ITTRA TAL-QDUSIJA TIEGĦU
ĠWANNI PAWLU II
LIS-SAĊERDOTI
GĦAL ĦAMIS IX-XIRKA
1989

 

 

Maħbubin ħuti fis-saċerdozju ta’ Kristu!

1. Ukoll din is-sena nixtieq nenfasizza l-kobor ta’ dan il-jum, li jlaqqagħna lkoll mill-ġdid madwar Kristu. Matul it-tridu sagru l-Knisja tapprofondixxi l-għa il-jum ta’ Ħamis ix-Xirka. Hija t-tifkira tal-Aħħar Ċena li tiġġedded u tirrapreżenta f’dan il-jum, u aħna nerġgħu nsibu fih dak li ngħixu bih, dak li aħna bil-grazzja ta’ Alla. Aħna nerġgħu lura għall-bidu stess tas-sagrifiċċju tal-patt il-ġdid u etern u fl-istess ħin għall-bidu tas-saċerdozju tagħna, li huwa kollu u mimli fi Kristu. Dak li waqt l-aħħar Ċena paskwali qal il-kliem: «Dan huwa ġismi, offrut f’sagrifiċċju għalikom»; «dan huwa l-kalċi ta’ demmi… imxerred għalikom u għal kulħadd, għall-maħfra tad-dnubiet» (cfr. Mt 26,26-28), nis-saħħa ta’ dan il-kliem irrivela ruħu bħala r-Redentur tad-dinja u fl-istess ħin bħala Saċerdot tal-patt il-ġdid u etern.

L-ittra lil-Lhud tesprimi din il-verità b’mod l-iktar sħiħ,billi tikteb dwar Kristu bħala «sommu saċerdot tal-ġid futur», li «daħal darba għal dejjem fis-santwarju… b’demmu stess, wara li kiseb għalina fidwa eterna»; permezz tad-demm imxerred fuq is-Salib huwa «offra lilu nnifsu bla tebgħa lil Alla» bis-saħħa ta’ «Spirtu etern» (cfr. Lh 9,11-14).

Minħabba dan l-uniku saċerdozju ta’ Kristu huwa etern u definittiv, bħalma definittiv u etern huwa wkoll is-sagrifiċċju minnu offrut. Dejjem, kull jum u, b’mod partikolari, tul dan it-tridu sagru din il-verità tgħix fl-għarfien tal-Knisja: «Għandna sommu saċerdot kbir» (cfr. Lh 4,14).

U fl-istess ħin dak li jitwettaq waqt l-aħħar Ċena, irrenda dan is-saċerdozju ta’ Kristu sagrament tal-Knisja. Dan sar sa l-aħħar taż-żminijiet is-sinjal tal-identità tiegħu u s-sors ta’ dik il-ħajja fl-Ispirtu Santu, li l-Knisja tirċievi bla ma taqtà mingħand Kristu. Din il-ħajja tiġi pparteċipata minn dawk kollha loi fi Kristu jikkostitwixxu l-Knisja. U lkoll jipparteċipaw mis-saċerdozju ta’ Kristu, u tali parteċipazzjoni tfisser li diġa permezz tal-Magħmudija «minn ilma u minn Spirtu Santu» (cfr. Ġw 3,5) huma kkonsagrati biex joffru s-saġrifiċċji spiritwali f’għaqda mal-uniku sagrifiċċju tal-Fidwa, offrut minn Kristu nnifsu. Ilkoll – bħala poplu messjaniku tal-patt il-ġdid – isiru fi Kristu «saċerdozju rjali» (cfr. 1Pt 2,9).

2. Li wieħed jiftakar din il-verità donnha attwali b’mod partikolari fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tal-eżortazzjoni apostolika «Christifideles Laici», li saret riċentement. Fiha hemm miġbur il-frott tax-xogħlijiet tas-Sinodu tal-Isqfijiet, imlaqqà f’sessjoni ordinarja fl-1987 u li fih t-tema kienet il-vokazzjoni u l-missjoni tal-lajċi fil-Knisja u fid-dinja.

Hemm bżonn li lkoll kemm aħna nsiru nafu dan id-dokument impoetanti. Hemm bżonn ukoll li fid-dawl tiegħu nimmeditaw dwar il-vokazzjoni propja tagħna. Tali riflessjoni tidher attwali ħafna b’mod speċjali fil-jum li jfakkar it-twelid tal-Ewkaristija, kif ukoll tas-servizz sagramentali tas-saċerdoti li huwa marbut mal-Ewkaristija Occorre che tutti noi prendiamo conoscenza di questo importante documento.

Fil-kostituzzjoni «Lumen Gentium» il-Konċilju Vatikan II fakkar fhiex tikkonsisti d-differenza bejn is-saċerdozju komuni tal-imgħammdin kollha u s-saċerdozju li wieħed jirċievi fis-sagrament tal-Ordni Sagri. Il-Konċilju jsejjaħ dan tal-aħħar «saċerdozju ministerjali», li fl-istess ħin ifisser «uffiċċju» u «servizz».Dan huwa wkoll «ġerarkiku» fis-sens ta’ servizz sagru. «Ġerarkija», infatti, tfisser gvern sagru, li fil-Knosja huwa servizz.

Infakkru t-test magħruf konċiljari: «Is-saċerdozju komuni tal-fidili u s-saċerdozju ministerjali jew ġerarkiku, għalkemm essenzjalment ivarjaw u mhux biss fil-grad, huma bdanakollu ordnati wieħed għall-ieħor,ġaladarba l-wieħed u l-ieħor, kull wieħed bil-mod propju tiegħu, jipparteċipaw mill-uniku saċerdozju ta’ Kristu. Is-saċerdot ministerjali bil-qawwa sagra, li biha huwa investit, jifforma u jmexxi l-poplu saċerdotali, iwettaq is-saġrifiċċju ewkaristiku fil-persuna ta’ Kristu ("in persona Christi") u joffrih lil Alla f’isem il-poplu kollu; il-fidili, bis-saħħa tas-saċerdozju tagħhom irjali, jikkontribwixxu fl-offerta tal-Ewkaristija, u jeżerċitawh billi jirċievu s-sagramenti, bit-talb u bir-ringrazzjament, bix-xhieda ta’ ħajja qaddisam bl-abnegazzjoni u l-karità ħawtiela» («Lumen Gentium», 10; cfr. «Christifideles Laici», 22).

3. Matul it-tridu sagru jippreżenta ruħu quddiem għajnejn il-fidi tagħna l-uniku saċerdozju tal-patt il-ġdid u etern, li huwa fi Kristu nnifsu. Lilu, infatti, jistà jiġi applikat il-kliem tas-sommu saċerdot li, «magħżul fost il-bnedmin, jiġi kostitwit saċerdot tal-ġid futur tal-bnedmin» (Lh 5,1). Bħala bniedem Kristu huwa saċerdot, huwa s-«sommu saċerdot tal-ġid futur»; fl-istess ħin, iżda, dan il-bniedem-saċerdot huwa l-Iben konsustanzjali tal-Missier. Minħabba dan ukoll is-saċerdozju tiegħu – is-saċerdozju tas-sagrificcju feddej tiegħu – huwa uniku u rrepetibbli. Huwa t-twettiq traxxendenti tal-kontenut kollu tas-saċerdozju.

Issa propju dan is-saċerdozju uniku ta’ Kristu, permezz tas-sagrament tal-Magħmudija, huwa pparteċipat minn kulħadd fil-Knisja. Jekk il-kliem «saċerdot magħżul fost il-bnedmin» jirreferi wkoll għal kull wieħed minna, parteċipi tas-saċerdozju ministerjali, dan madankollu jindika qabel xejn l-appartenenza għall-poplu messjaniku, għas-saċerdozju rjali, kif ukoll l-attakkament fis-saċerdozju komuni tal-fidili, li huwa l-bażi tas-sejħa ta kull wieħed minna għall-ministeru saċerdotali.

Il-«fidili lajċi» huma dawk li fosthom kull wieħed minna «jiġi magħżul», dawk li fosthom twieled is-saċerdozju tagħna. Qabel kollox, huma l-ġenituri tagħna, imbagħad ħutna subien u bniet u tant persuni ta’ ambjenti differenti, li minnhom kull wieħed minna jiġi: ambjenti umani u nsara, kultant ukoll mhux insara. Il-vokazzjoni saċerdotali, infatti, mhux dejjem titwieled f’atmosfera għaliha favorevoli; kultant il-grazzja tal-vokazzjoni tgħaddi minn kuntrast mal-ambjent, saħansitra mir-reżistenza magħmula minn familjari.

U barra dawk kollha li nafu u li nistgħu finalment nidentifikaw tul it-triq tal-vokazzjoni tagħna, hemm oħrajn ukoll, li jibqgħu mhux magħrufa. Qatt m’aħna kapaċi nistabilixxu lil min nafu din il-grazzja, għat-talb u s-sagrifiċċji ta’ liema persuni nafuha, fil-misteru tal-ekonomija divina.

Hu x’inhu l-kliem «saċerdot magħżul fost il-bnedmin» jippossiedi estensjoni wiesgħ1. Jekk illum nimmeditaw it-twelid tas-saċerdozju ta’ Kristu, qabel xejn, fl-intimu ta’ kull wieħed minna (qabel ukoll ma rċivejnieh permezz tal-impożizzjoni tal-idejn tal-Isqof), irridu ngħixu dan il-jum bħala midjunin! Bħala midjunin tal-grazzja inskrutabbli ta’ Alla, aħna nitwieldu għas-saċerdozju, nitwieldu mill-qalb tar-Redentur innifsu – miċ-ċentru tas-sagrifiċċju tas-Salib tiegħu. U fl-istess ħin nitwieldu minn ġuf il-Knisja, poplu saċerdotali. Dan ol-poplu, infatti, huwa bħall-art spiritwali tal-vokazzjonijiet, l-art maħduma mill-Ispirtu Santu, li huwa l-Paraklitu tal-Knisja għaż-żminijiet kollha.

Il-Poplu ta’ Alla jifraħ bil-vokazzjoni saċerdotali ta’ wliedu. F’din il-vokazzjoni huwa jsib il-konferma tal-vijabilità propja fl-Ispirtu Santu, il-konferma tas-saċerdozju rjali, li permezz tiegħu Kristu,  «sommu saċerdot tal-ġid futur», huwa preżenti fil-ġenerazzjonijiet tal-bnedmin u fil-komunitajiet insara. Ukoll huwa hu «magħżul fost il-bnedmin». U «Bin il-bniedem», Iben Marija.

4. Hemm fejn huma nieqsa l-vokazzjonijiet, il-Knisja trid tagħmel lilha nfisha konsideranti.  U tagħmel lilha nfisha konsideranti, konsideranti ħafna. Din il-konsiderazzjoni hija pparteċipata wkoll mil-lajċi fil-Knisja. Għal dan, fis-Sinodu tal-1987 smajna kliem tokkanti mhux biss minn naħa tal-Isqfijiet u s-saċerdoti, imma wkoll minn naħa tal-istess lajċi preżenti.

Tali konsiderazzjoni tixhed bl-aħjar mod min hu s-saċerdot għal-lajċi: tixhed l-identità tiegħu, u din hija xhieda tal-komunità, xhieda soċjali. Infatti, is-saċerdozju huwa sagrament «soċjali»: is-saċerdot, «magħżul fost il-bnedmin, jiġi kkostitwit għall-ġid tal-bnedmin fil-ħwejjeġ li jirrigwardaw lil Alla» (Lh 5,1).

Il-jum ta’ qabel il-Passjoni u l-mewt tiegħu fuq is-Salib, Ġesù fiċ-Ċenaklu ħasel riġlejn l-Appostli u dan għamlu biex jenfasizza li  «ma kienx ġie biex ikun moqdi, imma biex jaqdi» (cfr. Mk 10,45). Dak kollu li Kristu kien jagħmel u jgħallem kien għas-servizz tal-fidwa tagħna. L-aħħar espressjoni u l-iktar kompluta ta’ dan is-servizz messjaniku kellha ssir is-Salib fuq il-Kalvarju. Fiha sabet it-twettiq tagħha «sal-aħħar» li Bin Alla kien sar bniedem «għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna» («Credo» Missae). U dan is-servizz feddej, li għandu raġġ ta’ azzjoni universali, huwa «miktub» għal dejjem fis-saċerdozju ta’ Kristu. L-Ewkaristija – is-sagrament tas-sagrifiċċju feddej ta’ Kristu – jinkludi fiha din l-«iskrizzjoni». Kristu, li ġie biex jaqdi, huwa preżenti b’mod sagramentali fl-Ewkaristija appuntu biex jaqdi. Dan is-servizz fl-istess ħin huwa l-milja tal-medjazzjoni feddejja: Kristu daħal f’santwarju etern, «fis-sema stess, bl-iskop li jippreżenta ruħu issa fil-preżenza ta’ Alla favur tagħna » (Lh 9,24). Tassew, huwa kien «ikkostitwit għall-ġid tal-bnedmin fil-ħwejjeġ li jirrigwardaw lil Alla».

Kull wieħed minna, li grazzi għall-ordinazzjoni sagramentali, jipparteċipa fis-saċerdozju ta’ Kristu, jrid b’mod kostanti jerġà jaqra din l- «iskrizzjoni» tas-servizz feddej ta’ Kristu. Infatti, aħna wkoll – kull wieħed minna – aħna kkostitwiti «għall-ġid tal-bnedmin fil-ħwejjeġ li jirrigwardaw lil Alla». Il-Konċilju jiddikjara b’mod ġust li «il-lajċi... għandhom dritt li jirċievu b’mod abbundanti mingħand ir-rgħajja sagri il-ġid spiritwali tal-Knisja, speċjalment l-għajnuniet tal-kelma ta’ Alla u tas-sagramenti » («Lumen Gentium», 37).

Dan is-servizz jinsab fiċ-ċentru nnifsu tal-missjoni tagħna. Bla dubju ukoll ħutna rġiel u nisa – il-lajċi fidili – jixtiequ jsibu fina «ministri ta’ Kristu u amministraturi tal-misteri ta’ Alla» (1Kor 4,1). F’din id-dimensjoni titfittex l-awtentiċità sħiħa tal-vokazzjoni tagħna, tal-post tagħna fil-Knisja. Matul is-Sinodu tal-Isqfijiet, dwar it-tema tal-apostolat tal-lajċi, spiss tfakkar li l-lajċi għandhom għal qalbhom tali awtentiċità tal-vokazzjoni u tal-ħajja saċerdotali. Din, anzi, hija l-ewwel kondizzjoni għall-vitalità tal-lajkat u għall-apostolat propju tal-lajċi. Din mhi bl-ebda mod «lajċizzazzjoni» tal-kleru, bħal ma mhix linqas «klerikalizzazzjoni» tal-lajċi. Il-Knisja tiżviluppa b’mod organiku skont il-prinċipju tal-multipliċità u tad-diversità tad- «doni», jiġifieri tal-kariżmi (cfr. «Christifideles Laici», 21-23). Kull wieħed, infatti, «għandu d-don propju» (1Kor 7,7) «għall-utilità komuni» (1Kor 12,7). «Kull wieħed jgħix skont il-grazzja riċevuta, billi jqiegħda għas-servizz tal-oħrajn, bħala amministraturi tajbin tal-grazzja ta’ Alla» (1Pt 4,10).

Dawn l-indikazzjonijiet tal-Appostli huma għal kollox attwali wkoll fl-epoka tagħna.

Ugwalment għal kulħadd – kemm dawk ordnati kif ukoll għal-lajċi – tirriferi r-rakkomandazzjoni li «inġibu ruħna b’mod xieraq tal-vokazzjoni tagħna » (cfr. Ef 4,1), li kull wieħed minna sar parteċipi tagħha.

5. Bisogna dunque che oggi, in un giorno così santo e pieno di profondi contenuti spirituali per noi, meditiamo ancora una volta, ed a fondo, il carattere particolare della nostra vocazione e del nostro servizio sacerdotale. I presbìteri - insegna il Concilio - «per il loro stesso ministero sono tenuti ...a non conformarsi a questo secolo: al tempo stesso, tuttavia, sono tenuti a vivere in questo secolo in mezzo agli uomini» («Presbyterorum Ordinis», 3). Nella vocazione sacerdotale di un pastore ci deve essere uno spazio speciale per queste persone, per i laici e per la loro «laicità», la quale è anch'essa un grande bene della Chiesa. Un tale spazio interiore è degno della vocazione del sacerdote come pastore.

Il Concilio ha dimostrato con acuta chiarezza che la «laicità» radicata nei sacramenti del Battesimo e della Confermazione, la laicità come dimensione della comune partecipazione al sacerdozio di Cristo costituisce l'essenziale vocazione di tutti i fedeli laici. E i sacerdoti «non potrebbero essere ministri di Cristo, se non fossero testimoni e dispensatori di una vita diversa da quella terrena», ma al tempo stesso «non potrebbero nemmeno servire gli uomini, se si estraniassero dalla loro vita e dal loro ambiente» («Presbyterorum Ordinis», 3). Ciò indica proprio quello spazio interiore per la «laicità», che è profondamente iscritta nella vocazione sacerdotale di ogni pastore: lo spazio per tutto ciò in cui questa «laicità» si esprime. In tutto ciò il sacerdote deve cercare di riconoscere la «vera dignità cristiana» («Lumen Gentium», 18) di ciascuno dei suoi fratelli e sorelle laici; anzi, si deve adoperare per farla presente ad essi stessi, per educarli a questa dignità mediante il suo servizio sacerdotale.

Riconoscendo la dignità dei laici e «il loro ruolo specifico nell'ambito della missione della Chiesa», «i presbìteri sono fratelli tra i fratelli, come membra dell'unico e medesimo corpo di Cristo, la cui edificazione è compito di tutti» («Presbyterorum Ordinis», 9).

6. Sviluppando in sé un tale atteggiamento verso tutti i fedeli laici, verso i laici e la loro «laicità», segnati anch'essi dal dono della vocazione ricevuta da Cristo, il sacerdote può attuare questo compito sociale, che è legato alla sua vocazione di pastore. Egli, cioè, può «radunare» le comunità cristiane, alle quali viene inviato. Il Concilio in più punti mette in rilievo questo compito. Ecco, i sacerdoti, «esercitando... l'ufficio di Cristo..., radunano la famiglia di Dio, quale fraternità animata da un solo intento, e per mezzo di Cristo nello Spirito la conducono a Dio Padre» («Lumen Gentium», 28).

Questo «radunare» è servizio. Ognuno di noi deve essere consapevole di radunare la comunità non intorno a sé, ma intorno a Cristo, e non per sé, ma per Cristo, affinché egli stesso possa agire in questa comunità, ed insieme in ognuno, con la potenza del suo Spirito paraclito, e a misura del «dono» ricevuto da ciascuno in questo Spirito «per l'utilità comune».

Pertanto, questo «radunare» è servizio, e tanto più è servizio, in quanto il sacerdote «presiede» alla comunità. A questo proposito il Concilio sottolinea che «occorre che i presbìteri presiedano in modo tale che, non cercando le cose proprie, ma quelle di Gesù Cristo, uniscano la loro opera a quella dei fedeli laici» («Presbyterorum Ordinis», 9).

Questo «radunare» va inteso non come qualcosa di occasionale, ma come una continua e coerente «edificazione» della comunità. Proprio qui è indispensabile la collaborazione, di cui si parla nel testo conciliare. Qui anche devono essi «scoprire con senso di fede i multiformi carismi, sia umili che più elevati, concessi ai laici; devono ammetterli con gioia e favorirli con diligenza», leggiamo nel decreto conciliare («Presbyterorum Ordinis», 9). «Parimenti, devono assegnare con fiducia ai laici degli incarichi per il servizio della Chiesa, lasciando loro libertà e margine di azione» («Presbyterorum Ordinis», 9).

Rifacendosi alle parole di san Paolo, il Concilio ricorda ai presbìteri che essi «si trovano in mezzo ai laici per condurre tutti all'unità della carità, "amandosi gli uni gli altri con carità fraterna, prevenendosi gli uni gli altri nella deferenza (Rm 12,10)» («Presbyterorum Ordinis», 9).

7. Al presente, dopo al pubblicazione dell'esortazione post-sinodale «Christifideles Laici», molti ambienti nella Chiesa stanno studiando il suo contenuto, in cui ha trovato espressione la sollecitudine collegiale dei Vescovi, riuniti nel Sinodo. Il Sinodo, del resto, è stato un'eco del Concilio, nel tentativo di indicare - alla luce di molteplici esperienze - la direzione in cui dovrebbe procedere l'attuazione del Magistero conciliare circa il laicato. E' noto che esso si è dimostrato particolarmente ricco e stimolante, il che certamente corrisponde anche alle necessità della Chiesa nel mondo contemporaneo.

Noi avvertiamo queste necessità in tutta la loro importanza e complessità. Perciò, la conoscenza del documento post-sinodale ci permetterà di far fronte ad esse e, in molti casi, di aiutarci, altresì, nel nostro servizio sacerdotale. «l sacri Pastori, infatti - leggiamo nella costituzione «Lumen Gentium» - sanno esattamente quanto contribuiscono i laici al bene di tutta la Chiesa. Essi sanno di non essere stati istituiti da Cristo per assumersi da soli tutta quanta la missione salvifica della Chiesa verso il mondo» (30).

Sostenendo la dignità e la responsabilità dei laici, «si servano volentieri del loro prudente consiglio» («Lumen Gentium», 37). Tutti i Pastori - Vescovi e sacerdoti - «mostrano al mondo il volto della Chiesa, in base al quale gli uomini giudicano della forza e della verità del messaggio cristiano» («Gaudium et Spes», 43). In tal maniera «è rafforzato nei laici il senso della propria responsabilità, ne è favorito lo slancio e le loro forze più facilmente vengono associate all'opera dei Pastori» («Lumen Gentium», 37).

Anche ciò - tra l'altro - sarà oggetto di studio nell'assemblea del Sinodo dei Vescovi sul tema della formazione sacerdotale, annunciato per l'anno 1990. Una tale sequenza di temi già di per sé permette di comprendere che, nella Chiesa, esiste un profondo collegamento tra la vocazione dei laici e quella dei sacerdoti.

8. Nel ricordare tutto ciò nella lettera per il giovedì santo di quest'anno, ho desiderato toccare un argomento collegato in modo essenziale al sacramento del'Ordine. Oggi ci raccogliamo intorno ai nostri Vescovi, come presbiterio delle singole Chiese locali e particolari, in tanti luoghi della terra. Concelebriamo l'Eucaristia, rinnoviamo le promesse sacerdotali connesse alla nostra vocazione ed al nostro servizio nella Chiesa di Cristo. E' la grande giornata sacerdotale di tutte le Chiese del mondo nell'unica Chiesa universale! Ci offriamo reciprocamente il bacio della pace e con questo segno cerchiamo di raggiungere tutti i fratelli nel sacerdozio, persino coloro che sono i più distanti nello spazio del mondo visibile.

Offriamo proprio questo mondo insieme con Cristo al Padre nello Spirito Santo: questo mondo di oggi, «ossia l'intera famiglia umana nel contesto di tutte quelle realtà, in mezzo alle quali essa vive» («Gaudium et Spes», 2). Agendo «in persona Christi», come «amministratori dei misteri di Dio» (1Cor 4,1), siamo consapevoli della dimensione universale del sacrificio eucaristico.

I fedeli laici - nostri fratelli e sorelle - in forza della loro propria vocazione sono uniti a questo «mondo» in modo diverso dal nostro. Il mondo è dato loro in compito da Dio in Cristo redentore. Il loro apostolato deve condurre direttamente alla trasformazione del mondo nello spirito del Vangelo (cfr. «Christifideles Laici», 36). Essi vengono per trovare nell'Eucaristia, di cui noi siamo ministri per grazia di Cristo, la luce e la forza per attuare questo compito.

Rinnoviamo presso tutti gli altari della Chiesa nel mondo di oggi il servizio redentore di Cristo, pensando a loro! Rinnoviamolo come servitori «bravi e fedeli», «che il padrone al suo ritorno troverà vigilanti» (cfr. Lc 19,17; 12,37).

A tutti i cari fratelli nel sacerdozio di Cristo invio il mio cordiale saluto e la benedizione apostolica.

Dal Vaticano, 12 marzo, domenica quinta di Quaresima, dell'anno 1989, undicesimo di Pontificato.

ĠWANNI PAWLU II

 

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb