“Hekk għandkom taħslu saqajn xulxin” (Ġw13:14)

Ħamis ix-Xirka, 24 ta’ Marzu 2005: L-Arċisqof ta’ Buenos Aires, fl-Arġentina, il-Kardinal Jorge Mario Bergoglio, jidher jaħsel saqajn mara, fi sptar tal-maternità. 

Fit-28 ta’ Marzu 2013, issa bħala l-Papa Franġisku huwa ħasel saqajn numru ta’ detenuti, fosthom ukoll mara Musulmana, f’ħabs minorili f’Ruma.  Ma kienx sempliċi ġest li issa għamlu bħala Papa.  Kien ilu ta’ l-inqas 8 snin jagħmel l-istess.