Laikos

 

TALBA GĦALL-EWWEL JUM DINJI TAN-NANNIET U L-ANZJANI

25 ta’ Lulju 2021

 

Nirringrazzjak, Mulej,

għall-faraġ li tagħtini bil-preżenza tiegħek:

imqar fis-solitudni,

int it-tama tiegħi, il-fiduċja tiegħi;

sa minn żgħożiti, int il-blata tiegħi u l-fortizza tiegħi!

 

Nirringrazzjak li tajtni familja

u għall-barka taħajja twila.

Nirringrazzjak tal-mumenti taferħ u ta’ diffikultà,

tal-ħolm li sar realtà u ta’ dak li għad għandi quddiemi.

Nirringrazzjak għal dan iż-żmien ta frott imġedded

li qed issejjaħli għalih.

 

Kattar il-fidi tiegħi, o Mulej,

agħmilni strument tal-paċi tiegħek;

għallimni nilqalil min qed ibati iktar minni,

biex ma niqafx noħlom

u biex nirrakkonta l-għeġubijiet tiegħek lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda.

 

Ħares u mexxi lill-Papa Franġisku u lill-Knisja,

sabiex id-dawl tal-Vanġelu jilħaq it-truf tal-art.

Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, biex iġġedded id-dinja,

sabiex il-maltempata tal-pandemija titrażżan.

 

Saħħaħni fid-dgħufija,

u agħtini li ngħix bis-sħiħ kull mument li tirregalali,

fiċ-ċertezza li int miegħi kuljum

sal-aħħar taż-żmien.

 

Amen.