MESSAĠĠ  TAL-QDUSIJA TIEGĦU
ĠWANNI PAWLU II
GĦAR-RANDAN TAL-1979

 

Intom taslu li tistaqsu lilkom infuskom: «X’sar ir-Randan?». Intom issostnu li it-tiċħid aktarx relattiv mill-ikel ma tantx ifisser wisq, meta tant ħutna, vittmi tal-gwerer jew ta’ diżastri, ibatu ħafna, fiżikament u moralment.

Is-sawm jirrigwarda l-axxetiċiżmu personali, dejjem meħtieġ, imma l-Knisja titlob lill-imgħammdin biex jikkarettarizzaw ukoll b’mod ieħor dan iż-żmien liturġiku. Ir-Randan infatti għandu għalina sinifikat preċiż:  irid jesprimi f’għajnejn id-dinja li l-Poplu kollu ta’ Alla, minħabba li hu midneb, iħejji lilu nnifsu fil-Penitenza sabiex jgħix mill-ġdid b’mod liturġiku l-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-Imwiet ta’ Kristu.  Din ix-xhieda pubblika u kollettiva għandha s-sors tagħha fl-ispirtu ta’ Penitenza ta’ kull wieħed u waħda minna u  tmexxina wkoll biex nelaboraw internament tali mġieba u biex nimmotivawha aħjar.

Li tiċċaħħad ma jfissirx biss li tirregala dak li hu żejjed, imma kultant ukoll dak meħtieġ, bħall-armla tal-Vanġelu, li kienet taf li l-offerta ċkejkna tagħha kienet diġa rigal irċevut mingħand Alla. Li tiċċaħħad ifisser li teħles lilek innifsek mill-jasar ta’ ċiviltà li timbuttana dejjem iktar lejn il-kumdità u lejn il-konsum, mingħajr ebda preokkupazzjoni, linqas għall-konservazzjoni tal-ambjent tagħna, wirt komuni tal-umanità.

U l-komunitajiet ekkleżjali tagħkom jistednukom biex tieħdu sehem f’“Kampanji tar-Randan”; huma jgħinukom ukoll biex torjentaw l-eżerċizzju tal-ispirtu tagħkom ta’ Penitenza, waqt li taqsmu dak li tippossiedu ma’ dawk li għandhom inqas jew xejn.

Se tibqgħu forsi mill-ġdid ma tagħmlu xejn għaliex ħadd ma stedinkom biex taħdmu? Fis-sit tal-kostruzzjoni tal-karità kristjana jonqos il-ħaddiema; il-Knisja ssejħilkom. La tistennewx li jkun tard wisq biex tgħinu lil Kristu li jinsab fil-ħabs jew mingħajr ħwejjeġ, Kristu li huwa ppersegwitat jew rifuġjat, Kristu li huwa bil-ġuħ jew mingħajr dar. Għinu lil ħutna li jonqoshom il-minimu meħtieġ biex joħorġu mill-kundizzjonijiet diżumani u jidħlu fi promozzjoni umana awtentika.

Lilkom ilkoll li intom deċiżi li tagħtu din ix-xhieda evanġelika ta’ penitenza u solidarjetà, il-barka tiegħi fl-isem tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu Santu. 

ĠWANNI PAWLU II