ ta' min kien jiffalġellah; it-tradiment tal-ħbieb l-aktar għeżież.

Quddiem l-isfida tal-marda u fil-preżenza ta' inkonvenjenzi emottivi u spiritwali ta' min ikun għaddej mill-esperjenza tat-tbatija titfaċċa b'mod persistenti l-ħtieġa li wieħed ikun jaf jgħid kelma ta' faraġ misluta mill-kumpassjoni mimlija tat-tama ta' Ġesù fuq is-Salib.  Tama kredibbli, dik mistqarra minn Ġesù fuq is-Salib, li kapaċi taffronta l-waqt tal-prova, l-isfida tal-mewt.  Fis-Salib ta' Kristu - fil-kant tal-liturġija tal-Ġimgħa l-Kbira: Ave Crux, spes unica (O Salib, tama ewlenija) - insibu ġabra fil-qosor tal-ħażen kollu u t-tbatijiet tad-dinja.  It-tbatija fiżika kollha, li tagħha s-salib, bħala strument ta' mewt infami u infamanti huwa s-simbolu; it-tbatija psikoloġika kollha li timmanifesta ruħha fil-mewt ta' Ġesù f'solitudni l-aktar mudlama, abbandun u tradiment; il-ħażen morali kollu li jimmanifesta ruħu fil-kundanna għall-mewt tal-Innoċenti; it-tbatija spiritwali kollha li tidher fid-deżolazzjoni li ġġagħlek iġġarrab is-skiet ta' Alla.

Kristu huwa dak li madwaru ħass ix-xokk tal-uġigħ tal-Omm u tad-dixxipli, li "jinsabu" taħt is-Salib: fil-preżenza tagħhom, li fid-dieher hi mgħobbija bl-impotenza u r-rassenjazzjoni, hemm il-qrubija kollha tal-ġibda (tal-imħabba) li lil Alla magħmul bniedem tippermettilu jgħix ukoll dawk is-siegħat li jidhru bla sens.

Imbagħad hemm is-Salib: fil-fatt, strument ta' tortura u qtil li kien jingħata biss lil tal-aħħar, li donnu tant simili, fil-qawwa simbolika tiegħu, għal dak il-mard li jwaħħlek ma' sodda, li jantiċipa biss il-mewt u donnu jneżża' minn kull sens iż-żmien u l-medda tiegħu.  Madankollu, dawk li jkunu "madwar" il-marid mhumiex biss xhieda, imma huma sinjal ħaj ta' dik l-imħabba, dawk ir-rabtiet, dik id-disponibbiltà intima ta' mħabba, li lil min ikun ibati tippermettilu jilmaħ fuqu  ħarsa umana bil-ħila li terġa' tagħti sens liż-żmien u lill-marda.  Għaliex bl-esperjenza mġarrba minn min iħossu maħbub, il-ħajja kollha ssib il-ġustifikazzjoni tagħha.  Matul il-mixja tal-passjoni tiegħu, Kristu ma hediex jafda bil-fiduċja fl-imħabba tal-Missier, li dehret ċar fis-siegħat fuq is-Salib, anki permezz tal-imħabba tal-Omm.  Għax l-imħabba t'Alla tidher ċar dejjem, fl-istorja tal-bnedmin, grazzi għall-imħabba ta' min ma jabbandunaniex, ta' min minkejja kollox "jinsab" maġenbna.

Jekk nirriflettu fuq tmiem il-ħajja tal-persuni, ma nistgħux ninsew li fihom spiss hemm jgħammar il-ħsieb ta' dawk li se jħallu warajhom: l-ulied, il-konjuġi, il-ġenituri, il-ħbieb.  Element uman li qatt ma nistgħu nittraskurawh u li għandna nwieżnuh u ngħinuh.

Hi l-istess preokkupazzjoni ta' Kristu li qabel ma' miet ħaseb fl-Omm li kienet se tibqa' waħedha, magħluqa f'niket li kellha ġġorru fl-istorja.  Fir-rakkont xott tal-Evanġelju ta' Ġwanni, Kristu jdur lejn l-Omm biex iserrħilha moħħha, biex jafdaha f'idejn id-dixxiplu l-maħbub ħalli jieħu ħsiebha: "Mara, hawn hu ibnek" (cfr. Ġw 19, 26-27).  Iż-żmien ta' tmiem il-ħajja hu żmien ta' relazzjonijiet, żmien li fih għandhom jingħelbu s-solitudni u l-abbandun (cfr. Mt 27, 46 e Mk 15, 34), fil-prospettiva li, bil-fiduċja, tkun se tagħti ħajtek lil Alla (cfr Lq 23, 46).

F'dil-perspettiva, li tħares lejn il-kurċifiss ifisser li tkun qed tara xena korali li fiha Kristu hu ċ-ċentru għaliex fil-ġisem tiegħu ikun qed jiġbor u jittrasfigura bis-sħiħ is-siegħat l-aktar mudlama tal-esperjenza umana, ħinijiet li fihom, bis-satra, tkun qed titfaċċa l-possibiltà tad-disperazzjoni.  F'dik id-deskrizzjoni palstika u xotta li jtuna l-Evanġelji, id-dawl tal-fidi jgħinna nilmħu l-preżenza Trinitarja, għax Kristu jafda fil-Missier grazzi għall-Ispirtu s-Santu li jwieżen lill-Omm u lid-dixxipli, li "jinsabu hemm" u bil-preżenza tagħhom taħt is-Salib, jieħdu sehem fil-misteru tar-Redenzjoni bid-dedikazzjoni umana tagħhom ma' dak li qed ibati.

B'hekk, minkejja li hi mmarkata minn agunija ta' wġigħ, il-mewt tista' tkun okkażjoni ta' tama akbar, propju grazzi għall-fidi, li tagħtina sehem mill-opra redentriċi ta' Kristu.  Infatti, l-uġigħ isir eżistenzjalment sopportabbli biss fejn hemm it-tama.  It tama li Kristu jittrażmetti lil min ikun ibati u lill-marid hi l-preżenza tiegħu, il-qrubija vera tiegħu.  It-tama mhix biss stennija ta' ġejjieni aħjar, hija lemħa fuq il-preżent u tiżgħedu bit-tifsir. Fil-fidi nisranija l-avveniment tal-Qawmien mhux biss hu l-ftuħ għall-ħajja eterna, imma juri biċ-ċar li l-aħħar kelma qatt mhi l-mewt, it-tbatija, it-tradiment, il-ħażen.  Kristu jqum fl-istorja, u fil-misteru tal-qawmien mill-imwiet hemm il-konferma tal-imħabba tal-Missier li qatt ma jabbandunana.

Għalhekk, it-tifsira tal-esperjenza ħajja ta' Kristu fit-tbatija hi dik li tagħti lill-bnedmin tal-lum ukoll, tama li tagħti sens liż-żmien tal-mard u tal-mewt.  Din it-tama hi l-imħabba li tirreżisti t-tentazzjoni tad-disperazzjoni.

Minkejja li huma importanti ħafna u mimlijin valur, il-kuri paljattivi mhumiex biżżejjed jekk m'hemm ħadd "qrib" il-marid biex jurih il-valur uniku u irrepetibbli tiegħu.  Għal min jemmen, il-ħarsa lejn il-Kurċifiss tfisser li jkun iqiegħed il-fiduċja fl-Imħabba t'Alla li jifhem: u huwa importanti, f'epoka storika li fiha l-awtonomija hija mgħollja fuq pedistall u li tiċċelebra l-fanfarunati tal-individwu, niftakru li jekk hu minnu li kulħadd jgħix is-sofferenza tiegħu, l-uġigħ tiegħu u l-mewt tiegħu, dawn l-esperjenzi huma dejjem miżgħuda mill-ħarsa u l-preżenza ta' oħrajn.  Madwar is-Salib hemm ukoll l-impjegati tal-Istat Ruman, hemm il-kurjużi, hemm l-aljenati, hemm l-indifferenti hemm l-imgħaddba; jinsabu taħt is-Salib, imma "mhumiex" mal-Imsallab.

Fit-taqsimiet tal-kura intensiva, fl-isptarijiet li jikkuraw il-morda kroniċi, wieħed jista' jkun preżenti bħala impjegat jew bħala persuna li "tkun" mal-marid.

B'hekk, l-esperjenza tas-Salib tagħti lil min ikun ibati, interlokutur kredibbli li lilu jista' jkellmu, jurih ħsibijietu, joffrilu d-dwejjaq kbar tiegħu u l-biża': lil dawk li jieħdu ħsieb il-marid, ix-xena tas-Salib ittihom element ieħor biex jifhmu li anki meta jkun donnu m'hemm xejn aktar xi jsir ikun hemm ħafna aktar x'għandu jsir, għax li tkun "qrib" il-marid hu wieħed mis-sinjali tal-imħabba u tat-tama li ġġorr magħha.  L-aħbar tal-ħajja wara l-mewt mhix illużjoni jew faraġ imma hi ċertezza li tinsab fil-qalba tal-imħabba u ma tgħibx mal-mewt.

 

III. Il-"qalb li tara" tas-Samaritan

Il-ħajja umana hi don sagru u invjolabbli

F'kull kundizzjoni fiżika jew psikika li jkun jinsab fiha, il-bniedem jibqa' jżomm id-dinijità oriġinarja li hu maħluq xbieha ta' Alla.  Jista' jgħix u jikber fl-isplendur divin għax imsejjaħ biex ikun "xbieha u glorja t'Alla" (1 Kor 11, 7; 2 Kor 3, 18).  Id-dinjità tiegħu tinsab f'dil-vokazzjoni.  Alla sar bniedem biex isalvana, wegħedna s-salvazzjoni u ddestinana għall-għaqda miegħu: fuq dan jinbena s-sies kollu tad-dinjità umana (14).

Hu propju dmir tal-Knisja li takkumpanja bil-ħniena lill-aktar dgħajfa fit-triq tal-uġigħ, biex iżżomm fihom il-ħajja teologali u tmexxihom lejn is-salvazzjoni ta' Alla (15).  Hija l-Knisja tas-Samaritan it-Tajjeb (16), li tqis "is-servizz mogħti lill-morda bħala parti sħiħa mill-missjoni tagħha" (17).  Li din il-medjazzjoni salvifika tal-Knisja tiftiehem fil-perspettiva tal-komunjoni u s-solidarjetà hija għajnuna essenzjali biex tingħeleb kull tendenza riduzzjonista u individwalista (18). 

B'mod partikolari, il-programm tas-Samaritan it-Tajjeb hija "l-qalb li tara".  hu "jgħallem li hemm ħtieġa li l-ħarsa tal-qalb tikkonverti għax bosta drabi min iħares ma jkunx jara.  Għaliex?  Għax nieqes mill-kumpassjoni.  (...)  Mingħajr il-kumpassjoni, min iħares ma jitwaħħadx ma' dak li jkun josserva u jibqa' għaddej; iżda, min għandu qalb mimlija kumpassjoni jitqanqal u jinvolvi ruħu, jieqaf u jieħu ħsieb" (19).  Dil-qalb tara fejn hemm bżonn l-imħabba u ġġib ruħha skont il-bżonn (20).  Fid-dgħufija l-għajnejn jaraw sejħa minn Alla biex jaġixxu, għax jagħrfu li l-ħajja umana hi l-ġid ewlieni tas-soċjetà (21).  il-ħajja umana hi ġid mill-aktar għoli u s-soċjetà għandha s-sejħa li tagħraf dan.  Il-ħajja hi don (22) sagru u invjolabbli u kull bniedem maħluq minn Alla għandu vokazzjoni traxxendenti u relazzjoni unika ma' Dak li jagħti l-ħajja, għax "Alla, inviżibbli fl-imħabba kbira tiegħu" (23) joffri lil kull bniedem pjan ta' salvazzjoni tant li dak li jkun jista' jafferma: "Il-ħajja dejjem hi ġid. Din hi intwizzjoni jew addirittura esperjenza li l-bniedem hu msejjaħ sabiex jifhem ir-raġuni profonda tagħha" (24).  Għaldaqstant, il-Knisja dejjem hi hienja li tikkollabora mal-bnedmin kollha ta' rieda tajba, ma' min jemmen u ġej minn konfessjonijiet oħra jew reliġjonijiet u wkoll ma' min m'għandux twemmin, illi jirrispettaw id-dinità tal-ħajja umana, anki fil-fażijiet estremi tat-tbatija u tal-mewt, u li jirrifjutaw kull att li jeħodha kontriha (25).  Alla ħallieq, infatti, lill-bniedem joffrilu l-ħajja u d-dinjità tiegħu bħala rigal prezzjuż biex iħarsu u jseddqu u li tiegħu fl-aħħar mill-aħħar irid jagħti kont lilu.

Il-Knisja tafferma s-sens pożittiv tal-ħajja umana li diġà jidher fil-fehma onesta, konfermat u valoriżżat mid-dawl tal-fidi fid-dinjità inaljenabbli tiegħu (26).  Dan mhux kriterju soġġettiv jew arbitrarju: iżda huwa kriterju msejjes fuq id-dinjità naturali u invjolabbli - għaliex il-ħajja hi l-ewwel ġid għax kundizzjonata mill-frott ta' kull ġid ieħor - u fil-vokazzjoni traxxendenti ta' kull essri uman, imsejjaħ biex ikun sehem mill-Imħabba Trinitarja ta' Alla ħaj (27): "l-imħabba speċjali li l-Ħallieq għandu għal kull persuna umana "ttiha dinjità infinita " (28).  il valur invjolabbli tal-ħajja hi verità bażika tal-liġi morali naturali u hija pedament essenzjali tal-ordni ġuridiku.  Daqskemm ma jistax ikun aċċettat li bniedem ieħor ikun ilsir tagħna, anki fil-każ li hu stess jitlob dan minna, bl-istess mod ma tistax issir għażla diretta ta' attentat kontra l-ħajja ta' persuna umana, anki jekk titlob dan hi stess.  Għaldaqstant, li telimina marid li qed jitlob l-ewtanasja ma jfisser bl-ebda mod li tkun qed tirrispetta l-awtonomija tiegħu u tivvaloriżżaha, anzi, bil-maqlub, tkun qed tiċħad il-valur tal-libertà tiegħu, li tkun ikkundaizzjonata bil-kbir mil-marda u mit-tbatija, kif ukoll il-valura ta' ħajtu, għax tkun qed tiċħadlu kull possibbiltà ta' relazzjoni umana oħra, is-sens tal-eżistenza u t-tisdiq fil-ħajja teologali.  Aktar minn hekk, tkun qed tiddeċiedi minflok Alla l-waqt tal-mewt.  Għaldaqstant, "l-abort, l-ewtanasja u l-istess suwiċidju volontarju (...) jirvinaw iċ-ċiviltà umana, jagħmlu diżunur lil min iwettaqhom aktar lil min isofri l-ġerħa.  Aktar minn hekk dawn huma diżunur bla qies lejn il-Ħallieq (29).

IV. L-ostakli kulturali

li jtappnu l-valur sagru ta' kull ħajja umana

Illum il-ġurnata xi fatturi jillimitaw il-ħila li jinftiehem kif imiss il-valur profond u intrinsiku ta' kull ħajja umana: l-ewwel wieħed hu l-użu ekwivoku tal-kunċett "mewt dinjituża" mqabbla "mal-kwalità tal-ħajja".  Hawnhekk tfiġġ perspettiva antropoloġika utilitaristika li fil-biċċa l-kbira "tkun marbuta mal-possibiltajiet ekonomiċi, "mal-għana", mas-sbuħija u t-tgawdija tal-ħajja fiżika, filwaqt li twarrab għal kollox dimensjonijiet oħra ferm aktar profondi - relazzjonali, spiritwali, u reliġjużi - tal-eżistenza" (30).  Bħala riżultat ta' dal-prinċipju, il-ħajja titqies denja biss jekk ikollha kwalità ta' livel aċċettabbli, skont il-ġudizzju tal-persuna nfisha jew inkella ta' terzi, skont il-preżenza-assenza ta' funzjonijiet psikiċi u fiżiċi determinanti, inkella meta marbuta biss mal-preżenza ta' svantaġġi psikoloġiċi.  Skont dan l-approċċ, meta l-kwalità tal-ħajja tidher fqira, ma jixirqilhiex li tibqa' għaddejja.  B'hekk però, ma nkunux qed nagħrfu li l-ħajja umana għandha valur fiha nfisha.

Ostaklu ieħor li jtappan il-perċezzjoni tas-sagralità tal-ħajja umana hu l-mod żbaljat kif nifhmu "l-kumpassjoni" (31).  Fil-preżenza ta' tbatija li titqies bħala "insopportabbli", niġġustifikaw it-tmiem tal-ħajja tal-pazjent f'isem "il-kumpassjoni".  Minflok it-tbatija, aħjar il-mewt: hi l-ewtanasja hekk imsejħa "tal-kumpassjoni".  Ikun att ta' kumpassjoni li tgħin lill-pazjent imut permezz tal-ewtanasja jew is-suwiċidju assistit.  Fir-realtà, il-kumpassjoni umana mhix dik li tipprovoka l-mewt, imma li tilqa' lill-marid, twieżnu fid-diffikultajiet, toffrilu l-għożża, l-attenzjoni u l-meżżi biex ittaffilu t-tbatija.

It-tielet fattur li jagħmel diffiċli l-għarfien tal-valur tal-ħajja personali u ta' ħaddieħor fi ħdan ir-relazzjonijiet inter-soġġettivi huwa l-individwaliżmu dejjem joktor li jwassal biex lill-oħrajn narawhom bħala limitazzjoni jew theddida għall-libertà personali.  Fl-għeruq ta' dan l-atteġġjament hemm "in-neo-pelaġjaniżmu li bih l-individwu, radikalment awtonomu, jippretendi li jsalva lilu nnifsu, bla ma jagħraf li fil-qiegħ nett tal-eżistenza tiegħu, jiddependi minn Alla u mill-oħrajn (...).  Ċertu neo-njostiċiżmu, min-naħa tiegħu, jippreżenta salvazzjoni merament interjuri, maqfula fis-soġġettiviżmu" (32), li jittama fil-liberazzjoni tal-persuna mill-limitazzjoniet ta' ġisimha l-aktar meta dan ikun dgħajjef u marid.

B'mod partikolari, l-individwaliżmu hu l-għerq ta' dik li nistgħu nqisuha bħala l-marda l-aktar moħbija ta' żmienna: is-solitudni (33), li f'xi kuntesti normattivi saħansitra tiffoka fuq "id-dritt għas-solitudni" ibda mil-awtonomija tal-persuna u "mill-prinċipju ta' x'inhu permess/maqbul" illi fid-dawl ta' kundizzjonijiet speċifiċi ta' skumdità jew marda, jista' jwassal biex dak li jkun jagħżel iridx jibqa' jgħix.  Huwa l-istess "dritt" li jassoġġetta ruħu għall-ewtanasja u għas-swiċidju assitit.  L-idea ta' kollox hi li kull min isib ruħu f'kundizzjoni ta' dipendenza u jkun nieqes mill-awtonomija perfetta u reċiproċità, ikun moqdi qiesu qed isirlu xi favur.  il-kunċett tat-tajjeb b'hekk jirruduċi ruħu għal ftehim soċjali: kulħadd jirċievi l-kura u l-assistenza li l-awtonomija jew l-utilità soċjali u ekonomika jagħmluhom possibbli jew konvenjenti.  Ir-riżultat ta' dan ikun li r-relazzjonijiet inter-personali jitfaqqru, isiru dgħajfa u neqsin mill-karità sopranaturali, dik is-solidarjetà umana u dak is-sapport soċjali tant meħtieġa biex ikunu affrontati l-mumenti u d-deċiżjonijiet l-aktar diffiċli tal-eżistenza.

Dan il-mod ta' kif inħarsu lejn ir-relazzjonijiet umani u t-tifsir ta' dak li hu tajjeb ma jistax ma jherrix is-sens tal-ħajja nnifsu, iġibha qiesha xi ħaġa li tista' timmanipulaha kif jidhirlek anki permezz ta' liġijiet li jillegaliżżaw l-ewtanasja li ġġib il-mewt għall-morda.  Azzjonijiet bħal dawn huma kawża ta' insensibbiltà gravi lejn il-kura ta-persuna marida u jiddeformaw ir-relazzjonijiet.  F'ċirkostanzi bħal dawn, kultant jinqalgħu dilemmi bla bażi dwar il-moralità ta' azzjonijiet li fir-realtà m'huma xejn aktar ħlief atti dovuti ta' assistenza lill-persuna, bħalma huma l-idratazzjoni u l-pajpijiet tal-manteniment mogħtija lill-marid fi stat ta' inkoxjenza mingħajr possibbiltà ta' fejqan.

F'das-sens, il-Papa Franġisku tkellem dwar "il-kultura tal-iskart" (34).  Il-vittmi ta' dil-kultura huma propju l-bnedmin l-aktar fraġli, li jirriskjaw li jisfaw "skartati" minn mekkaniżmu li jidhirlu li għandu jkun effiċjenti jiġri x'jiġri.  Dan hu fenomenu kulturali li jeħodha bil-qawwa kontra s-solidarjetà, ħaġa li Ġwanni Pawlu II iddeskriviha bħala "il-kultura tal-mewt" u li toħloq "strutturi tad-dnub" awtentiċi (35).  Dan jista' jġiegħel li jitwettqu azzjonijiet żbaljati minnhom infushom għas-sempliċi raġuni li wieħed "iħossu sew" għax ikun għamilhom, u jiġġenera konfużjoni bejn dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin, meta, minflok, kull ħajja personali għandha valur uniku u irrepetibbli, li dejjem jipprometti u huwa miftuħ għat-traxxendenza.  F'dil-kultura tal-iskart u tal-mewt, l-ewtanasja u s-suwiċidju assitit jidhru bħala soluzzjoni żbaljata biex isolvu l-problemi tal-pazjenti terminali.

 

V. It-tagħlim tal-maġisteru

 

1.     Il-projbizzjoni tal-ewtanasja u s-suwiċidju assistit

Fil-missjoni tagħha li tittrasmetti l-grazzja tar-Redentur u l-liġi qaddisa ta' Alla lill-fidili, preċett li diġà hu mnaqqx fil-liġi morali naturali, il-Knisja tħoss id-dmir li tgħid tagħha biex għal darb'oħra tneħħi kull ambigwità dwar it-tagħlim tal-Maġisteru dwar l-ewtanasja u s-suwiċidju assitit, anki f'dawk il-kuntesti fejn il-liġijiet nazzjonali għamlu dawn il-prattiċi leġittimi.

B'mod partikolari, it-tifrix ta'protokolli mediċi li japplikaw fis-sitwazzjonijiet ta' tmiem il-ħajja, bħalma huma Do Not Resuscitate Order jew il-Physician Orders for Life Sustaining Treatment - bil-varjazzjonijiet kollha tagħhom skont l-ordinamenti u l-kuntesti nazzjonali, li oriġinarjament kellhom il-ħsieb li jkunu strumenti biex ikun evitat l-akkaniment terapewtiku fl-aħħar fażijiet tal-ħajja - illum iqajmu problemi gravi f'dak li għandu x'jaqsam  mal-ħarsien tal-ħajja tal-pazjenti fl-aktar fażijiet kritiċi tal-marda.  Infatti, jekk min-naħa t-tobba qed iħossuhom dejjem marbutin mal-awtodeterminazzjoni espressa mill-pazjenti f'dawn id-dikjarazzjonijiet, li issa wasslet biex tneħħilhom il-libertà u d-dmir li jaħdmu biex fejn ikunu jistgħu, iħarsu l-ħajja, mill-oħra f'xi kuntesti tas-saħħa hu ta' tħassib l-abbuż, li llum nafu li hemm ħafna rapporti dwaru, li dan il-protokoll jintuża fil-perspettiva tal-ewtanasja meta la l-pazjenti u anqas u anqas il-familji ma jkunu konsultati dwar did-deċiżjoni estrema.  Dan isir fuq kollox, fil-pajjiżi fejn il-liġijiet dwar tmiem il-ħajja jħallu wisa' kbir għall-ambigwità f'dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni tad-dmir tal-kura, għax daħħlu l-prattika tal-ewtanasja» (37).  L-evalwazzjoni morali tagħha u l-konsegwenzi li jinbtu minnha għaldaqstant, ma jiddependux mill-bilanċjalment tal-prinċipji illi skont iċ-ċirkostanzi u s-sofferenza tal-pazjent iwasslu biex skont xi wħud, jiġġustifikaw l-eliminazzjoni tal-persuna marida.  Il-valur tal-ħajja, l-awtonomija, il-kapaċità deċiżjonali u l-kwalità tal-ħajja mhumiex kollha tal-istess livell. 

Għalhekk, l-ewtanasja hija att intrinsikament ħażin f'kull okkażjoni u ċirkostanza.  Fl-imgħoddi, il-Knisja diġà affermat b'mod definittiv "illi l-ewtanasja hi vjolazzjoni gravi tal-Liġi t'Alla għax hi qtil intenzjonat, moralment inaċċettabbli ta' persuna umana.  Din id-duttrina hi msejsa fuq il-liġi naturali u fuq il-Kelma t'Alla mitkuba, hi mgħoddija lilna mit-Tradizzjoni tal-Knisja u mgħallma mill-Maġisteru ordinarju u universali.  Għemil bħal dan fih, skont iċ-ċirkostanzi, il-malizzja li tappartjeni lis-suwiċidju u l-omiċidju (38).  Kull tip ta' koperazzjoni formali u materjali mmirata biex jitwettaq dal-att hija dnub gravi kontra l-ħajja umana: "Ebda awtorità ma tista leġittimament timponih jew tippermettih".  Infatti dan hu vjolazzjoni tal-liġi divina, offiża lid-dinjità tal-persuna umana, krimini kontra l-ħajja, attentat kontra l-umanita" (39).  Għalhekk, l-ewtanasja hi att omiċida li ebda għan ma jista' jiġġustifikah u li ma jittollera ebda għamla ta' kompliċità jew kollaborazzjoni, attiva jew passiva.  Dawk li japprovaw liġijiet dwar l-ewtanasja u s-suwiċidju assistit, għalhekk, isiru kompliċi tad-dnub gravi li jagħmlu l-oħrajn.  Dawn isiru wkoll ħatja ta' skandlu għax liġijiet bħal dawn jikkontribwixxu biex jiddeformaw il-kuxjenza tal-fidili wkoll (40).

Il-ħajja għandha l-istess dinjità u l-istess valur għal kulħadd: ir-rispett lejn il-ħajja tal-ieħor hu l-istess li wieħed għandu lejn l-eżistenza tiegħu nnifsu.  Persuna li bil-libertà kollha tagħżel li ttemm ħajjitha tkun qed tikser ir-relazzjoni tagħha ma' Alla u mal-oħrajn u tkun qed tiċħad lilha nfisha bħala individwu morali.  Is-suwiċidju assitit iżid il-gravità għax fih xi ħadd ieħor ikun sehem mid-disperazzjoni ta' dak li jkun, u jgħinu biex ir-rieda tiegħu ma jindirizzahiex lejn il-misteru ta' Alla, permezz tal-virtù teologali tat-tama, u bħala konsegwenza biex ma jagħrafx il-veru valur tal-ħajja u jikser il-patt li jorbot flimkien il-familja umana.  Li tgħin lis-suwiċida hija kollaborazzjoni esaġerata f'att illeċitu li jikkontradixxi r-relazzjoni teologali ma' Alla u r-relazzjoni morali li tgħaqqad lill-bnedmin sabiex jaqsmu bejniethom id-don tal-ħajja u jixxierku flimkien fis-sens propju tal-ħajja tagħhom.

Meta wkoll it-talba għall-ewtanasja tinbet minn diqa ta' qalb u mid-disperazzjoni (41) u, "minkejja li f'każijiet bħal dawn ir-responsabbiltà personali tista' titnaqqas jew tintefa għal kollox, madankollu, l-iżball tal-ġudizzju tal-kuxjenza - anki jekk isir b'għan ġenwin - ma jibdilx in-natura tal-att omiċida li jibqa' dejjem inammissibbli fih innifsu (42).  L-istess jgħodd għas-suwiċidju assistit.  Prattiċi bħal dawn qatt m'huma għajnuna awtentika lill-marid imma għajnuna biex imut.

Għalhekk din dejjem hi għażla żbaljata: "il-personnel medIku u l-operaturi sanitarji l-oħra - fidili lejn id-dmir li "jkunu dejjem ta' servizz għall-ħajja u jassituha sal-aħħar - ma jistgħu qatt ikunu għad-dispożizzjoni ta' ebda prattika ta' ewtanasja lanqas jekk ikun il-marid stess li jitlobha, u anqas u anqas jekk din tintalab mill-qraba.  Infatti ma jeżisti ebda dritt li bnedem jiddisponi minn ħajtu arbitrarjament, u għalhekk, ebda operatur sanitarju "ma jista' jkun protettur esekuttiv ta' dritt li ma jeżistix" (43).

Huwa għalhekk li l-ewtanasja u s-suwiċidju assitit huma telfa għal min jittejoriżżahom, għal min jiddeċiedi u għal min iwettaqhom (44).

Għaldaqstant il-liġijiet li jillegaliżżaw l-ewtanasja jew li jiġġustifikaw is-suwiċidju u l-għajnuna biex dan isir minħabba d-dritt falz tal-għażla ta' mewt indekoruża meqjusa denja biss għax hi għażla, huma inġusti għall-aħħar (45).  Liġijiet bħal dawn jherru s-sies tal-ordni ġuridiku: id-dritt għall-ħajja, li jwieżen kull dritt ieħor, inkluż it-tħaddim tal-liberta umana.  L-eżistenza ta' dawn il-liġijiet hi ġerħa kbira għar-relazzjonijiet umani u għall-ġustizzja u huma theddida għall-fiduċja reċiproka bejn il-bnedmin.

Il-ġabra ta' liġijiet ġuridiċi li taw leġittimità lis-suwiċidju assistit u l-ewtanasja, huma wkoll sinjal ta' deġenerazzjoni evidenti ta' dal-fenomenu soċjali.  Il-Papa Franġisku jfakkar li "l-kuntest soċjali attwali ftit ftit qed jherri l-għarfien dwar dak li l-ħajja umana jagħmilha prezzjuża.  Infatti, dejjem aktar spiss qed jiġri li l-valur tagħha jkun meqjus skont kemm hi effiċjenti u utli sal-punt li dawk il-ħajjiet li ma jaqblux ma' dal-kriterju jitqiesu "ħajjiet skartati" jew "ħajjiet bla valur".  F'dis-sitwazzjoni fejn qed jintilfu l-valuri awtentiċi, ininu wkoll id-dmirijiet inderogabbli tas-solidarjetà u tal-fraternità umana u nisranija.  Fir-realtà, is-soċjeta jkun jistħoqqilha tissejjaħ "ċivili" jekk tiżviluppa l-anitkorpi kontra l-kultura tal-iskart; jekk tagħraf il-valur li ma jintmissx tal-ħajja umana; jekk is-solidarjetà tkun imqiegħda fis-seħħ u mħarsa bħala pedament tal-konvivenza" (46).  F'xi pajjiżi fid-dinja, għexieren ta' eluf ta' persuni diġà mietu bl-ewtanasja, ħafna minnhom għax kienu għaddejjin minn tbatija psikoloġika jew dipressjoni.  U spiss naraw ukoll abbużi rrappurtati mill-istess tobba, fejn tneħħiet il-ħajja ta' persuni li qatt ma xtaqu li tkun applikata għalihom l-ewtanasja.  It-talba biex titneħħa l-ħajja, infatti, f'ħafna każi tkun sintomu tal-marda nfisha, mtaqqla mill-iżolament u qtigh il-qalb.  Din id-diffikultà l-Knisja tħares lejha bħala okkażjoni ta' tisfija spiritwali li sseddaq it-tama sabiex issir verament teologali, iffukata fuq Alla u f'Alla biss.

Pjuttost, aktar milli jikkuntenta bil-konformità falza, in-nisrani għandu joffri lill-marid l-għajnuna indispensabbli biex jgħinu joħroġ mid-disperazzjoni.  il-Kmandament "la toqtolx" (Eż. 20, 13; Dwt 5, 17)  infatti, huwa "Iva" għall-ħajja li tagħha huwa garanti Alla: "isir appell għal imħabba sfiqa li tħares u tippromwovi l-ħajja tal-proxxmu" (47).  Għalhekk, in-nisrani jaf li l-ħajja f'in l-art mhix il-valur suprem.  Il-beatitudni aħħarija tinsab fis-sema. B'hekk in-nisrani m'għandux jippretendi li l-ħajja fiżika se tkompli għaddejja meta jkun ċar li l-mewt hi qrib.  In-nisrani jgħin lill-moribond jeħles mid-disperazzjoni u jqiegħed tamtu f'Alla.

Mill-aspett kliniku, il-fatturi li l-aktar jiddeterminaw it-talba għall-ewtanasja u s-suwiċidju assistit huma l-uġigħ li dak li jkun iħoss li ma jiflaħx jissaportih u n-nuqqas ta' tama, umana u teologali, ikkaġunata ukoll minn assistenza umana, psikoloġika u spiritwali mitruħa min-naħa ta' min ikun qed jikkura lill-marid (48).

Dan hu konfermat mill-esperjenza: "it-talb imqanqal tal-morda gravi, li xi kultant isejħu l-mewt, m'għandux jinftiehem bħala espressjoni ta' rieda vera tal-ewtanasja; infatti, dawn huma dejjem imqanqlin minn talb mimli diqa għall-għajnuna u l-għożża.  Lil hinn mill-kura medika, dak li jkollu bżonn il-marid hu l-imħabba, is-sħana umana u sopranaturali li permezz tagħhom ikun jista' jegħleb kull għamla ta' dipressjoni u ma jinħakimx mid-dwejjaq kbar ta' min iħossu waħdu u abbandunat għad-destin tiegħu ta' tbatija u mewt.

Infatti l-bniedem l-uġigħ ma jġarrbux biss bħala fattur bioloġiku li għandu jikkontrollah ħalli jsir sopportabbli, imma bħala misteru tal-vulnerabbiltà umana b'relazzjoni ma' tmiem il-ħajja fiżika, avveniment li diffiċli jkun aċċettat ġaladarba l-għaqda bejn ir-ruħ u l-ġisem hija essenzjali għall-bniedem.

Għalhekk hu biss meta nagħtu tifsira mill-ġdid tal-ġrajja nfisha tal-mewt - permezz tal-ftuħ tagħha lejn il-ħajja eterna li tħabbar id-destinazzjoni traxxendenti ta' kull persuna - li "tmiem il-ħajja" jista' jkun affrontat b'mod li jaqbel mad-dinjità umana u jaddatta ruħu għal dik l-isfida kbira u għal dik it-tribulazzjoni inevitabbli li jġib miegħu is-sens tat-tmiem imminenti.  Infatti, it-tbatija hi ħaġa aktar wiesa' mill-marda, aktar kumplessa u fl-istess ħin aktar imħawla profondament fl-umanità nfisha" (50).  U din it-tbatija, bl-għajnuna tal-grazzja, tista' titħeġġeġ minn ġewwa bil-karità divina, propju bħal fil-każ tat-tbatija ta' Kristu fuq is-Salib.

Għaldaqstant, il-ħila ta' min ikun jassiti persuna li tbati minn marda kronika jew li tkun fil-fażi terminali tal-ħajja, trid tkun persuna li "taf toqgħod", tishar ma' min qed isofri d-diqa tal-mewt, "tfarraġ", jiġifieri tkun qrib tas-solitudni, li tkun preżenza li tiftaħ għat-tama (51).  Permezz tal-fidi u l-karità mistqarra fl-intimità tar-ruħ, infatti, il-persuna li tkun tassiti għandha ħila ssofri t-tbatijiet tal-ieħor u tinfetaħ għal relazzjoni personali mad-dgħajjef , tberraħ l-ixqfa tal-ħajja ferm aktar 'l hinn mill-avvenient tal-mewt, u b'hekk issir preżenza mimlija bit-tama.

"Ibku ma' min jibki" (Rm 12, 15) għaliex hu hieni l-imnikket li jibki mal-oħrajn (cfr Mt 5,4).  F'dir-relazzjoni, li ssir possibbiltà ta' mħabba, it-tbatija timtela' bit-tifsir għax issir sehem fil-kundizzjoni umana u fis-solidarjetà tal-mixja lejn Alla, li tesprimi dak il-patt radikali bejn il-bnedmin (52) li jgħinhom jaraw dawl lil hinn mill-mewt.  Dan jurina r-ruħ tal-att mediku tal-patt terapewtiku bejn it-tabib u l-marid, marbutin flimkien bl-għarfien tal-valur traxxendenti tal-ħajja u tas-sens mistiku tat-tbatija.  Dan il-patt huwa dawl biex ikun mifhum l-operat mediku floku, li jmur 'l hinn mill-viżjoni individwalistika u ta' utilità li qed jaħkmuna llum.

 

2.     L-obbligu morali li jeskludi l-akkanitment terapewtiku

Il-Maġisteru tal-Knisja jfakkar li meta joqrob tmiem l-eżistenza fuq l-art, id-dinjità tal-persuna uamna titlob bħala dritt li dak li jkun imut bl-akbar serenità possibbli u bid-dinjità umana u nisranija xierqa (53).  Il-ħarsien tad-dinjità fil-mewt ibarri kemm li din tkun antiċipata kif ukoll li tittawwal b'dak li jissejjaħ 'akkaniment terapewtiku' (54).  Infatti, il-mediċina moderna għandha mezzi li bihom tittardja l-mewt b'mod artifiċjali bla ma' l-marid ikun qed jirċievi ebda benefiċċju.  Għalhekk, meta l-mewt inevitabbli tkun qrib hu leċitu li b'għarfien u bil-kuxjenza tittieħed id-deċiżjoni li titwaqqaf il-kura li ttawwal il-ħajja prekarja li ġġiblek ħasra, bla ma titwaqqaf il-kura normali li għandha tingħata lil dawn il-morda f'każi bħal dawn (55).  Dan ifisser li mhux leċitu li titwaqqaf il-kura effikaċi biex iżżomm jaħdmu l-funzjonijiet fiżjoloġiċi essenzjali, sakemm jibqgħu jkunu ta' benefiċċju għall-organiżmu (sapport bl-idratazzjoni, in-nutrizzjoni, ir-regolament tat-temperatura; u għajnuniet oħra xierqa u proporzjonati biex jgħinu n-nifs, u oħrajn, fil-qies mitlub biex iwieżnu l-omeostasi tal-ġisem u titnaqqas it-tbatija tal-organiżmi u s-sistemi).  Li titwaqqaf kull persistenza bla raġuni fl-għoti tat- trattamenti ma tfissirx rinunzja terapewtika.  Din l-ispjegazzjoni llum hija indispensabbli fid-dawl ta' għadd kbir ta' każi ġudizzjarji li dawn l-aħħar snin wasslu għar-rinunzja kurattiva - u għall-mewt antiċipata - ta' pazjenti li jkunu jinsabu f'qagħda kritika imma mhux terminali u li dwarhom tittieħed id-deċiżjoni li jitwaqqaf is-sostenn vitali għax ma jkollhom ebda prospettiva li titjieb il-kwalità ta' ħajjithom.

Fil-każ speċifiku tal-akkaniment terapewtiku għandu jittenna li r-rinunzja ta' mezzi straordinarji u/jew sporporzjonati "mhux suwiċidju jew ewtanasja; pjuttost hu ammissjoni tal-kundizzjoni umana quddiem il-mewt (56) jew l-għażla prudenti li titqiegħed fis-seħħ xi sistema medika sporporzjonata mqabbla mar-riżultati li wieħed jista' jittama.  Ir-rinunzja għal trattamenti bħal dawn, li kulma jagħmlu hu biss li jtawlu ħajja prekarja li ġġiblek ħasra, jista' jfisser ukoll rispett lejn ir-rieda tal-moribond mistqarra f'dawk li jissejħu dikjarazzjonijiet antiċipati tat-trattament, li però jeskludi kull att ta' natura ta' ewtanasja jew suwiċidju (57).

Infatti, il-proporzjonalità tfisser it-totalità tal-ġid tal-marid.  Id-dixxerniment morali falz tal-għażla bejn il-valuri (per eżempju, il-ħajja versu l-kwalità tal-ħajja) qatt m'huma f'lokhom; attitudni bħal din tista' twassal li fil-kunsiderazzjonijiet mittieħda  jitwarrab għal kollox il-ħarsien tal-integrità personali u tal-ġid tal-ħajja u l-veru objettiv morali tal-att li jitwettaq (58).  Kull att mediku infatti, dejjem għandu jkollu bħala għan u intenzjoni li jaġixxi biex jakkumpanja l-ħajja u qatt biex ifittex il-mewt (59).  Hu x'inhu l-każ, it-tabib qatt mhu sempliċi esekutur tar-rieda tal-pazjent jew tar-rappreżentant legali ta' dan, hu jżomm id-dritt u għandu d-dmir li jżomm lura mix-xewqat li ma jaqblux mal-ġid morali ddettat mill-kuxjenza tiegħu (60).

 

3.    Il-kura bażika u d-dmir tan-nutrizzjoni u l-idratazzjoni

Prinċipju fundamentali u li ma jistax jinħarab fl-akkumpanjament tal-mard li jkun f'qagħda kritika u/jew terminali hi li jibqa' jingħata assistenza fejn jidħlu l-funzjonijiet fiżjoloġiċi essenzjali.  B'mod partikolari, kura bażika li kull bniedem għandu dritt għaliha hi dik  li jingħata n-nutrizzjoni meħtieġa mill-omeostasi tal-ġisem, fil-qies xieraq, u sakemm din is-somministrazzjoni tkun turi li qed tilħaq l-għan propju tagħha illi tkun ta' fejda għall-idratazzjoni u n-nutriment tal-pazjent (61).

Meta l-għoti ta' sustanzi nutrijenti u liquidi fiżjoloġiċi ma jkunu ta' ebda fejda għall-pazjent, għax l-organiżmu tiegħu ma jkunx għadu jassorbihom u jimmetabolizzahom, is-somministrazzjoni tagħhom għandha tieqaf.  B'hekk il-mewt ma tkunx qed titħaffef b'mod mhux leċitu minħabba li l-marid ma jkunx jingħata sapport  bl-idratazzjoni u n-nutriment essenzjali għal-funzjonijiet vitali, imma jkun att ta' rispett lejn l-iżvilupp naturali tal-marda kritika jew terminali.  Għall-kuntrarju, it-tneħħija ta' dan is-sapport isir azzjoni inġusta u jista' jkun raġuni ta' tbatija kbira għal min ikun qed iġarrabha.  In-nutrizzjoni u l-idratazzjoni mhumiex terapija medika fihom infushom għaliex ma jkunux qed jattakkaw il-kawżi tal-proċess patoloġiku li jkun għaddej fil-ġisem tal-pazjent, imma jirrappreżentaw kura dovuta lill-persuna tal-pazjent, attenzjoni klinika u umana primarji li ma tistax tinħarab.  Xi drabi, l-obbligu tal-kura lill-marid li jingħata idratazzjoni u nutrizzjoni xierqa tista' titlob li jsir użu minn somministrazzjoni artifiċjali (62),  bil-kundizzjoni li din ma tkunx ta' ħsara għall-marid jew li żżid tbatija mhux aċċettabbli lill-pazjent (63).

 

4.     il-kura paljattiva

Id-dmir kostanti li wieħed jifhem il-ħtiġijiet tal-marid: ħtieġa ta' assistenza, serħan mill-uġigħ, ħtiġijiet emotivi, affettivi u spiritwali jiffurmaw parti minn dan id-dmir.  Kif jidher ċar mill-esperjenza klinika wiesa, il-mediċina paljattiva hi strument prezzjuż u irrinunzjabbli biex takkumpanja lill-pazjent fil-waqtiet tal-akbar dwejjaq, ta' sofferenza, kronika jew terminali tal-marda.  Dawk li nsejħulhom kuri paljattivi huma l-espressjoni l-aktar awtentika tal-azzjoni umana u nisranija tal-kura, is-simbolu tanġibbli li bniedem "ikun" qrib min qed ibati, bil-kumpassjoni.  L-għan tagħhom hu li "jtaffu t-tbatijiet fil-fażi finali tal-marda u biex lill-pazjent jassigurawlu akkumpanjament uman xieraq" (64), dinjituż u jtejbulu - sakemm ikun possibbli - l-kwalità tal-ħajja u l-qagħda sħiħa tiegħu.  L-esperjenza tgħallimna li meta jiunu użati dawn it-terapiji paljattivi l-għadd ta' dawk li jitolbu l-ewtanasja jonqos drastikament.  Għal dan il-għan jidher li hu utli impenn deċiż, skont il-possibbiltajiet ekonomiċi, biex din il-kura tissaħħaħ u tingħata lil min jiġi bżonnha u li tingħata biss fl-aħħar fażijiet tal-ħajja fil-qafaas ta' kura integrata relatata ma' kull tip ta' patoloġija kronika u/jew deġenerattiva, li jista' jkollha pronjosi kumplikata, ta' tbatija u ta' niket għall-pazjent u l-familja tiegħu (65).

L-assistenza spiritwali tifforma parti mill-kura paljattiva tal-marid u tal-familjari tiegħu.  Din tnissel fiduċja u tama f'Alla lill-moribond u lill-familjari, u tgħinhom jaċċettaw il-mewt ta' qaribhom.  Huwa kontribut essenzjali, dmir tal-operaturi pastorali u tal-komunità nisranija kollha kemm hi, fuq l-eżempju tas-Samaritan it-Tajjeb, ħalli minflok ir-rifjut tidħol l-aċċettazzjoni u minflok id-diqa tal-qalb tidħol it-tama (66), fuq kollox meta t-tbatija titwal minħabba d-deġenerazzjoni tal-patoliġija, meta jkun qorob it-tmiem.  F'dil-fażi, id-deċiżjoni li tingħata terapija effikaċi kontra l-uġigħ tgħin lill-pazjent jaffronta l-marda u l-mewt mingħajr il-biża' ta' uġigħ insopportabbli.  Dar-rimedju għandu jkun marbut ma' sapport ta' fraternità li jgħin lil dak li jkun jegħleb is-sens ta' solitudni fil-pazjent, sens ta' solitudni li spiss ikun ġej mill-fatt li l-pazjent ma jħossux akkumpanjat kif jixraq u mifhum sew fis-sitwazzjoni diffiċli li jkun jinsab fiha.

il-kura paljattiva mhix tweġiba radikali għat-tbatija u qatt ma nistgħu nsostnu li tista' tasal li tneħħi t-tbatija għal kollox mill-ħajja tal-bnedmin (67).  Meta nippretendu dan inkunu qed niġġeneraw tama falza li tikkawża disperazzjoni akbar f'min qed ibati.  Ix-xjenza medika qed issir dejjem aktar konxja fl-għarfien tal-uġigħ fiżiku u għandha tqiegħed fis-seħħ l-aħjar riżorsi tekniċi biex tittrattah; iżda x-xefaq vitali ta' marda terminali hu kawża ta' sofferenza profonda fil-marid li jitlob attenzjoni mhux biss teknika.  Spe salvi facti sumus aħna salvi bit-tama, dik teologali, indirizzata lejn Alla, jgħid San Pawl (Ru 8, 24).

"L-inbid tat-tama" hu l-kontribut speċifiku tal-fidi nisranija fil-kura tal-marid u hi marbuta mal-mod kif Alla jegħleb il-ħażen fid-dinja.  Fit-tbatija l-bniedem għandu jkun jista' jġarrab solidarjetà u mħabba li tittwaħħad mas-sofferenza u toffri sens lill-ħajja li tmur 'l hinn mill-mewt.  Dan kollu għandu importanza soċjali: "Soċjetà li ma jirnexxilhiex taċċetta lil min ibati u li m'għanhiex ħila tagħti sehemha permezz tal-kumpassjoni, sabiex tkun sehem mit-tbatija u ġġorrha fiha interjorment, hija soċjetà krudila u diżumana (68).

Irid ikun iċċarat ukoll li tul dawn l-aħħar snin id-definizzjoni tal-kura paljattiva kisbet tifsira li tista' tkun ekwivoka.  F'xi pajjiżi fid-dinja, in-normi li jirregolaw il-kura paljattiva (Palliative Care Act), kif ukoll il-liġijiet dwar "tmiem il-ħajja" (End of Life Law), iqisu, flimkien mal-kura paljattiva, dik li tissejjaħ Assistenza Medika għall-Mewt (MAiD) li tinkuldi fiha l-possibiltà li bniedem jitlob l-ewtanasja u s-suwiċidju assitit.  Sitwazzjoni normattiva bħal din toħloq konfużjoni kulturali li ġġiegħel lil dak jkun jifhem  li l-assistenza medika għall-mewt volontarja tifforma parti integranti mill-kura paljattiva u li għalhekk huwa moralment leċitu li bniedem jitlob l-ewtanasja jew is-suwiċidju assitit.

Barra minn hekk, f'dawn il-kuntesti normattivi, l-interventi paljattivi biex inqassu t-tbatija tal-pazjenti gravi jew moribondi, jistgħu ifissru li tiġi somministrata lilhom mediċina bl-għan li tantiċipa l-mewt jew li tittwaqqaf/tkun interrotta l-idratazzjoni u n-nutriment anki fil-każi fejn il-pronjosi tkun ta' ġimgħat jew xhur.  Madankollu, azzjonijiet bħal dawn ifissru azzjoni jew omissjoni diretta biex twassal għall-mewt u għalhekk m'humiex leċiti.  It-tifrix progressiv ta' dawn in-normattivi, anki permezz tal-linji-gwida tas-soċjetajiet xjentifiċi nazzjonali u internazzjonali, minbarra li qed iġagħalu għadd dejjem jiżdied ta' persuni vulnerabbli biex jagħżlu l-ewtanasja jew is-suwiċidju, huma wkoll nuqqas ta' responsabbiltà soċjali fil-konfront ta' tant persuni, li kulma jkunu jeħtieġu hu li jkollhom assistenza u jkunu kkunslati aħjar.

 

5.     L-irwol tal-familji u tal-'hospices'

Fil-kura tal-marid terminali l-irwol tal-familja hu ċentrali (69).  Fil-familja l-persuna tkun tista' torbot fuq relazzjonijiet qawwija fil-valur intrinsiku tagħhom lil hinn mill-għajnuna u l-ferħ li jistgħu jikkontribwixxu.  Hu essenzjal li l-marid ma jħossx li hu piż imma jġarrab l-intimità u s-sapport tal-għeżież tiegħu.  F'dil-missjoni l-familja teħtieġ l-għajnuna u l-mezzi addattati.  Għalhekk jeħtieġ li l-Istati jagħtu għarfien lill-funzjoni primarja u fundamentali tal-familja u r-rwol tagħha, li xejn ma jista' jeħdilha postha bl-ebda mod, billi jqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha r-riżorsi u l-istrutturi meħtieġa biex iwieżnuha.  Minbarra dan, l-akkumpanjament uman u spiritwali tal-familja hu dmir fl-istrutturi sanitarji ta' ispirazzjoni nisranija; din qatt m'għandha tkun traskurata għax hija mxierka intimament mal-kura mal-marid.

Flimkien mal-familja hemm l-istituzzjoni tal-hospice fejn il-laqgħa mogħtija lill-marid terminali hi waħda li taċċerta l-kura sal-waqt estrem, ħaġa tajba u ta' għajnuna kbira.  Wara kollox, "it-tweġiba nisranija għall-misteru tal-mewt u tat-tbatija mhix spjegazzjoni imma Preżenza" (70) li titgħabba bin-niket, takkumpanjah u tiftħu għal tama żgura.  Strutturi bħal dawn huma eżempju ta' umanità fis-soċjetà, santwarji ta' niket mgħejx fil-milja tas-sens tiegħu.  Għalhekk il-hospices jeħtieġ li jkunu mgħammra b'persuni speċjaliżżati u mezzi materjali addattati għall-kura, miftuħin dejjem għall-familji: "Rigward dan qed nħaseb fil-ġid kbir li jagħmlu l-hospices fil-kura paljattiva, fejn il-morda terminali jkunu akkumpanjati minn għajnuna medika kwalifikata ħalli jkunu jistgħu jgħixu bid-dinjità l-aħħar fażijiet tal-ħajja fuq din l-art ikkonfortati mill-qrubija tal-għeżież tagħhom.  Nawgura li dawn iċ-ċentri jkomplu jkunu mkejjen li fihom jitħaddem l-impenn "tat-terapija tad-dinjità", li b'hekk tmantni bl-imħabba r-rispett lejn il-ħajja (71).  F'dawn il-kuntesti, kif ukoll f'kull struttura sanitarja kattolika, hu obbligu li jkun hemm  operaturi sanitarji u pastorali mħejjijin mhux biss mill-aspett kliniku imma imma li wkoll jgħixu ħajja teologali ta' fidi u tama awtentiċi, indirizzati lejn Alla, għax din tkun l-għola għamla ta' umaniżżazzjoni tal-mewt (72).

 

6.     L-akkumpanjamment u l-kura fl-età ta' qabel it-twelid u pedjatrika

B'relazzjoni mal-akkumpanjament tat-trabi u tat-tfal li jkollhom mard kroniku deġenerattiv konfliġġenti mal-ħajja jew fil-fażijiet finali tal-ħajja nfisha, jeħtieġ jittenna b'enfasi dan li ġej, bl-għan li tkun imsawra strateġija li taħdem biex tiggarantixxi kwalità u qagħda tajba lit-tfal u l-familji tagħhom.

Sa mill-konċepiment, it-tfal li jkunu jbatu minn malformazzjonijiet jew patoliġiji ta' kull ġeneru, huma pazjenti ċkejknin li l-mediċina llum qed isseddaq il-ħila li tgħinhom u takkumpanjahom b'mod li jirrispetta l-ħajja.  Ħajjithom hi sagra, unika, irrepetibbli u invjolabbli, eżattament bħal dik ta' kull persuna adulta.

Fil-każ ta' patoloġijili magħrufin bħala "inkompatibbli mal-ħajja" li jitfaċċaw qabel it-twelid - jiġifieri li żgur se jwasslu għall-mewt fi żmien qasir - u fl-assenza ta' terapiji fetali jew neo-natali li jkunu jistgħu itejbu l-kundizzjoni tas-saħħa ta' dawn it-tfal, bl-ebda mod dawn m'għandhom ikunu abbandunati mill-aspett assistenzjali, imma għandhom ikunu akkumpanjati bħal kull pazjent ieħor sakemm tasal il-mewt naturali; "il-comfort care" ta' bejn l-aħħar fażijiet tat-tqala u l-ewwel jiem tal-ħajja tat-tarbija jiffavorixxi mixja assistenzjali integrata, li mas-sapport tat-tobba u tal-operaturi pastorali żżid il-preżenza kostanti tal-familja.  It-tarbija hi pazjent speċjali u min-naħa tiegħu, min jakkumpanjaha għandu jkollu tħejjija partikolari kemm f'termini ta' għarfien kif ukoll ta' preżenza.  L-akkumpanjament empatiku tat-trabi fil-fażi terminali, li hi fost l-aktar waqtiet delikati, għandu l-għan li jżid il-ħajja mas-snin tagħhom, mhux aktar snin ma' ħajjithom.

Il-hospices li jikkuraw il-fażi ta' qabel it-twelid, b'mod partikolari, huma sapport essenzjali għall-familji li jkunu qed jilqgħu t-twelid ta' wild f'kundizzjonijiet ta' fraġilità.  F'dawn iċ-ċentri l-akkumpanjament mediku kompetenti u s-sapport ta' familji oħra li jkunu għaddew mill-istess esperjenza ta' niket u telfa huma riżorsa essenzjali, flimkien mal-akkumpanjament spiritwali li jkunu jeħtieġu dawn il-familji.  Huwa dmir pastorali tal-operaturi sanitarji ta' ispirazzjoni nisranija li jagħmlu ħilithom biex ixerrdu dan il-kunċett madwar id-dinja.

Dan kollu huwa meħtieġ partikolarment fil-każ ta' trabi illi, fl-istat attwali tal-għarfien xjentifiku, jkunu destinati li jmutu appena jitwieldu jew wara ftit ħin.  Il-kura ta dawn it-trabi tgħin lill-ġenituri jipproċessaw il-luttu u ma jqisuhx biss bħala telfa, imma bħala tarġa ta' mixja ta' mħabba flimkien ma' wildhom.

Sfortunatament il-kultura dominanti bħalissa ftit li xejn tagħti importanza lil dan il-kunċett: fuq il-livell soċjali, l-użu kultant iżżejjed, tad-djanjożi qabel it-twelid u t-tisħiħ tal-kultura ostili għad-diżabbiltà spiss huma l-kaġun tal-għażla favur l-abort għax jitqies bħala azzjoni ta' "prevenzjoni".  Dan jikkonsisti fil-qtil deliberat ta' ħajja innoċenti u għaldaqstant qatt ma jista' jkun permess.

L-użu tad-djanjożi ta' qabel it-twelid għal raġunijiet selettivi, għaldaqstant, tmur kontra d-dinjità tal-persuna u hija illeċità b'mod gravi għax tesprimi metalità ewġenetika.  F'każijiet oħra, wara t-twelid, l-istess kultura twassal biex titwaqqaf jew lanqas tinbeda l-kura lit-tarbija appena mwielda, jew minħabba l-preżenza, inkella saħansitra minħabba l-possibbiltà li t-trbija tista' tiżviluppa diżabbiltà aktar 'il quddiem.  Dan l-atteġġjament, ta' oriġini utilitaristika, minbarra li hu diżuman, hu illeċitu b'mod gravi mill-aspett morali.

il-prinċipju fundamentali tal-assistenza pedjatrika hu li t-tarbija fil-fażi finali ta' ħajjitha għandha dritt għar-rispett u għall-kura ta' persunitha billi jkunu evitati kemm l-akkaniment terapewtiku u insistenza bla raġuni, kif ukoll li tkun antiċipata l-mewt b'mod intenzjonali.  Mill-perspettiva nisranija, il-kura pastorali ta' tarbija b'marda terminali hi sejħa għall-parteċipazzjoni fil-ħajja divina bil-Magħmudija u l-Griżma

Fil-fażi aħħarija tal-mixja tal-marda li ma titfejjaqx, anki meta jitwaqqfu t-terapiji farmakoloġiċi jew ta' natura oħra li jkollhom l-għan li jiġġieldu l-patoliġija li minnha tkun tbati t-tarbija, minħabba li l-kundizzjoni klinika tagħha turi li ma jkunux aktar flokhom u t-tobba jidhrilhom li jkunu għalxejn inkella wisq eċċessivi għax iżidu t-tbatija, madankollu qatt m'għandha tiġi nieqsa l-kura integrali tal-persuna taċ-ċkejken marid, fid-diversi dimensjonijiet fiżjoloġiċi, psikoloġiċi, affettivi-relazzjonali u spiritwali.  Li tikkura ma jfissirx biss li tapplika terapija biex tfejjaq; li titwaqqaf it-terapija għax ma tkunx aktar ta' fejda għat-tarbija li ma tistax tfiq, ma jimplikax li tittwaqqaf il-kura effikaċi biex twieżen il-funzjonijiet fiżjoloġiċi essenzjali għall-ħajja ta-pazjent ċkejken, sakemm l-organiż,u tiegħu jibqa' jistaħja biha (sapport għall-idratazzjoni, għan-nutrizzjoni, għar-regolamentazzjoni tat-temperatura u aktar, fil-qies li dawn ikunu meħtieġa għall-omeostasi tal-ġisem u jnaqqsu t-tbatija kemm tal-organi kif ukoll tas-sistemi).   Li ma tibqax titwebbes ir-ras biex tibqa' tingħata terapija meqjusa mhix effikaċi, ma tifssirx li wieħed iwaqqaf ukoll kull kura, l-akkumpanjament sa ma' tasal il-mewt għadu jibqa' għddej.  F'dak il-każ ikun hemm bżonn issir evalwazjzoni jekk l-interventi tar-rutina, bħalma hi l-għajnuna għan-nifs, ikunux jistgħu jingħataw b'mod li jikkawżawx uġigħ u jkunu proporzjonati, u l-għajnuna li tingħata lill-pazjent titfassal skont kif l-aħjar għalih personalment, sabiex ikun evitat li l-attenzjoni mogħtija ma tkunx b'kuntrast ma' impożizzjoni ta' uġigħ li jista' jkun evitat.

F'dal-kuntest, l-evalwazzjoni u l-immaniġjar tal-uġigħ fiżiku tat-tarbija tat-twelid jew tat-tfal hija essenzjali biex ikollhom ir-rispett u l-akkumpanjament fil-waqtiet l-aktar stressanti tal-marda.  Il-kura personaliżżata u ta' ħlewwa li llum sabu posthom fl-assistenza klinika pedjatrika, jagħmluha possibbli li l-immaniġjar ikun aktar integrat u aktar effikaċi minn kull tip ta' intervent ta' trattamenti invasivi.

Iż-żamma tar-rabta ta' għożża bejn il-ġenituri u wildhom hi parti integranti mill-proċess tal-kura.  Ir-relazzjoni tal-attenzjoni u akkumpanjament bejn il-ġenituri u wildhom għandhom jingħataw is-sapport kollu għaliex huma parti fundamentali mill-kura anki fejn il-patoloġiji ma jitfejqux u s-sitwazzjoni tkun miexja lejn it-tmiem.  Minbarra l-kuntatt affettiv, qatt ma jista' jitħalla barra l-mument spiritwali.  It-talb tal-qraba bl-intenzjoni għat-tarbija marida, għandu valur sopranaturali li jmur 'l hinn u jidħol aktar fil-fond tar-relazzjoni affettiva.

Il-kunċett etiku/ġuridiku "tal-aħjar interess tal-minuri" - illum użat biex issir evalwazzjoni tal-ispiża-benefiċċju tal-kura li għandha tingħata - bl-ebda mod ma għandu jkun il-bażi li fuqha tittieħed id-deċiżjoni li titqassar il-ħajja bl-għan li titnaqqas it-tbatija, b'azzjonijiet jew omissjonijiet li min-natura tagħhom jew fl-intenzjoni jistgħu jitqiesu bħala ewtanasja.  Kif intqal qabel, is-sospenzjoni tat-terapiji sproporzjonati ma jistgħux iwasslu għas-sospenzjoni ta' dik il-lura bażika meħtieġa biex takkumpanja lil dak li jkun lejn mewt naturali u dinjituża, inkluż dawk immirati biex itaffu l-uġigħ, u lanqas li tkun sospiża l-attenzjoni spritwali li tingħata lil min fil-qrib ikun se jiltaqa' ma' Alla.

 

7.     Terapiji anlġesiċi u u soppressjoni tal-konxju

Xi terapiji speċjaliżżati jesiġu mill-operturi sanitarji attenzjoni u kompetenzi partikolari, biex titħaddem l-aħjar prattika medika mill-aspett etiku, dejjem bl-għarfien li jkunu qed jittrattaw persuni f'sitwazzjoni konkreta tat-tbatija tagħhom.

Biex jittaffa l-uġigħ tal-marid, it-terapija analġesika tuża mediċini li jistgħu iraqqdu lil dak li jkun u l-pazjent ma jibqax koxjenti.  Sens reliġjuż profond jista' jippermetti lill-pazjent jgħix it-tbatija bħala offerta speċjali lil Alla fil-perspettiva tar-Redenzjoni (73); madankollu l-Knisja tafferma li s-sedazzjoni hija permessa bħala parti mill-kura li tingħata lill-pazjent, sabiex tmiem il-ħajja jasal bl-aktar mod possibbli fil-paċi u fl-aħjar kundizzjonijiet interjuri.  Dan jgħodd ukoll anki fil-waqtiet li jqarrbu l-mument tal-mewt (sedazzjoni paljativa profonda fil-fażi terminali (74), dejjem fil-qies ta' dak li hu possibbli, bil-kunsens infurmat tal-pazjent.  Mill-aspett pastorali, tajjeb li wieħed iħejji spiritwalment lill-pazjent sabiex jasal għall-mewt konxju li se tkun laqgħa ma' Alla (75).  Għalhekk, l-użu tal-analġesiċi jifforma parti mill-kura tal-pazjent, imma kull tip ta' somministrazzjoni li direttament u intenzjonalment iġġib il-mewt hija prattika ta' ewtanasja inaċċettabbli (76).  Is-sedazzjoni għalhekk għandha teskludi bħala għan dirett l-intenzjoni li toqtol, anki jekk jista' jiġri li bih jitħaffef iż-żmien biex tasal il-mewt (77).

Hemm bżonn li fil-kuntesti pedjatriċi jkun iċċarat illi: fil-każ ta' tifel/tifla li ma jkunux jistgħu jesprimu ruħhom, bħal fil-każ ta' tarbija tat-twelid, m'għandux isir l-iżball li nassumu li l-pazjent ikun jiflaħ għall-uġigh u jaċċettah, ladarba jeżistu sistemi biex itaffuh.  Għalhekk hu dmir tat-tabib li jagħmel li jista' biex inaqqas kemm ikun possibbli t-tbatija tat-trabi/tat-tfal sabiex jaslu għall-mewt naturali fil-paċi u jkunu jistgħu iħossu kemm ikun possibbli, il-preżenza ta' mħabba tat-tobba u, fuq kollox, tal-familja.

 

8.     L-istat veġetattiv u l-istat kważi inkonxju

Sitwazjonijiet rilevanti oħra huma tal-marid li mhux il-ħin kollu koxjenti, dak li jissejjaħ "stat veġetattiv" u dik tal-marid li jkun "kważi inkonxju".  Dejjem hi żbaljata l-idea li l-istat veġetattiv hu l-istat ta' "koxjenza minima", f'persuni li jieħdu n-nifs awtonomament, huma sinjal li l-marid m'għadux persuna umana bid-dinjità kollha li jixiriqilha (78).  Għall-kuntrarju, f'dawn l-istati ta' dgħufija estrema, lill-marid għandu jingħatalu għarfien tal-valur tiegħu u jkun megħjun b'kura addattata.  Il-fatt li l-marid jista' jibqa' snin sħaħ f'dis-sitwazzjoni ta' niket bla tama ċara li jirkupra jimplika bla dubju, tbatija għal dawk li jieħdu ħsiebu.

Jista' jkun utli jitfakkar li qatt m'għandna naqilgħu għajnejna minn fuq sitwazzjoni bħal din.  Ifisser: il-pazjent f'dan l-istat għandu dritt għan-nutriment u għall-idratazzjoni; nutriment u idratazzjoni b'mod artifiċjali, fil-prinċipju huma l-miżuri ordinarji; f'xi każi dawn il-miżuri jistgħu jsiru sproporzjonati, jew għaliex is-somministrazzjoni tagħhom  ma tibqax ta' fejda inkella għax il-mezzi biex ikunu somminstrati joħolqu piż eċċessiv u jkollhom effeti negattivi li jisbqu l-benefiċċji.

Fid-dawl ta' dawn il-prinċipji, l-impenn tal-operatur sanitarju ma jistax jikkonċentra fuq il-pazjent biss iżda għandu jinkludi wkoll lill-familja jew lil min hu reponsabbli għall-kura tal-pazjent, u jeħtieġ jitħejja akkumpanjament pastorali għalihom ukoll.  Għalhekk hemm bżonn jingħata sapport xieraq lill-familji biex iġorru l-piż tal-assistenza fit-tul tal-morda f'dan l-istat biex iħossuhom żguri li għandhom akkumpanjament li jgħinhom biex ma jaqtgħux qalbhom u biex ma jqisux il-waqfien tal-kura bħala s-soluzzjoni waħdanija.  Jeħtieġ tħejjija xierqa għal dan bħalma jeħtieġ li l-familjari jkunu mwieżna kif jixraq.

 

9.     L-oġġezzjoni tal-kuxjenza min-naħa tal-operaturi sanitarji u l-istituzzjonijiet sanitarji kattoliċi

Fil-preżenza ta' liġijiet li jammettu - taħt kull għamla ta' assistenza medika - l-ewtanasja jew is-suwiċidju assitit (l-operturi santarji) għandhom dejjem jiċħdu kull talba għall-koperazzjoni formali jew materjali immedjata.  Dawn is-sitwazzjonijiet huma ambitu speċifiku biex tingħata xhieda nisranija li fihom "jeħtieġ nobdu lil Alla aktar milli lill-bnedmin" (Atti 5, 29).  La jeżisiti dritt għas- suwiċidju u lanqas għall-ewtanasja: id-dritt hu li jitħarsu l-ħajja u l-ko-eżistenza bejn il-bnedmin, mhux biex tinġieb il-mewt.  Għalhekk qatt mhu permess għal ħadd li jikkollabora f'azzjonijiet bħal dawn jew li jagħti x'jifhem li jista' jkun kompliċi bil-fomm, bil-fatti jew bl-omissjoni.  Il-veru dritt waħdieni hu li l-marid ikun akkumpanjat u mogħti l-kura bl-umanità.  B'hekk biss tkun imħarsa d-dinjità tiegħu sa ma' tasal il-mewt naturali.  "Ebda operatur sanitarju, għalhekk, ma jista' jagħmel lilu nnifsu tutur ta' dritt li ma jeżistix, anki meta l-ewtanasja tintalab b'moħħ ċar mill-marid innifsu (79).

Rigward dan, l-importanza tal-prinċipji ġenerali dwar il-koperazzjoni mal-ħażin, jiġifieri mal-azzjonijiet illeċiti, hija affermata hekk: "L-insara, bħall-bnedmin ta' rieda tajba l-oħrajn kollha, għandhom is-sejħa, bħala dmir gravi tal-kuxjenza, biex ma jikkollaborawx b'mod formali f'dawk il-prattiċi li, minkejja li huma aċċettati mil-liġijiet ċivili, huma f'kuntrast mal-Liġi t'Alla.  Infatti mill-aspett morali, il-koperazzjoni formali ma' dak li hu ħażin qatt mhi leċita.   Koperazzjoni bħal din issir meta l-azzjoni mwettqa, jew minħabba l-istess natura tagħha inkella minħabba dak li tkun tirrappreżenta f'kuntest partikolari, titqies bħala parteċipazzjoni diretta f'att kontra l-ħajja umana innoċenti jew bħala kondiviżjoni fl-intenzjoni immorali tal-aġent prinċipali.  Dil-koperazzjoni qatt ma tista' tkun ġustifikata la bl-iskuża li qed nirrispettaw il-libertà ta' ħaddieħor u lanqas billi nistrieħu fuq il-fatt li l-liġi ċivili tippermetti u titlob li jsir: infatti l-atti li dak li jkun iwettaq personalment jgħabbuh bir-responsabbiltà morali li qatt ħadd ma jista' jaħrab minnha u li fuqha għad ikun iġġudikat minn Alla nnifsu (cfr. Ru 2, 6; 14, 12)» (80).

Jeħtieġ li l-Istati jagħtu għarfien lill-oġġezzjoni tal-kuxjenza fil-kamp mediku u sanitarju b'rispett lejn il-prinċipji tal-liġi morali naturali u speċjalment fejn is-servizz lejn il-ħajja jisfida l-kuxjenza umana, kuljum (81).  Fejn dan ma jingħatax għarfien nistgħu naslu għal sitwazzjoni  fejn ikun hemm bżonn ma nobdux il-liġi, biex ma nżidux inġustizzja fuq inġustizzja billi nikkundizzjonaw il-kuxjenza tal-persuni.  L-operturi sanitarji m'għandhomx jaħsbuha darbtejn biex dan jitolbuh bħala dritt u bħala kontribut speċifiku lejn il-ġid komuni.

Bl-istess mod, l-istituzzjonijiet sanitarji għandhom jegħlbu l-pressjoni ekonomika qawwija li xi drabi ġġagħalhom jaċċettaw li jwettqu l-ewtanasja.  U jekk id-diffikultà biex isibu l-fondi meħtieġa ttaqqal bla qies l-impenn tal-istituzzjonijiet pubbliċi, is-soċjetà kollha kemm hi hija msejħa biex tagħmel tajjeb bir-responsabbiltà ħalli l-morda li ma jistgħux ifiequ ma jisfawx abbandunati għal rashom jew inkella għar-riżorsi tal-familjari tagħhom biss.  Dan kollu jitlob li tittieħed pożizzjoni ċara u unitarja min-naħa tal-Konferenzi Episkopali, mill-Knejjes lokali, kif ukoll mill-komunità u mill-istituzzjonijiet kattoliċi biex jitħares id-dritt għall-oġġezzjoni tal-kuzjenza fil-kuntesti fejn il-liġijiet jaċċettaw l-ewtanasja u s-suwiċidju.

L-istituzzjonijiet sanitarji kattoliċi huma sinjal konkret tal-mod li bih il-komunità ekkleżjali, fuq l-eżempju tas-Samaritan it-Tajjeb, tieħu ħsieb il-morda.  Il-kmandament ta' Ġesù "fejqu l-morda" (Lq 10,9), jitqiegħed fis-seħħ konkretament mhux biss bit-tqegħid tal-idejn fuqhom, imma wkoll meta jinġabru minn mat-triq, jingħatw assistenza fi djarhom u meta jitwaqqfu strutturi apposta ta' akkoljenza u ospitalità.  Fidila għall-kmand tal-Mulej, matul is-sekli, il-Knisja waqqfet bosta strutturi ta' akkoljenza, fejn il-kura medika ssib t-tifsira speċifika tagħha fid-dimensjoni tas-servizz integrali tal-persuna marida.

L-istituzzjonijiet sanitarji kattoliċi huma msejħin biex ikunu xhieda fidili tal-attenzjoni etika irrinunzjabbli tar-rispett lejn il-valuri umani fundamentali u dawk insara integrali li jiffurmaw l-identità tagħhom, billi jastjenu minn imġibiet li huma assolutament moralment illeċiti u billi formalment jobdu t-tagħlim tal-Maġisteru ekkleżjali.  Kull azzjoni oħra, li ma taqbilx mal-għanijiet u l-valuri li jispiraw lill-istituzzjonijiet sanitarji kattoliċi, ma tistax tkun aċċettata u għalhekk, tikkomprometti t-titlu li jikkwalifikaha bħala "kattolika" lill-istituzzjoni sanitarja nfisha

F'das-sens, mhux ammissibbi etikament li jkun hemm kollaborazzjoni ma' strutturi ta' sptarijiet oħra biex jintbgaħtu fihom jew ikunu rakkomandati l-persuni li jitolbu l-ewtanasja.  Għażliet bħal dawn qatt ma jistgħu ikunu aċċettati moralment u lanqas mogħtijin appoġġ konkret anki jekk huma legalment possibbli.  Infatti, il-liġijiet li japprovaw l-ewtanasja "mhux biss ma joħolqu ebda obbigu fil-kuxjenza, imma pjuttost joħolqu dmir gravi u preċiż biex wieħed ma jobdiehomx minħabba oġġezzjoni tal-kuxjenza.  Sa mill-bidu tal-Knisja, il-predikazzjoni appostolika daħħlet fin-nisrani d-dmir li jobdi lill-awtoritajiet pubbliċi ffurmati leġittimament (Ru 13, 1-7; 1 Pt 2, 13-14), imma fl-istess ħin wissiet b'mod qawwi li "jeħtieġ nobdu lil Alla aktar milli lill-bnedmin (Atti 5, 29)" (82).

Id-dritt għall-oġġezzjoni tal-kuxjenza m'għandux inessina li l-insara ma jirrifjutawx dawn il-liġijiet minħabba xi konvinzjoni reliġjuża privata, imma bħala dritt fundamentali u invjolabbli ta' kull persuna, essenzjali għall-ġid komuni u għas-soċjetà kollha kemm hi.  Infatti dawn huma liġijiet kontra d-dritt naturali għax jimminaw l-istess sisien tad-dinjità umana u tal-konvivenza ispirata mill-ġustizzja.

 

10.     L-akkumpanjament pastorali u s-sapport tas-sagramenti

Il-waqt tal-mewt hu pass deċisiv għall-bniedem fil-laqgħa tiegħu ma' Alla Salvatur.  Il-Knisja hi msejħa biex takkumpanja spiritwalment lill-fidili li jkunu jinsabu f'dis-sitwazzjoni billi toffrilhom "ir-riżorsi ta' fejqan" tat-talb u tas-sagramenti.  Li tgħin lin-nisrani jgħix dan il-waqt f'kuntest ta' akkumpanjament spiritwali huwa att ta' karità suprem.  Propju għax "ebda bniedem li jemmen m'għandu jmut fis-solitudni u abbandunat" (83) hemm ħtieġa li madwar il-marid tinħoloq pjattaforma solida ta' relazzjonijiet umani u umaniżżanti li jakkumpanjawh u jiftħuh għat-tama.

Il-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb turina liema għandha tkun ir-relazzjoni mal-proxxmu fit-tbatija, liema atteġġjamenti għandhom jitwarrbu - indifferenza, apatija, preġudizzju, biża' li tħammeġ idejk, għeluq fl-interessi personali - u liema għandhom jittieħdu - attenzjoni, smigħ, komprensjoni, kumpassjoni, diskrezzjoni.

L-istedina biex nimitaw; "Mur u agħmel hekk int ukoll" (Lq 10, 37), hi twissija biex ma nnaqqsux il-potenzjal uman tal-preżenza, tad-disponibbiltà, tal-akkoljenza, tad-dixxerniment, tat-twaħħid, li tesiġi l-qrubija lejn dak li jinsab f'sitwazzjoni ta' bżonn u li hija essenzjali fil-kura integrali tal-persuna marida.

Il-kwalità tal-imħabba u tal-kura tal-persuni f'sitwazzjonijiet kritiċi u terminali tal-ħajja hi kontribut biex minn dawn il-persuni titbiegħed ix-xewqa terribbli u estrema li jtemmu ħajjithom.  Huwa biss il-kuntest ta' 'sħana umana' u ta' fraternità evanġelika, infatti, li għandu ħila jiftaħ xefaq pożittiv u jwienżen lill-marid fit-tama u l-fiduċja.

Akkumpanjament bħal dan jifforma parti mill-mixja tal-kura paljattiva u jrid jiġbor fih kemm lill-pazjent kif ukoll lill-familja tiegħu.

Il-familja minn dejjem kellha rwol importanti fil-kura, għax il-preżenza tagħha, is-sapport, l-għożża huma fattur terapewtiku essenzjali għall-marid.  Infatti, ifakkarna l-Papa Franġisku, "hi minn dejjem kienet 'l-isptar'  l-aktar qrib.  Sal-lum ukoll, f'bosta nħawi tad-dinja, l-isptar hu privileġġ tal-ftit, u spiss hu mbiegħed.  Huma l-omm, il-missier, l-aħwa subjien u bniet, in-nanniet li jiggarantixxu l-kura u jgħinu l-fejqan" (84).

Li nitgħabbew bl-ieħor u li nieħdu ħsieb it-tbatijiet tal-ieħor mhuwiex biss l-impenn tal-ftit imma jħaddan fih ir-responsabbiltà ta' kulħadd, tal-komunità nisranija kollha kemm hi.  San Pawl jafferma  li meta membru jbati l-ġisem kollu jsofri (cfr 1 Kor 12, 26) u kollu kemm hu jmil fuq il-marid biex itiħ is-serħan.  Kulħadd, mil-lat tiegħu, għandu sejħa biex ikun "qaddej tal-faraġ" quddiem kull tip ta' sitwazzjoni umana ta' deżolazzjoni u skoraġġiment.

L-akkumpanjament pastorali hu sejħa għat-tħaddin tal-virtuwjiet umani u kristjani tal-empatija (en-pathos), tal-kumpassjoni (cum-passio), li jagħmel tiegħu is-sofferenza u jaqsamha, u l-faraġ (cum-solacium), li jitwaħħad mas-solitudni tal-ieħor biex dan iħossu maħbub, milqugħ, akkumpanjat, imwieżen.

Il-ministeru tas-smigħ u tal-faraġ li s-saċerdot għandu s-sejħa li joffri billi jkun sinjal tal-interess mimli kumpassjoni ta' Kristu u tal-Knisja, jistidin a' u għandu jkun rwol deċisiv.  Importanti ħafna li dil-missjoni importanti, tkun xhieda u tgħaqqad flimkien dik il-verità u l-karità li bihom il-ħarsa tar-Ragħaj it-Tajjeb qatt ma tehda takkumpanja lil uliedu.  Minħabba l-importanza tal-figura tas-saċerdot fl-akkumpanjament uman, pastorali u spiritwali tal-morda fil-fażijiet terminali tal-ħajja, hemm bżonn li fil-mixja tal-formazzjoni tiegħu ikun hemm tħejjija aġġornata u mirata rigward dan.  Huwa importanti bl-istess mod li jkollhom formazzjoni għal akkumpanjament nisrani anki t-tobba u l-operaturi sanitarji għax jistgħu jinqalgħu ċirkostanzi li jagħmluha diffiċli ħafna li jkun hemm preżenza xierqa tas-saċerdoti fejn is-sodda tal-morda terminali.

Li nkunu rġiel u nisa esperti fl-umanità jfisser li niffavorixxu, permezz tal-atteġjamenti li bihom nieħdu ħsieb il-proxxmu li qed ibati, il-laqgħa mal-Mulej tal-ħajja, il-waħdieni li għandu s-setgħa jxerred b'mod effikaċi ż-żejt tal-faraġ u l-inbid tat-tama fuq il-feriti umani.

Kull bniedem għandu d-dritt naturali li jkollu l-assistenza f'dan il-waqt suprem skont ir-rit tar-reliġjon li jħaddan.

Il-waqt sagramentali hu dejjem il-quċċata tal-impenn pastorali kollu tal-kura li tiġi qabel u l-għajn ta' dak kollu li jiġi wara.

Il-Knisja ssejjaħ il-Penitenza u d-Dilka tal-Morda sagramenti "tal-fejqan" (85) li l-milja tagħhom hi l-Ewkaristija bħala "vjatku" lejn il-ħajja eterna (86).  Permezz tal-qrubija tal-Knisja, il-marid jgħix il-qrubija ta' Kristu li jakkumpanjah fil-mixja lejn id-dar tal-Missier (cfr Ġw 14, 6) u tgħinu biex ma jaqax fid-disperazzjoni (87) billi ssostnih fit-tama, l-aktar meta l-mixja titqal (88).

 

11.    Id-dixxerniment pastorali lejn min jitlob l-ewtanasja jew is-suwiċidju assitit

Każ speċjali għall-aħħar, li minħabba fih illum jeħtieġ ikun affermat mill-ġdid it-tagħlim tal-Knisja, huwa l-akkumpanjament pastorali ta' min espressament jitlob l-ewtanasja u s-suwiċidju assitit.  F'dak li għandu x'jaqsam mas-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, il-konfessur irid ikun ċert li hemm l-indiema, element meħtieġ biex l-assoluzzjoni tkun valida, u li jikkonsisti "f'indiema sinċiera u ċ-ċaħda tad-dnub imwettaq flimkien mal-fehma li dak li jkun ma jidnibx aktar fil-ġejjieni" (89).  Fil-każ tagħna qed insibu ruħna quddiem persuna li minbarra d-dispożizzjonijiet suġġettivi, għamlet għażla ta' att moralment gravi ħafna u qed tippersevera fih konxjament.  Dan huwa każ ċar li bniedem mhux dispost jilqa' s-sagramenti tal-Penitenza, bl-assoluzzjoni (90) u d-Dilka (91), kif ukoll il-Vjatku (92).  Ikun jista' jirċievi dawn is-sagramenti biss fil-mument li fih ikun dispost jagħmel passi konkreti li jippermettu lill-ministru jasal għall-konklużjoni li l-penitent bidel id-deċiżjoni tiegħu.  Dan ifisser ukoll li persuna li kienet irreġistrata f'xi assoċjazzjoni biex tirċievi l-ewtanasja jew is-suwiċidju assitit turi r-rieda li tħassar din is-sħubija qabel ma tirċievi s-sagramenti.  Ta' min ifakkar li l-bżonn li l-assoluzzjoni tingħata aktar tard ma jimplikax ġudizzju fuq ir-responsabbiltà tal-ħtija, għax ir-responsabbiltà personali tista' tittaffa jew saħinsitra ma tkunx teżisiti (93).  Fil-kas li l-pazjent ikun fi stat ta' inkoxjenza is-saċerdot jista' jamministra s-sagramenti 'sub condicione' jekk jidhirlu li kien hemm xi ħjiel ta' indiema ġej minn xi sinjal mogħti minn qabel mill-persuna marida.

Din il-pożizzjoni tal-Knisja mhix sinjal tan-nuqqas ta' akkoljenza tal-marid.  Infatti din għandha tkun offerta ta' għajnuna u smigħ li dejjem huma possibbli, dejjem mogħtijin flimkien ma' spjegazzjoni fil-fond tal-kontenut tas-sagrament, bl-għan li lill-persuna, sal-aħħar waqtiet, jingħtawlha l-istrumenti ħalli tkun tista' tagħmel l-għażla u tesprimi xewqa.  Infatti l-Knisja hija attenta biex tosserva s-sinjali tal-konverżjoni li jkunu biżżejjed sabiex il-fidili jistgħu b'mod raġjonevoli jitolbu li jirċievu s-sagramenti.  Ta' min ifakkar li l-att li l-assoluzzjoni tkun posposta huwa wkoll att mediċinali tal-Knisja, li ma jimmirax li jikkundanna lill-midneb, imma li jqanqlu u jakkumpanjah lejn il-konverżjoni.

Għalhekk, anki fil-każ li fih persuna ma tkunx aktar f'qagħda oġġettiva biex tirċievi s-sagramenti, xorta waħda hemm bżonn tal-qrubija li tistieden dejjem għall-konverżjoni.  Fuq kollox jekk l-ewtanasja mitluba u aċċettata, ma tkunx se ssir fl-iqsar żmien possibbli.  Allura b'hekk ikun hemm il-possibbiltà li titnibbet mill-ġdid it-tama u tinbidel l-għażla żbaljata, u b'hekk il-marid ikun miftuħ biex jirċievi s-sagramenti.

Madankollu mhux ammissibbli li min-naħa ta' min ikun qed jagħti assitenza spiritwali lil dawn il-morda jkun hemm xi ġest li jidher li jista' jkun interpretat bħala approvazzjoni tal-azzjoni tal-ewtanasja, bħal, per eżempju, il-preżenza fil-ħin li tkun qed titwettaq.  Preżenza bħal din titqies bħala kompliċità.  Dal-prinċipju jirrigwarda b'mod partikolari, imma mhux biss, il-kappillani tal-istrutturi sanitarji fejn tista' ssir l-ewtanasja, li m'għandhomx jagħtu skandlu billi jidhru li b'xi mod huma kompliċi fit-tneħħija ta' ħajja umana.

 

12.     Ir-riforma tas-sistema edukattiva u tal-formazzjoni tal-operaturi sanitarji

Fil-kuntest soċjali u kulturali tal-lum, hekk mgħobbi bi sfidi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tal-ħajja umana fil-fażijiet l-aktar kritiċi tal-eżistenza, ir-rwol tal-edukazzjoni ma nistgħux naħarbu minnu.  Il-familja, l-iskola, l-istituzzjonijiet edukattivi l-oħra u l-komunitajiet parrokkjali għandhom jaħdmu bla heda biex terġa' titqajjem u tkun irfinuta dik is-sensibbiltà lejn il-proxxmu u t-tbatijiet tiegħu, li tagħha saret simbolu l-figura tas-Samaritan it-Tajjeb li nsibu fl-Evanġelju (94).

Il-kappillani tal-isptarijiet għandhom iseddqu l-formazzjoni spiritwali u morali tal-operaturi sanitarji, inklużi tobba u infermieri, kif ukoll tal-gruppi tal-volontarji tal-isptarijiet, sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtu l-assitenza umana u psikoloġika meħtieġa fil-fażijiet tal-aħħar tal-ħajja.  Il-kura psikoloġika u spiritwali tal-pazjent tul il-kors tal-marda għandu jkun prijorità għall-operaturi pastorali u sanitarji li għandhom joqgħodu ferm attenti biex il-pazjent u l-familja tiegħu ikunu ċ-ċentru tal-azzjoni tagħhom.

Il-kura paljattiva għandha tkun użata kullimkien madwar id-dinja kollha u huwa dmir li għal dan il-għan isiru korsijiet ta' lawreja għall-formazzjoni speċjalistika tal-operaturi sanitarji.  Għandha tingħata prijorità wkoll lit-tixrid korrett u dettaljat ta' informazzjoni dwar kemm hija effikaċi l-kura paljattiva fl-akkumpanjment dinjituż tal-persuna sal-mewt naturali tagħha.  L-istutuzzjonijiet sanitarji ta' ispirazzjoni nisranija għandu jkollhom linji-gwida għall-operturi sanitarji tagħhom li jinkludu assistenza psikoloġika, morali u spiritwali xierqa bħala parti essenzjali tal-kura paljattiva.

L-assistenza umana u spiritwali għandha tkun parti mill-mixja tal-formazzjoni akkademika tal-operaturi sanitarji kollha wkoll waqt it-taħriġ prattiku fl-isptarijiet.

Mibarra dan, l-istrutturi sanitarji u ta' assitenza għandhom iħejju mudelli ta' assistenza psikoloġika u spiritwali biex jimxu fuqhom l-operaturi sanitarji li jkunu qed jikkuraw lill-pazjenti fil-fażijiet tal-aħħar tal-ħajja umana.   L-attenzjoni li tingħata lil min jikkura hija essenzjali biex ikun evitat li l-piż kollu tat-tbatija u l-mewt tal-pazjenti li ma jistgħux jitfejqu, ma taqax kollha fuq spallejhom u jispiċċaw sfiniti bix-xogħol (burn out).  Huma għandhom bżonn min iweżinhom u jeħtieġu wkoll  waqtiet ta' konfort u smigħ kif jixraq biex ikunu jistgħu jirriflettu mhux biss dwar il-valuri u l-emozzjonijiet imma wkoll dwar is-sens ta' diqa, tas-sofferenza u tal-mewt fl-ambitu tas-servizz li jagħtu lill-ħajja.  Għandu jkollhom ħila jsiru konxji tas-sens profond tat-tama u l-għarfien li l-misjoni tagħhom hija veru vokazzjoni biex iwieżnu u jakkumpanjaw il-misteru tal-ħajja u tal-grazzja fil-fażijiet terminali tal-eżistenza (95).

 

Konklużjoni

Il-misteru tar-Redenzjoni tal-bniedem hu mħawwel fil-fond b'mod misterujuż fil-mod li bih Alla jitwaħħad b'imħabba mat-tbatija tal-bniedem.  Din hi r-raġuni għaliex aħna nistgħu nafdaw f'Alla u ngħaddu diċ-ċertezza tal-fidi tagħna lill-bniedem batut u mbeżża' mill-uġigħ u l-mewt.

Ix-xhieda nisranija turi kemm it-tama hija dejjem possibbli, anki fi ħdan il-kultura tal-iskart.  "L-elokwenza tal-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, kif ukoll dik tal-Evanġlju kollu, tinsab partikolarment f'dan: il-bniedem għandu jħossu qiesu msejjaħ personalment biex jagħti xhieda tal-imħabba fit-tbatija" (96).

Il-Knisja titgħallem mis-Samaritan it-Tajjeb kif tikkura lill-marid terminali u b'hekk tobdi l-kmandament marbut mad-don tal-ħajja: "irrispetta, iddefendi, ħobb u servi l-ħajja, kull ħajja umana!" (97).  Il-vanġelu tal-ħajja huwa vanġelu ta' kumpazzjoni u ħniena indirizzat lejn il-bniedem konkret, dgħajjef u midneb, biex terfgħu, iżżommu fil-ħajja tal-grazzja, u jekk ikun possibbli tfejqu minn kull ġerħa li jista' jkollu.

Madankollu mhux biżżejjed li taqsam miegħu n-niket, jeħtieġ ngħoddsu fil-Misteru tal-Għid ta' Kristu biex negħlbu d-dnub u l-ħażen, bir-rieda "li neliminaw il-miżerja tal-ieħor qiesha kienet tagħna (98).  Però, l-akbar miżerija tinsab fin-nuqqas ta' tama quddiem il-mewt.

Din it-tama hi mħabbra mix-xhieda nisranija illi, biex tkun effikaċi, trid tkum mgħejxa fil-fidi u tiġbor magħha lil kulħadd, familjari, infermieri, tobba u l-pastorali tad-djoċesi u tal-isptarijiet kattoliċi, imsejħin biex jgħixu bil-fedeltà tad-dmir tal-akkumpanjament tal-morda f'kull fażi tal-marda, partikolarment fil-fażijiet kritiċi u terminali tal-ħajja, kif inhu mfisser f'dan id-dokument.

Is-Samaritan it-Tajjeb, li fil-qiegħ ta' qalbu jqiegħed wiċċ ħuh li jinsab f'diffikultà, jaf jara x'jeħtieġ, joffrilu kull ma għandu bżonn biex itaffilu l-ferita tad-deżolazzjoni u jiftaħlu f'qalbu raġġi mdawla ta' tama.

"Il-qalb tajba" tas-Samaritan, li jsir proxxmu għall-bniedem miġrugħ mhux bil-kliem u lanqas bl-ilsien, imma bil-fatti u fil-verità (cfr. 1 Ġw 3, 18), jikseb il-forma ta' kura fuq l-eżempju ta' Kristu, li għadda jdewwi u jfejjaq lil kulħadd (cfr Atti 10, 8).

Imfejqin minn Kristu, insiru rġiel u nisa bis-sejħa li nħabbru l-qawwa tiegħu li tfejjaq, biex inħobbu u biex nieħdu ħsieb il-proxxmu bħalma wriena Hu bix-xhieda li tana.

Dil-vokazzjoni għall-imħabba u l-kura tal-ieħor (99), li ġġib magħha l-fejda tal-eternità, issir espliċita mill-Mulej tal-ħajja fil-parafrasi tal-ġudizzju universali: tirċievu b'wirt is-saltna għax jien kont marid u ġejtu żżuruni.  Meta għamilna dan, Mulej?  Kull darba li għamiltu dan ma' ħukom dgħajjef, ma' ħukom fit-tbatija, għamiltuh miegħi (cfr. Mt 25, 31-46).

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, fid-data tal-25 ta' Ġunju 2020, approva din l-ittra li kienet tnidiet waqt is-Sessjoni Plenarja ta' dil-Kongregazzjoni nhar id-29 ta' Jannar, 2020, u ordna li tkun ippublikata.

Mogħti f'Ruma mis-sede tal-Kongregazzjonni għad-Duttrina tal-Fidi, fl-14 ta' Lulju, 2020, tifkira liturġika ta' San Kamillu de Lellis.

 

Luis F. Kard. LADARIA, S.J.

Prefett

 

✠ Giacomo MORANDI

Arċisqof titulari ta' Cerveteri

Segretarju

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber

______________________________________

[1] Missal Ruman riformat skont id-digrieti tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, imniedi mill-Papa Pawlu VI u rivedut mill-Papa Ġwanni Pawlu II, Konferenza Epikopali Taljana - Fundazzjoni ta' Reliġjon Franġisku ta' Assisi u Santa Ketrina ta' Siena, Ruma 2020, Prefazju komuni VIII, p. 404.

 

[2] Cfr. Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument ġdid tal-Operaturi Sanitarji, Librerija  Editriċi tal-Vatikan, 2016, n. 6.

 

[3] Cfr. Benedittu XVI, Ittra Enċiklika Spe salvi (30 ta' Novembru 2007), n. 22: AAS 99 (2007), 1004: "Jekk flimkien mal-progress tekniku ma jkunx hemm ukoll formazzjoni etika tal-bniedem, il-maturazzjoni tal-bniedem interjuri (cfr. Ef 3, 16; 2 Cor 4, 16), allura dak ma jkunx progress iżda theddida għall-bniedem u għad-dinja".

 

[4] Cfr. Franġisku, Diskors lill-Assoċjazzjoni Taljana kontra l-lewċemija, linfomi u mielomi (AIL) (2 ta' Marzu, 2019): L’Osservatore Romano, 3 ta' Marzu 2019, 7.

 

[5] Franġisku, Eż. App. Ap. Il-Ferħ tal-Imħabba (19 ta' Marzu, 2016), n. 3: AAS 108 (2016), 312.

 

[6] Cfr. Konċilju Ekumeniku Vatikan II Kostituzzjoni Pastorali Gaudium et spes (7 ta' Diċembru, 1965), n. 10: AAS 58 (1966), 1032-1033.

 

[7] Cfr. Ġwanni Pawlu II, Ittra App. Salvifici doloris (11 ta' Frar, 1984), n. 4: AAS 76 (1984), 203.

 

[8] Cfr. Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument ġdid tal-Operaturi sanitarji, n. 144.

 

[9] Franġisku, Messaġġ għat-XLVIII Jum Dinji tal-Komunikazzjonijiet Soċjali (24 ta' Jannar, 2014): AAS 106 (2014), 114.

 

[10] Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika Il-Vanġelu tal-Ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 87: AAS 87 (1995), 500.

 

[11] Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika Centesimus annus (1 ta' Mejju, 1991), n. 37: AAS 83 (1991), 840.

 

[12] Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika Veritatis splendor (6 ta' Awwissu, 1993), n. 50: AAS 85 (1993), 1173.

 

[13] Ġwanni Pawlu II, Diskors lill-parteċipanti fil-Kungress Internazzjonali dwar "It-trattamenti ta' sostenn vitali u l-istat veġetattiv. Progressi xjentifiċi u dilemmi etiċi" (20 ta' Marzu, 2004), n. 7: AAS 96 (2004), 489.

 

[14] Cfr. Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Ittra Placuit Deo (22 ta' Frar, 2018), n. 6: AAS 110 (2018), 430.

 

[15] Cfr. Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument ġdid tal-Operaturi sanitarji, n. 9.

 

[16] Cfr. Pawlu VI, Allokuzzjoni waqt l-aħħar sessjoni pubblika tal-Konċilju (7 ta' Diċembru, 1965): AAS 58 (1966), 55-56.

 

[17] Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument ġdid tal-Operaturi sanitarji, n. 9.

 

[18] Cfr. Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Ittra Placuit Deo (22 ta' Frar, 2018), n. 12: AAS 110 (2018), 433-434.

 

[19] Franġisku, Diskors lill-Assemblea Plenarja tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi (30 gennaio 2020): L’Osservatore Romano, 31 ta' Jannar, 2020, 7.

 

[20] Cfr. Benedittu XVI, Ittra Enċiklika Deus caritas est (25 ta' Diċembru, 2005), n. 31: AAS 98 (2006), 245.

 

[21] Cfr. Benedittu XVI, Ittra Enċiklika Caritas in veritate (29 ta' Ġunju, 2009), n. 76: AAS 101 (2009), 707.

 

[22] Cfr. Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika Evangelium vitae (25 ta' Marzu, 1995), n. 49: AAS 87 (1995), 455: "Is-sens l-aktar veru u profond tal-ħajja: dak li hi don li jitwettaq meta tingħata"

 

[23] Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Kostituzzjoni Dommatika Dei Verbum (8 ta' Novembru, 1965), n. 2: AAS 58 (1966), 818.

 

[24] Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika Il-Vanġelu tal-ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 34: AAS 87 (1995), 438.

 

[25] Cfr. Dikjarazzjoni konġjunta tar-Reliġjonijiet Monoteisti Abramitiċi dwar il-problemi ta' tmiem il-ħajja, Belt tal-Vatikan, 28 ta' Ottubru, 2019: "Aħna kontra kull għamla ta' ewtanasija - li hi att dirett u intenzjonali biex titneħħa l-ħajja - kif ukoll kontra s-suwiċidju assitit medikalment, li hu sapport dirett, deliberat u intenzjonali għas-suwiċidju - għaliex huma atti assolutament kontradittorji mal-valur tal-ħajja umana u għaldaqstant huma azzjonijiet żbaljati mill-aspett kemm morali kif ukoll reliġjuż u għandhom ikunu evitati mingħajr ebda eċċezzjoni"

 

[26] Cfr. Franġisku, Diskors lill-Kungress tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba Kattoliċi Taljani fis-70 annniversarju tal-fundazzjoni (15 ta' Novembru, 2014): AAS 106 (2014), 976.

 

[27] Cfr. Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji.  Dokument ġdid tal-Operaturi Sanitarji, n' 1; Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Struzzjoni Dignitas personae (8 ta' Settembru, 2008), n. 8: AAS 100 (2008), 863.

 

[28] Franġiksu, Ittra Enċiklika Laudato si' (24 ta' Mejju, 2015), n. 65: AAS 107 (2015), 873.

 

[29] Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Kostituzzjoni Pastorali Gaudium et spes (7 ta' Diċembru, 1965), n. 27: AAS 58 (1966), 1047-1048.

 

[30] Franġisku, Diskors lill-Kungress tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba Kattoliċi Taljani fis-70 annniversarju tal-fundazzjoni (15 ta' Novembru, 2014): AAS 106 (2014), 976.

 

[31] Cfr. Franġisku, Diskors lill-Federazzjoni Nazzjonali tal-Ordnijiet tal-Kirurgi u d-Dentisti (20 ta' Settembru, 2019): L’Osservatore Romano, 21 ta' Settembru, 2019, 8: "Dawn huma toroq ta' malajr quddiem għażliet li mhumiex, kif donnhom jistgħu jidhru, espressjoni tal-libertà tal-persuna, meta teżisti l-possibiltà li l-marid jitqies skart, inkella kumpassjoni falza quddiem it-talba li jkunu mgħejunin biex jantiċipaw il-mewt".

 

[32] Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Ittra Placuit Deo (22 ta' Frar 2018), n. 3: AAS 110 (2018), 428-429; cfr. Franġisku, Ittra Enċiklika Laudato si’ (24 ta' Mejju, 2015), n. 162: AAS 107 (2015), 912.

 

[33] Cfr. Benedittu XVI, Ittra Enċiklika CAritas in veritate (29 ta' Ġunju, 2009), n. 53: AAS 101 (2009), 688: "Waħda mill-aktar għamliet ta' faqar profondi li jista' jġarrab il-bniedem hija s-solitudni.  Jekk naraw tajjeb anki l-faqar l-ieħor, inkluż dak materjali, jinbtu milll-iżolament, mill-fatt li tkun nieqsa l-imħabba jew mid-diffikultà li bniedem ma jafx iħobb".

 

[34] Cfr. Franġisku, Eżortazzjoni Appostolika Il-Ferħ tal-Vanġelu (24 ta' Novembru 2013), n. 53: AAS 105 (2013), 1042; agħti ħarsa wkoll: lid-Diskors lill delegazzjoni tal-Istitut 'Dignitatis Humanae' (7 ta' Diċembru, 2013): AAS 106 (2014), 14-15; u l-Laqgħa mal-anzjani (28 ta' Settembru, 2014): AAS 106 (2014), 759-760.

 

[35] Cfr. Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklik Evangelium vitae (25 ta' Marzu, 1995), n. 12: AAS 87 (1995), 414.

 

[36] Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Dikjarazzjoni Iura et Bona (5 ta' Mejju, 1980), II: AAS 72 (1980), 546.

 

[37] Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika Il-Vanġelu tal-ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 65: AAS 87 (1995), 475; cfr. Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Dikjarazzjoni Iura et Bona (5 ta' Mejju, 1980), II: AAS 72 (1980), 546.

 

[38] Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika Il-Vanġelu tal-ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 65: AAS 87 (1995), 477.  Hija duttrina proposta b'mod definittiv li fiha l-Knisja timpenja l-infallibbiltà tagħha: cfr. Kongragazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Nota Dottrinali biex tfisser il-formola konklusiva tal-Professjoni tal-Fidi (29 ta' Ġunju 1998), n. 11: AAS 90 (1998), 550.

 

[39] Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Dikjarazzjoni Iura et Bona (5 ta' Mejju, 1980),  II: AAS 72 (1980), 546.

 

[40] Cfr. Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n. 2286.

 

[41] Cfr. ibidem, nn. 1735 e 2282.

 

[42] Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Dikjarazzjoni Iura et Bona (5 ta' Mejju, 1980), II: AAS 72 (1980), 546.

 

[43] Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument ġdid tal-Operaturi Sanitarji, n. 169.

 

[44] Cfr. ibidem, n. 170.

 

[45] Cfr. Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika il-Vanġelu tal-Ħajja (25 ta' Marzu 1995), n. 72: AAS 87 (1995), 484-485.

 

[46] Franġisku, Diskors lill-Assemblea Plenarja tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi (30 gennaio 2020): L’Osservatore Romano, 31 ta' Jannar, 2020, 7.

 

[47] Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika Veritatis Splendor (6 ta' Awwissu, 1993), n. 15: AAS 85 (1993), 1145.

 

[48] Cfr. Benedittu XVI, Ittra Enċiklika Spe salvi (30 ta' Novembru, 2007), nn. 36-37: AAS 99 (2007), 1014-1016.

 

[49] Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Dikjarazzjoni Iura et Bona (5 ta' Mejju, 1980), II: AAS 72 (1980), 546.

 

[50] Ġwanni Pawlu II, Ittra Appostolika Salvifici doloris (11 ta' Frar, 1984), n. 5: AAS 76 (1984), 204.

 

[51] Cfr. Cfr. Benedittu XVI, Ittra Enċiklika Spe salvi (30 ta' Novembru, 2007), n. 38: AAS 99 (2007), 1016.

 

[52] Ġwanni Pawlu II, Ittra Appostolika Salvifici doloris (11 ta' Frar, 1984), n. 29: AAS 76 (1984), 244: "Il-bniedem 'proxxmu' ma jistax jibqa' għaddej bl-indifferenza quddiem it-tbatija tal-ieħor f'isem is-solidarjetà fundamentali umana, u anqas u anqas għall-imħabba tal-proxxmu.  Huwa għandu 'jieqaf' 'iħossu mqanqal', u jġib ruħu bħas-Samaritan it-Tajjeb tal-parabboa evanġelika.  Il-parabbola fiha nfisha tesprimi verità profondament kristjana, imma fl-istess waqt universalment umana".  

 

[53] Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Dikjarazzjoni Iura et Bona (5 ta' Mejju, 1980), IV: AAS 72 (1980), 549-551.

 

[54] Cfr. Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n- 2278; Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument tal-Operaturi Sanitarji, Librerija Editriċi tal-Vatikan, Belt tal-Vatikan, 1995, n. 119;  Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika iIl-Vanżlu tal-Ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 65: AAS 87 (1995), 475; Franġisku, Messaġġ lill-parteċipanti tal-meeting reġjonali ewropew tal-World Medical Association (7 ta' Novembru, 2017): "U jekk nafu li mhux dejjem nistgħu niggarnatixxu lill-persuna ħajja l-fejqan mill-marda, nistgħu u għandna dejjem nikkurawha: bla ma nqassru ħajjitha aħna stess, imma wkoll bla akkaniment inutli kontra l-mewt tagħha"; Kunsill Pontifiċju għall-Operturi Sanitarji, Dokument ġdid tal-Operaturi Sanitarji, n. 149)

 

[55] Cfr. Katekiżmu tal-Knisja Kattolika n. 2278; Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Dikjarazzjoni Iura et bona (5 ta' Mejju, 1980), IV: AAS 72 (1980), 550-551; Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika il-Vanġelu tal-ħajja (25 ta' Marzu, 1995) n. 65: AAS 87 (1995), 475; Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument tal-Operaturi Sanitarji, n. 150.

 

[56] ; Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika il-Vanġelu tal-ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 65: AAS 87 (1995), 476.

 

[57] Cfr. Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument tal-Operaturi Sanitarji, n. 150.

 

[58] Cfr. Ġwanni Pawlu II, Diskors lill-parteċipanti f'laqgħa ta' studju dwar il-prokreazzjoni responsabbli (5 ta' Ġunju, 1987), n. 1: Tagħlim ta' Ġwanni Pawlu II, X/2 (1987), 1962: "Mhux moralment korrett li nitkellmu dwar "il-kunflitt tal-valuri u tal-ġid" jew dwar in-neċessità konsegwenti li nkunu qed nagħmlu speċi ta' "bilanċ" bejniethom billi nagħżlu waħda u nirrifjutaw l-oħra"

 

[59] Cfr. Ġwanni Pawlu II,Diskors lill-Assoċjazzjoni tat-Tobba Kattoliċi Taljani (28 ta' Diċembru, 1978): Tagħlim ta' Ġwanni Pawllu II, I (1978), 438.

 

[60] Cfr. Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument tal-Operaturi Sanitarji, n. 150.

 

[61] Cfr. Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Konferenza Episkopali tal-Istati Uniti dwar il-manteniment u l-idratazzjoni artifiċjali (1 ta'Awwissu, 2007): AAS 99 (2007), 820.

 

[62] Cfr. ibidem.

 

[63] Cfr. Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument tal-Operaturi Sanitarji, n. 152. "In-nutrizzjoni u l-idratazzjoni somminnistrati artifiċjalment jiffurmaw parti mill-kura bażika li għandu jingħata l-moribond, meta ma jkunux ta' aktar ħsara inkella ta' fejda.  It-twaqqif tagħhom bl ġustifikazzjoni jista' jkun ifisser att ta' ewtanasja veru u propju: "Is-somministrazzjonital-ikell u tal-ilma, anki b'mod artifiċjali, fil-prinċipju hu mezz ordinarju u proporzjonat ta' konservazzjoni tal-ħajja.  Għalhekk din hi obbligatorja fil-qies u sakemm turi li qed tilħaq l-għan propju tagħha li huwa l-idratazzjoni u n-nutriment tal-pazjent.  B'dal-mod lill-marid inkunu qed nevitawlu tbatijiet minħabba n-nuqqas ta' nutriment u d-diżitratazzjoni".

 

[64] Franġisku, Diskors lill-laqgħa Plenarja tal-Akkademja Pontifiċja għall-Ħajja (5 ta' Marzu, 2015): AAS 107 (2015), 274, b'referenza għal Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika Il-Vanġelu tal-Ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 65: AAS 87 (1995), 476. Cfr. Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n. 2279.

 

[65] Franġisku, Diskors lill-laqgħa Plenarja tal-Akkademja Pontifiċja għall-Ħajja (5 ta' Marzu, 2015): AAS 107 (2015), 275.

 

[66] Cfr. Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument tal-Operaturi Sanitarji, n. 147.

 

[67] Cfr. Ġwanni Pawlu II, Ittra Appostolika Savifici doloris (11 ta' Frar, 1984), n. 2: AAS 76 (1984), 202: "It-tbatija tidher li tifforma parti mit-traxxendenza tal-bniedem: hija wieħed minn dawk il-punti, li lejhom f'ċertu sens, huwa "destinat" il-bniedem biex jegħleb lilu nnifsu, u jkun imsejjaħ għal dan b'mod misterjuż".

 

[68] Benedittu XVI, Ittra Enċiklika Spe salvi (30 novembre 2007), n. 38: AAS 99 (2007), 1016.

 

[69] Cfr. Franġisku, Eżortazzjoni Appostolika Amoris laetitia (19 marzo 2016), n. 48: AAS 108 (2016), 330.

 

[70] C. Saunders, Watch with Me: Inspiration for a life in hospice care, Observatory House, Lancaster, UK, 2005, p. 29.

 

[71] Franġisku, Diskors lill-parteċipanti fl-Assemblea Plenarja tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi (30 gennaio 2020): L’Osservatore Romano, 31 ta' Jannar, 2020, 7.

 

[72] Cfr. Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument tal-Operaturi Sanitarji, n. 148.

 

[73] Cfr. Piju XII, Allocutio, "Trois questions religieuses et morales concernant l’analgésie (24 ta' Frar 1957): AAS 49 (1957) 134-136; Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi Dikjarazzjoni Iura et bona (5 ta' Mejju, 1980), III: AAS 72 (1980), 547; Ġwanni Pawlu II, Ittra Appostolika Savifici doloris (11 ta' Frar, 1984), n. 19: AAS 76 (1984), 226.

 

[74] Cfr. Piju XII, Allocutio. "Iis qui interfuerunt Conventui Internationali. Romae habito", lill-Kulleġġ Internazzjonali Newro-Psiko-Farmakoloġiku" (9 settembre 1958): AAS 50 (1958), 694; Ġwanni Pawlu II, Ittra Appostolika Savifici doloris (11 ta' Frar, 1984), III: AAS 72 (1980), 548; Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n. 2779; Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument tal-Operaturi Sanitarji, n. 155: "Hemm possibbiltà eventwali li  bl-analġesiċi u n-narkotiċi il-moribond ma jibqax konxju.  Ħaġa bħal din jixirqilha attenzjoni partikolari. fil-preżenza ta' uġigħ insopportabbli, li lanqas it-terapji analġesiċi normali ma jħallu effet fuqhom, meta l-waqt tal-mewt ikun qrib, inkella meta jkun jidher li se jkun hemm xi kriżi partikoalri fil-ħin tal-mewt, analiżi klinika serja tista' tqis li bil-kunsens tal-marid jinagħtaw mediċini li lil dak li jkun jitilfuh minn sensih.  Din is-sedazzjoni paljattiva profonda fil-fażi terminali, li għanda raġuni klinika, tista' tkun moralment aċċettabbli bil-kundizzjoni li ssir bil-kunsens tal-marid, li lill-familja tkun ingħatatilha kull informazzjoni u tkun eskluża kull intenzjoni ta' ewtanasja u l-marid kellu ċ-ċans li jwettaq id-dmirijiet morali, fmailjari u reliġjużi: "huma u resqin lejn il-mewt, il-bnedmin għandhu jkollhom iċ-ċans li jissodisfaw l-obbligi morali u familjari u, fuq kollox,  għandhom ikunu jistgħu jitħejjew kkonxjament għal-laqgħa definittiva ma' Alla".  Għaldaqstant, lil-moribond qatt m'għandu jkun miċħud millli jibqa' konxju dment li ma jkunx hemm raġunijiet gravi".

 

[75] Cfr. Piju XII, Allocutio, "Trois questions religieuses et morales concernant l’analgésie (24 ta' Frar 1957):  AAS 49 (1957) 145;Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi Dikjarazzjoni Iura et bona (5 ta' Mejju, 1980), III: AAS 72 (1980), 548; Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika Il-Vanġelu tal-Ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 65: AAS 87 (1995), 476.

 

[76] Cfr. Franġisku, Diskors lill-Kungress tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba Kattoliċi Taljani fis-70 anniversarju tal-fundazzjoni (15 ta' Novembru, 2014): AAS 106 (2014), 978.

 

[77] Cfr. Piju XII, Allocutio, "Trois questions religieuses et morales concernant l’analgésie (24 ta' Frar 1957):  AAS 49 (1957), 146; Id., Cfr. Piju XII, Allocutio. "Iis qui interfuerunt Conventui Internationali. Romae habito", lill-Kulleġġ Internazzjonali Newro-Psiko-Farmakoloġiku" (9 settembre 1958), 695; Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi Dikjarazzjoni Iura et bona (5 ta' Mejju, 1980), III: AAS 72 (1980), 548; Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n. 2279; Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika il-Vanġelu tal-Ħajja (25 ta' Marzu 1995), n. 65: AAS 87 (1995), 476; Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument tal-Operaturi Sanitarji, n. 154.

 

[78] Cfr. Ġwanni Pawlu II, Diskors lill-parteċipanti fil-Kungress Internazzjonali dwar "It-trattamenti ta' sostenn vitali u l-istat veġetattiv. Progressi xjentifiċi u dilemmi etiċi" (20 ta' Marzu, 2004), n. 3: AAS 96 (2004), 487: Bniedem, ankki jekk marid gravi jew li għandu impediment biex iħaddem il-funzjonijiet l-aktar għoli tal-ġisem, huwa u jibqa' dejjem bniedem, qatt mhu se jsir "veġetali" jew "annimal".

 

[79] Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument tal-Operaturi Sanitarji, n. 151.

 

[80] Ibidem, n. 151; Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika I-Vanġelu tal-Ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 74: AAS 87 (1995), 487.

 

[81] Cfr. Cfr. Franġisku, Diskors lill-Kungress tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba Kattoliċi Taljani fis-70 anniversarju tal-fundazzjoni (15 ta' Novembru, 2014): AAS 106 (2014), 977.

 

[82] Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika I-Vanġelu tal-Ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 73: AAS 87 (1995), 486.

 

[83] Benedittu XVI, Diskors lill-Kungress tal-Akkademja Pontifiċja għall-Ħajja dwar it-tema "Qrib il-marid li ma jistax jitfejjaq u l-moribond: orjentamenti etiċi u operattivi (25 ta' Frar, 2008): AAS 100 (2008), 171.

 

[84] Franġisku, Udjenza Ġenerali (10 ta' Ġunju, 2015): L'Osservatore Romano, 11 ta' Ġunju, 2015, 8.

 

[85] Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n. 1420.

 

[86] Cfr. Ritwal Ruman mid-Digreit tal-Konċilju Vatikan II, ippromulgat minn Pawlu VI.  Ordo tad-dilka tal-morda u l-kura pastorali tagħhom, Editio typica, Praenotanda, Typis Polyglottis Vaticanis, Il-Belt tal-Vatikan 1972, n. 26; Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n. 1524.

 

[87] Cfr. Franġisku, Ittra Enċiklika Laudato si’ (24 ta' Marzu, 2015), n. 235: AAS 107 (2015), 939.

 

[88] ] Cfr. Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika I-Vanġelu tal-Ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 67: AAS 87 (1995), 478-479.

 

[89] Konċilju ta' Trentu, Sessjoni XIV, Dwar is-Sagrament tal-Penitenza, cap. 4: DH 1676.

 

[90] Cfr. CIC, kan. 987.

 

[91] Cfr. CIC, kan. 1007: "M'għandhiex tingħata d-dilka tal-morda li hu ċar li jwebbsu rashom fi dnub gravi"

 

[92] Cfr. CIC, kan. 915 e can. 843 § 1.

 

[93] Cfr. Kunsill Pontifiċju għall-Operaturi Sanitarji, Dokument tal-Operaturi Sanitarji, n. II: AAS 72 (1980), 546.

 

[94] Cfr. Ġwanni Pawlu II, Ittra Appostolika Salvifici Doloris (11 ta' Frar, 1984), n. 29: AAS 76 (1984), 244-246.

 

[95] Cfr. Franġisku, Diskors lid-diriġenti tal-Ordnijiet tat-Tobba ta' Spanja u l-Amerika Latina (9 ta' Ġunju, 2016): AAS 108 (2016), 727-728: "Il-fraġilità, l-uġigħ u l-marda huma prova iebsa għal kulħadd, anki għall-personnel mediku, huma sejħa għall-paċenzja, l-empatija: għalhekk ma nistgħux inċedu għat-tentazzjoni funzjonalista li nużaw soluzzjonijiet ta' għaġla u drastiċi, għax imqanqlin minn kumpassjoni falza inkella minn sempliċi kriterji ta' effiċjenza u tfaddil ekonomiku.  Fin-nofs hemm tiżfen id-dinjità tal-ħajja umana; fin-nofs hemm tiżfen id-dinjità tal-vokazzjoni medika".

 

[96] Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika I-Vanġelu tal-Ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 29: AAS 76 (1984), 246.

 

[97] Ġwanni Pawlu II, Ittra Enċiklika Il-Vanġelu tal-Ħajja (25 ta' Marzu, 1995), n. 5: AAS 87 (1995), 407.

 

[98] Tumas ta' Akwinu, Summa Theologiae, I, q. 21, a. 3.

 

[99] Cfr. Benedittu XVI, Ittra Enċiklika Spe salvi (30 ta' Novembru, 2007), n. 39: AAS 99 (2007), 1016: "Issofri mal-ieħor, issodri għall-oħrajn; issofri għall-imħabba tal-verità u tal-ġustizzja u biex issir persuna li tħobb verament - dawn huma l-elementi fundamentali tal-umanita li jekk nabbandunawhom inkunu qed neqirdu lill-bniedem innifsu".