Laikos

 

 Aktar dwar il-Ħniena Divina ...

Ara n-Novena  tal-Ħniena Divina ...

Tagħrif dwar in-Novena lejn il-Ħniena Divina

Il-preparazzjoni tal-Festa tal-Ħniena Divina tikkonsisti li tingħad il-kurunella tal-Ħniena Divina għal disat ijiem. Għandha tibda f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira.

Fid-Djarju ta’ Sr. Fawstina, hemm ukoll miktub, novena li  Ġesù stess ta għall-użu personali tagħha bħala preparazzjoni ta’ din il-Festa hekk għażiża. Din in-Novena hija popolari ħafna mal-fidili bħala tħejjija għall-Festa tal-Ħniena Divina.

 

Intenzjonijiet tan-Novena

Tibda f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira

 

Tibda:

1 Jum   Ressaq il-bnedmin kollha, speċjalment l-iktar il-midinbin;

2 Jum   Għall-erwieħ tas-saċerdoti u tar-reliġjużi;

3 Jum   Għall-erwieħ kollha twajba u fidili;

4 Jum   Għal dawk li ma jemmnux Fija u dawk li għadhom ma jafuniex;

5 Jum   Għal-insara mifruda minn xulxin;

6 Jum   Għall-bnedmin ta’ qalb ħelwa u umli, kif ukoll għall-erwieħ tat-tfal ċkejknin;

7 Jum   Għall-erwieħ ta’ dawk li l-aktar iqimu u jigglorifikaw il-Ħniena ta’ Alla;

8 Jum   Għall-erwieħ tal-Purgatorju;

9 Jum   Għall-erwieħ li huma berdin

 

Wara kull intenzjoni tingħad il-Kurunella tal-Ħniena Divina.

 

Ġesù qal lill-Santa Fawstina

Permezz ta’ din in-novena Jiena nagħti kull grazzja possibbli lill-erwieħ… Jiena nixtieq li matul dawn id-disat ijiem inti tressaq il-bnedmin lejn l-għajn tal-Ħniena tiegħi, sabiex minnha jkunu jistgħu jieħdu l-qawwa, il-faraġ u kull grazzja li jeħtieġu fit-tbatijiet ta’ din il-ħajja u l-iktar fis-siegħa tal-mewt.