LISTA TA' KLIEM IL-BIBBJA BIL-MALTI    

KEJL, UŻIN, QISIEN U FLUS

Minn Fr Paul Sciberras

 

Il-Kejl

ħόmer = 10 efŕ = ±450 litru (Eż 16:36)

kor = 1 ħόmer

létek = 5 efŕ = ±225 litru (Hos 3,2)

artabč = tomna? gallun? = ±56 litru (Dan 14:3)

efŕ = ±45 litru

bat = 1 efŕ

metréta = 1 bat = ±40 litru (Ġw 2:6).

seŕ = terz ta’ efŕ = ±15-il litru (2 Slat 7:1)

sáton = siegħ? = ±13-il litru (Mt 13:33)

ħin = ±7.5 litri

issarňn? = ±4.5 litri

kab? = ±2.5 litri (2 Slat 6:25)

sestarju = ±1.7 litri

log = ±0.6 litri (Lev 14:10)

10 jew 12 log = 1 ħin

 

Użin

kikkŕr talent = 3000 xékel = ±34.272 kg (1 Slat 10:10)

mančh minŕ = 50 xékel = ±0.571 kg (Eżek 45:12)

xékel = ix-xékel ta’ Eż 30:13 = 20 gerŕ = ±0.011 kg

baqa’ = nofs xékel = ±0.0057 kg

gerŕ = ±0.0006 kg (20 gerŕ = 1 xékel)

libbra = 328 gr (Ġw 12:3; 19:39)

 

Qisien

Il-qisien l-aktar użati kienu dawn:

qančh, qasba = ±315 ċm

ammŕ, driegħ; kienu ta’ żewġ xorta: il-qasir = ±44.5 m, u t-twil = ±51.8 km

żéret, xiber = ±22 ċm

tofŕh, wisa’ ta’ erbat iswaba’ = ±7.2 ċm

esba’, saba’ = ±2 ċm

Fit-Testment il-Ġdid jissemmew:

qama = ±1.84 m, u l-qjies Grieg stádion = ±185 m (Lq 24:13)

 

Flus

L-ewwel muniti dehru ħabta tas-seklu 7 QK. Qabel dan iż-żmien in-negozju kien isir bi bdil ta’ oġġetti ta’ valur (1 Slat 5:25; 2 Slat 3:4) jew b’biċċiet ta’ metall prezzjuż magħżul għall-okkażjoni (Ġen 42:25; 2 Sam 24:24). Imbagħad bdew il-muniti. Kienu jikkonsistu f’biċċiet tal-metall bil-valur skont il-piż tagħhom imnaqqax fuqhom. Il-metall tal-flus kien ikun tad-deheb, il-fidda, il-bronż u l- ħadid. L-ewwel flus li jissemmew fil-Bibbja huma d-darěk tad-deheb u t-talent tal-fidda, tal-bronż u tal-ħadid (1 Kron 29:7; Esd 8:27).

Wara r-rebħiet ta’ Alessandru l-Kbir il-flus Griegi daħlu kullimkien. Il-bażi tas­sistema monetarja Griega kienet id-drakma tal-fidda. Mal-ħakma tar-Rumani daħlu wkoll il-flus tagħhom fl-artijiet tal-imperu, fosthom id-dinar, li kien il-paga ta’ jum xogħol tal-ħaddiem (Mt 20:1-12; 22:15-22, u paralleli).

 

Flus Griegi u Rumani

drakma tad-deheb – nofs stater Attiku (Esd 2:69; Neħ 7:69) = 7.8 gr? drakma tal-fidda – (2 Mak 12:43) = 4.55 gr? 3.85/3.41?

didrakma tal-fidda – 2 drakmi (Mt 17:24, stater) = 2 gr jew 1.5 gr tetradrakma tal-fidda 4 drakmi, “biċċa tal-fidda” (Mt 26:15) = 4/3 gr

assárion jew as munita Rumana tal-bronż ta’ valur żgħir ħafna (Lq 12:6)

= 4.55 gr? (16 as = 1 dinar).

minŕ tal-fidda 1 minčh (Esd 2:69) = 0.571gr

darkňn tad-deheb 1 xékel (Esd 8:27) = 8.41 gr

xékel tal-fidda Neħ 5:15; 10:33) = 5.60 gr

dinar Ruman (Mt 20:9-10) = 172.8 gr?

 

(muniti oħra li jissemmew fl-Evanġelju:

leptňn, kodrántes, nόmisma (Mt 5:26; Mk 12:42; Lq 12:59) = kollha ta’ valur żgħir).

It-talent kien użin li kien isarraf 6,000 dinar (Mt 25:14-30).