Laikos

 

IL-PAPA FRANĠISKU

ANGELUS

Pjazza San Pietru
Il-Ħadd, 4 ta’ Settembru, 2022

 

Għeżież ħuti,

 

Qabel ma ntemmu din iċ-ċelebrazzjoni, nagħti t-tislima tiegħi lil kulħadd u rrodilkom ħajr tas-sehem tagħkom fiha.

Jien grat lejn ħuti l-Kardinali, Isqfijiet u saċerdoti li ġew hawn minn diversi pajjiżi.

Insellem lid-delgazzjoniijiet uffiċjali li nġabru hawn biex jagħtu ġieħ lill-Beatu l-ġdid.  Ħsiebi mimli rispett imur lejn is-Sur President tar-Repubblica Taljana u lejn il-Prim Ministru tal-Prinċipat ta’ Monaco.

Insellem lilkom ilkoll, pellegrini, b’mod speċjali lill-fidili minn Venezja, Belluno u Vittorio Veneto, imkejjen marbutin mal-esperjenza umana, saċerdotali u episkopali tal-Beatu Albino Luciani.

U issa nduru bit-talb tagħna lejn il-Verġni Marija sabiex tiksbilna d-don tal-paċi fid-dinja kollha, speċjalment fl-Ukrajna ttorturata.  Hi, l-ewwel dixxiplu perfett tal-Mulej, tgħinna nimxu fuq l-eżempju u l-qdusija tal-ħajja ta’ Ġwanni Pawlu I.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber