Laikos

 

 Aktar dwar il-Ħniena Divina ...

DIGRIET APPOSTOLIKU PENITENZJALI

Indulġenzi marbuta mad-devozzjonijiet f’ġieħ il-Ħniena Divina

 

“O Alla li l-ħniena tiegħek hija bla tarf u li t-teżor ta’ mħabbtek huwa infinit…” (Talba wara l-Innu “Te Deum) u “O Alla li turi is-setgħa tiegħek bla tarf, l-aktar billi turi ħniena u maħfra…” (Talba għas-26 Ħadd tas-Sena): f’dawn it-talbiet Ommna l-Knisja Mqaddsa bl-umilta’ u bil-fidi tgħanni l-Imħabba Divina. Tassew is-sabar kbir ta’ Alla mal-bnedmin kollha u ma’ kull persuna individwali jiddi b’mod speċjali meta d-dnubiet u n-nuqqasijiet morali jkunu maħfura minn Alla nnifsu ta’ kobor bla tarf u l-midinbin jiddaħħlu mill-ġdid mill-Missier għall-ħbiberija miegħu li kienu tilfu ħtija tagħhom.

 

Id-Dmir li nagħtu qima lill-Ħniena Divina

L-Insara bi mħabba spiritwali mill-akbar jinġibdu biex ifakkru l-misteri tal-maħfra divina u biex jiċċelebrawhom bil-qima. Huma jifhmu ċar l-ogħla ġid u wkoll id-dmir, li l-Poplu ta’ Alla għandu li jfaħħar il-Ħniena Divina b’talbiet speċjali u fl-istess ħin jifhmu li waqt li jwettqu bil-qalb l-għemejjel meħtieġa u jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji, huma jistgħu jaqilgħu l-benefiċċji spiritwali li jingħataw mit-Teżor tal-Knisja. “ Il-misteru tal-Għid huwa l-qofol li jurina u jagħtina din il-ħniena, li tista’ tiġġustifika l-bniedem, li twassal mill-ġdid il-ġustizzja fis-sens ta’ dik l-ordni li ssalva li Alla ried sa mill-bidu fil-bniedem u permezz tal-bniedem fid-dinja” (Ittra Enċiklika Għani fil-Ħniena, n. 7).

 

Hija l-Ħniena Divina li tagħti ndiema u proponiment ta’ riparazzjoni

Tassew, il-Ħniena Divina taf kif taħfer ukoll l-aktar dnubiet gravi u waqt li tagħmel hekk, hija twassal lill-insara biex jagħrfu ndiema sopranaturali, mhux biss psikoloġika, għal dnubiethom sabiex bil-għajnuna tal-grazzja divina huma jkunu jistgħu jagħmlu riżoluzzjoni soda li ma jagħmlux dnub aktar.

Din id-dispożizzjoni spiritwali żgur li tasal wara l-maħfra ta’ dnub mejjet meta l-insara jirċievu sewwa s-Sagrament tal-Penitenza jew jisgħobbihom minn dnubiethom b’att ta’ mħabba perfetta u ndiema perfetta bil-proponiment li jirċievu s-Sagrament tal-Penitenza mill-aktar fis li jistgħu. Tassew, il-Mulej Ġesu’ Kristu jgħallimna fil-parabbola ta’ l-Iben il-Ħali li l-midneb għandu jistqarr l-miżerja tiegħu lil Alla waqt li jgħid: “Missier jiena dnibt kontra s-sema u kontra tiegħek; ma jistħoqqlix aktar li nissejjaħ ibnek” (Lq 15, 18-19) waqt li jirrealizza li dan hu għemil ta’ Alla, “għax (hu) kien mejjet u qam; kien mitluf u nstab” (Lq 15, 32)

 

It-Tieni Ħadd tal-Għid, il-Ħadd tal-Ħniena Divina

U hekk b’sensittivita’ pastorali biżżejjed u sabiex iddaħħal sal-qiegħ fil-qlub tal-fidili dawk il-preċetti u t-tagħlim tal-fidi Nisranija, il-Qdusija tiegħu l-Papa Ġwanni Pawlu II, imqanqal mill-kunsiderazzjoni tal-Missier tal-Hniena, ordna li t-Tieni Ħadd tal-Għid ikun iddedikat biex ifakkar b’devozzjoni speċjali dawn id-doni ta’ grazzji u ta l-isem lil da nil-Ħadd, “il-Ħadd tal-Ħniena Divina” (Kongregazzjoni għall-Qima Divina u Dixxiplina tas- Sagrament, Digriet Miscericors et miserator, 5 ta’ Mejju 2000).

L-Evanġelju tat-Tieni Ħadd tal-Għid jirrakkonta l-għeġubijiet li Kristu l-Mulej għamel fil-jum tal-Qawmien mill-Mewt matul l-ewwel dehra pubblika tiegħu. “Fil-lejla ta’ dak il-jum, l-ewwel jum tal-ġimgħa, il-bibien fejn kienu d-dixxipli kienu magħluqa, minħabba l-biża tal-Lhud, Ġesu u ġie u waqaf f’nofshom u qalilhom, “il-Paċi Magħkom”. Meta qalilhom hekk, wriehom idejh u ġenbu. Imbagħad id-dixxipli ferħu li raw il-Mulej. Ġesu reġa’qalilhom, “Il-Paċi Magħkom. Kif il-Missier bagħat lilli, hekk jiena nibgħat lilkom”. Imbagħad nefaħ fuqhom, u qalilhom, “Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura u dawk li żżommuhomlom ikunu miżmuma”.

 

Indulġenza Plenarja

Biex jiżgura li l-fidili josservaw dan il-jum b’devożżjoni intense il-Qdusija tiegħu l-Papa nnifsu ordna li dan il-Ħadd ikun mogħni b’indulġenza plenarja, kif inhu mfisser aktar ‘il quddiem, biex il-fidili jkunu jistgħu jirċievu b’abundanza kbira l-konsolazzjoni ta’l-Ispirtu s-Santu. B’dan il-mod, ikunu jistgħu jgħixu mħabba kbira lejn Alla u lejn il-proxxmu, u wara li jkunu qalgħu l-maħfra ta’ Alla, huma min naħa tagħhom jagħmlu ħilithom biex juru maħfra fil-pront lejn ħuthom, irġiel u nisa.

Maħfra ta’ dawk li jidinbu kontrina

Hekk il-fidili jikkonformaw ruħhom aktar mill-qrib ma’ l-ispirtu ta’ l-Evanġelju, u jirċievu f’qalbhom it-tiġdid li t-Tieni Konċilju Vatikan fisser u introduċa: Inżommu f’moħħna l-kliem tal-Mulej: “MInn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi jekk ikollkom imħabba wieħed lejn l-ieħor (Ġw 13,35). L-Insara jistgħu jixxennqu b’xejn aktar minn ħerqa akbar li jaqdu l-bnedmin ta’ dan iż-żmien b’ġenerożita’ dejjem tikber u success… Hija r-rieda tal-Missier li għandna nagħrfu lil Kristu Ħuna fil-persuna tal-bnedmin kollha u li nħobbuhom b’imħabba li tagħti l-frott bil-kliem u bil-għemil (Kostituzzjoni Pastorali Gaudium et Spes, n.93).

 

Tliet Kundizzjonijiet għall-Indulġenza Plenarja

U hekk il-Qdusija Tiegħu l-Papa, imqanqal minn xewqa qawwija hi jxerred fost l-Insara din id-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina kemm jista’ jkun, bit-tama li joffri frott kbir spiritwali lill-fidili, fl-Udjenza li ra fit-13 Ġunju 2002 lil dawk Responsabbli għall-Penitenzjerija Appostolika, ta’ Ġunju l-indulġenzi li ġejjin:

Indulġenza plenarja, mogħtija taħt il-kundizzjonijiet tas-soltu (qrara sagramentali, Tqarbina Ewkaristika u talba skont l-intenzjoni tal-Papa) lill-fidili li fit-Tieni Ħadd tal-Għid jew il-Ħadd tal-Ħniena Divina, f’xi Knisja jew Kappella, fi spirtu li hu kompletament distakkat mill-ġibda għad-dnub, imqar dnub venjal, jieħdu sehem fit-talb u fid-devozzjonijiet li jsiru f’ġieh il-Hniena Divina, jew minn quddiem Ġesu’ Sagrament espost jew miżmum fit-tabernaklu, jgħid il-Missierna u l-Ħobżna u l-Kredu, flimkien ma’ talba devote lil Ġesu’ ħanin ( eż. Ħanin Ġesu’, jien nafda fik!)

Indulġenza parzjali tingħata lill-fidili li għall-inqas b’qalb sogħbiena jitolbu lill-Mulej Ħanin Ġesu’ b’invokazzjoni approvata leġittimament.

 

Għal dawk li ma jistgħux imorru l-knisja jew morda serjament

Ukoll, baħrin li jaħdmu fuq firxa vasta tal-baħar, aħwa irġiel u nisa bla għadd, li minħabba diżastri tal-gwerra, ġrajjiet politiċi, vjolenza lokali u kawżi oħra bħal dawn kienu mġiegħla jitilqu minn pajjiżhom, il-morda u dawk li jieħdu ħsiebhom u dawk kollha minħabba kawża ġusta ma jistgħux joħorġu minn djarhom jew dawk li jagħmlu xi ħidma għall-komunita’ li ma tistax titħalla barra jistgħu jaqilgħu indulġenza plenarja fil-Ħadd tal-Ħniena Divina, jekk totalment jobogħdu d-dnub, kif intqal qabel, u bl-intenzjoni li jissodisfaw mill-aktar fis possibbli t-tliet kundizzjonijiet tas-soltu, jgħidu l-Missierna u l-Ħobżna u l-Kredu quddiem xbieha devota tal-Mulej Ġesu’ u wkoll jitolbu invokazzjoni devote lill-Mulej Ħanin Ġesu’ (eż. “Ħanin Ġesu’, jiena nafda fik”).

Jekk inhu impossibli għal xi wħud li jagħmlu dan fl-istess ġurnata jistgħu jaqilgħu l-Indulġenza Plenarja jekk b’intenzjoni spiritwali jingħaqdu ma’ dawk li jagħmlu l-prattika preskritta biex jaqilgħu l-indulġenza bil-mod tas-soltu u joffru lill-Mulej Ħanin talba u s-sofferenzi tal-mard tagħhom u d-diffikultajiet ta’ ħajjithom, bir-riżoluzzjoni li jwettqu mill-aktar fis it-tliet kundizzjonijiet preskritti biex wieħed jaqla’ l-indulġenza plenarja.

 

Id-Dmir tas-saċerdoti biex jinfurmaw lill-parruċċani, iqarru u jmexxu t-talb

Is-Saċerdoti li jeżerċitaw minister pastorali, speċjalment il-kappillani għandhom jinfurmaw lill-fidili bl-aktar mod xieraq dak li tipprovdi l-Knsija għas-saħħa spiritwali. Huma għandhom malajr u ġenerożament ikunu lesti biex iqarru. Fil-Ħadd tal-Ħniena Divina, wara li jkunu ċċelebraw il-Quddiesa jew l-Għasar jew waqt id-devozzjonijiet f’ġieh il-Ħniena Divina, bid-dinjita’ li taqbel mar-rit, għandhom imexxu t-talb li ngħata aktar ‘il fuq. Fl-aħħarnett, billi “Imberkin huma dawk li jħennu għaliex huma jsibu ħniena” (Mt 5, 7) meta jgħallmu lil-fidili tagħhom, is-saċerdoti għandhom ġentilment iħeġġu l-fidili biex jipprattikaw opri ta’ karita’ jew ħniena ta’ spiss kemm jistgħu fuq l-eżempju ta’ u waqt li jobdu, il-kmandament ta’ Ġesu’ Kristu, bħalma hu mniżżel fil-lista għat-tieni għotja ġenerali ta’ indulġenza fl-“Enchiridion Indulgentiarum”

 

Dan id-Digriet għandu qawwa perpetwa, minkejja xi provvediment kuntrarju

Arċisqof Luigi De Magistris

Arċisqof ta’ Nova

Pro-Penitenzier Maġġuri

Fr Gianfranco Girotti, O.F.M. Conv.

Reġġent