L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

Ġublew tal-Familja - Il-Ħadd, 30 ta' Ottubru 2016

JUM SĦIĦ GĦALL-FAMILJA KOLLHA

Il-Familja Benniena ta' Ħniena

GĦALIEX IL-ĠUBLEW TAL-FAMILJA?

Il-Ġublew qed joqrob sewwa lejn tmiemu, madankollu il-Bibien tal-Ħniena li infetħu fil-Katidral u s-Santwarji ta’ pajjiżna fil-bidu tiegħu mhux ser jingħalqu meta jgħaddi, anzi minn issa ‘l quddiem kull familja nisranija jrid ikollha l-Bieb tal-Ħniena tagħha biex kif stedinna l-Papa Frangisku nagħmlu mill-għatba ta’ darna sinjal ċkejken imma kbir tal-Bieb tal-Ħniena u ta’ Alla li jilqa’.[i]

L-Arċidjoċesi ta’ Malta, permezz ta’ diversi Kummissjonijiet u Għaqdiet tal-lajċi fi ħdanha tixtieq li l-Ġublew tal-Familja ma jkunx ċelebrazzjoni ta’ darba li tgħaddi u tintesa, imma jservi ta’ okkażjoni sabiex tgħin lil kull familja f’pajjiżna ssir benniena ta’ ħniena.

Il-Ġublew tal-Familja se jkun ċelebrat f’diversi binjiet u grounds tas-Seminarju, f’Tal-Virtù, r-Rabat nhar  il-Ħadd, 30 ta’ Ottubru 2016.   Il-programm huwa  vast u maħsub li jinteressa lill-familja kollha.  Għax dakinhar nixtiequ nwasslu l-messaġġ li anke llum il-familja hija s-soluzzjoni għad-diffikultajiet li ħafna drabi ngħaddu minnhom.

-------------------

[i]  Udjenza Ġenerali, 18 ta’ Nov. 2015.

STEDINA GĦALINA LKOLL

GĦAX AĦNA LKOLL

FAMILJA

Kemm jekk illum inti waħdek u kemm jekk ma' martek, uliedek, neputijiet jew qraba oħra, din l-istedina hija għalik ukoll. Hija stedina għat-tfal, adolexxenti u żgħażagħ.  Hija stedina għall-adulti u l-anzjani.  Aħna lkoll parti minn xi familja.  Aħna lkoll nħossu fina s-sejħa għall-ħniena.

F'dan il-Ġublew tal-Familja, ejja inti wkoll, ħu sehem magħna u ma' oħrajn fil-Seminarju f'Tal-Virtù, r-Rabat, il-Ħadd, 30 ta' Ottubru 2016.  Inkunu miftuħin bejn it-8.30 am u s-7.00 pm.

 


klikkja fuq il-poster ...

 

IL-ĠUBLEW TAL-FAMILJA HUWA INIZJATTIVA TA'  ....

IL-FORUM TAL-GĦAQDIET U MOVIMENTI. 

President:  Is-Sur Joe Aquilina. 

Tel. 99220252.  Email: joedoris@melita.com

IL-MOVIMENT TA' KANA.

Direttur:  Mons. Charles Attard.

Tel 22039317 / 99891907. Email: director@canamovement.org

President: Dr Arthur Galea Salomone. Tel 99420522

IL-KUMMISSJONI SPORTS. 

Delegat tal-Arċisqof: Is-Sur David Azzopardi.

Tel. 79462961. Email: davidazzo@gmail.com

IL-KUMMISSJONI TFAL. 

Delegat tal-Arċisqof: Sr Anna Sammut.

Tel. 99846310. Email: sammutanna@hotmail.com

IL-KUMMISSJONI ŻGĦAŻAGĦ.

Delegat tal-Arċisqof: Is-Sur Benjamin Flores Martin.

Tel. 25906505. Email: benjamin.flores.martin@maltadiocese.org

SEGRETARJAT GĦAL-LAJCI

Delegat Episkopali: Is-Sur Joe Farrugia.

Tel. 25906510 / 79801385.  lajci@maltadiocese.org

 

DAKINHAR L-GĦAŻLA F'IDEJK

QUDDIES, QRAR u ADORAZZJONI

Fid-9.00 am

Quddiesa ċelebrata minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Tixxandar fuq TVM2.

Fis-6.00 pm

Quddiesa ta' tmiem il-Ġublew tal-Familja

Matul il-jum il-kappella tas-Seminarju ser ikun hemm ukoll Adorazzjoni Ewkaristika, Ħinijiet ta' skiet, kif ukoll servizz ta' Qrar.

DISKORSI

09.45 am - Monsinjur Arċisqof Charles J Scicluna jinawgura il-Ġublew tal-Familja u jippreżenta l-verżjoni Maltija tal-Amoris Laetitia tal-Papa Franġisku.

10.30 am - Sur Edward Wright, Il-Familja Benniena ta' Ħniena.

02.30 pm - Dr Arthur Galea Salomone, Il-Familja hija s-Soluzzjoni.

WORKSHOPS F'ĦINIJIET DIVERSI

Għalfejn niżżewweġ?  U għalfejn bil-Knisja.

In-Nanniet u t-Trobbija tat-Tfal.

Ngħaddu l-fidi b'Imħabba.

Il-Familja li Titlob u Tilgħab flimkien, tibqa' flimkien

Ikunu henjin: Inkunu hienja ma’ membri tal-familja li jagħżlu triqat differenti.

Maħfra: għal saħħa psikoloġika u spiritwali.

Il-Ġenituri u l-Omosesswalità

IKUN HEMM UKOLL

Attivitajiet sportivi għall-familja kollha.

Animazzjoni għat-tfal u Childminding.

Servizz ta' Counselling minn professjonisti.

Prayer Spaces.

Talb mal-Familja.

Mużika u kant.

Postijiet mnejn jista’ jinxtara ikel u xorb.