LISTA TA' KLIEM IL-BIBBJA BIL-MALTI    

Alla u l-ismijiet tiegħu.

Minn Dun Pawl Sciberras.

 

Alla hu 1-protagonista tal­-Bibbja. L-awturi tal-Kotba Mqaddsa kollha b’mod jew b’ieħor juru min hu Alla u xi jfisser għalina 1-bnedmin. Dan ma jagħmluhx b’definizzjonijiet astratti jew b’kunċetti filosofiċi, imma bil-fatti tal-istorja li tagħha hu s-Sid u l-Mexxej.

Il-kwistjoni tal-eżistenza ta’Alla ma kinitx problema għall-awturi sagri. Din kienet aċċettata u miżmuma min-­nies ta’ żmienhom. Huma kitbu għal nies li kienu jemmnu f’Alla jew f’xi alla. Dak li riedu juruhom kien fuq kollox li Alla wieħed hemm u li dan hu Alla l-veru u 1-ħaj. L-Iżraelin kienu mdawrin b’nies li kienu jqimu allat oħra u kienu dejjem fil-periklu li jaqgħu huma wkoll għall-qima ta’ dawn l-allat. L-Awturi sagri juru dejjem li dawn mhuma allat xejn, li huma allat foloz, għax Alla wieħed hemm, li ħalaq is­-sema u 1-art. Dan hu t-tagħlim ġenerali

sew tal-kotba tat-Testment il-Qadim u sew tal-kotba tat-Testment il-Gdid.

Il-kelma bażika għal Alla, bil-Lhudi, hi El jew fil-forma plurali Eloħěm. Dan hu 1-isem għal Alla jew allat fl-ilsna Semitiċi kollha (fl-Akkadiku, ilu; fl­-Għarbi, ilah, Allŕh). El kien magħruf u meqjum minn popli oħra barra minn Iżrael u qabel Iżrael. Kien l-­isem ta’ ‘alla’ l-ewlieni fost allat oħra u ʼ1 fuq minnhom ilkoll. Dan kien “alla tal-allat”, titlu li mbagħad ġie applikat għal Alla l-veru (Salm 50:1).

Ma nafux b’certezza xi tfisser fiha nfisha jew mnejn hi ġejja 1-kelma El­-Eloħěm. Ħafna jaħsbu li tfisser is-setgħa u l-qawwa tad-divinitŕ. Dan hu żgur kunċett li jixraq lil Alla u jaqbel man­-natura tiegħu (Ġen 30:2.8; Salm 8:6; Iż 9:5; 14:3). Mhuwiex biżżejjed biex jgħarrafna min hu Alla, imma jfakkama xi ftit li Alla hu tassew dak li hu ʼ1 fuq minn kull setgħa oħra tas-sema u tal-­art.

El-Eloħěm bħala isem għal Alla għadda għal għand Iżrael mingħand popli ġirien tagħhom. Imma f’Iżrael dan l-isem hu ħafna drabi determinat b’titli oħra miegħu biex bihom jintgħażel mill-­allat tal-popli l-oħra. Hekk għandna El-Betčl (Ġen 35:7), El ta’ Iżrael (Salm 68:36), Alla ta’ Ġakobb (Salm 146:5), El-eloħč-iżrael - Alla-ta’-Iżrael (Ġen 33:20), El­-għolŕm, “Alla ta’ dejjem” (Ġen 21:3).

Alla jissejjaħ wkoll El-Xaddŕj u El-­għeljňn. Dawn it-tnejn huma wkoll titli ta’ Alla li Iżrael wiret mingħand popli oħra. Qabel ir-rivelazzjoni ta’ Alla l-veru 1-antenati ta’ Iżrael kienu jqimu allat oħra (Ġoż 24:2). Kien mas-sejħa ta’ Abraham li bdiet tassew il-qima propja ta’ Alla ta’ Iżrael; u mbagħad twettqet u tkompliet mas-sejħa ta’ Mosč.

Qabel ir-rivelazzjoni tal-isem ta’ Alla, JĦWH, lil Mosč, Alla ppreżenta ruħu lil Abraham bħala El-Xaddŕj (Ġen 17:1). Hu b’dan 1-isem li hu 1-aktar magħruf fil-Ktieb tal-Ġenesi (Ġen 28:3; 35:11; 43:14; 48:3; 49:25) u f’partijiet oħra tal-Bibbja, 1-aktar f’dawk ta’ karattru poetiku (Num 24:4.16; Salm 68:15; 91:1; u ħafna drabi fil-Ktieb ta’ Ġob).

El-Xaddŕj ifisser “Alla li jista’ kollox”. Għalhekk il-verżjoni Griega tas-LXX tittraduċi bil-kelma pantokrátor.

L-isem l-ieħor El-għeljňn ifisser Alla 1-Għoli (LXX, ħúpsistos). Jissemma 1- ewwel darba fl-istorja tal-laqgħa ta’ Abraham ma’ Melkisedek, “li kien qassis ta’ El-għeljňn” (Ġen 14:18). Dan kien 1-isem ta’ Alla tal-Kangħanin, kien fuq 1-allat l-oħra kollha. Jissemma wkoll fl-orakli ta’ Balgħam mat-titlu l-ieħor El-Xaddŕj (Num 24:16). Aktar tard l-Iżraelin addattaw ukoll dan it-titlu u applikawh għal Alla tagħhom (Dt 32:8; 2 Sam 22:14; Iż 14:14; Salm 18:14).

Imma 1-isem propju ta’ Alla ta’ Iżrael hu dak li bih Alla rrivela lilu nnifsu lil Mose - JĦWH (Ġen 3:1-15). Għalkemm hemm opinjonijiet diversi dwar 1-oriġini etimologika ta’ din il-­kelma, ġeneralment kulħadd jaqbel ġejja mill-verb ħawŕh (ħajŕh), “kien”, “eżista”. Għalhekk nittraduċuha tajjeb bil-Malti bil-kliem: “Jien li jien” u “Jiena-Hu”. Hekk tittraduċi l-verżjoni Griega tas-LXX, u warajha t-traduzzjoni Latina (il-Vulgata) u traduzzjonijiet oħra.

Minn dan is-sens nifhmu li Alla b’din il-kelma rrivela dak li hu fih nnifsu u dak li jfisser għall-poplu tiegħu. Hu dak li hu, li jgħix fih innifsu u minnu nnifsu; hu l-ħajja fih innifsu u 1-ħajja għal kulma hawn u kulma jgħix; hu minn dejjem fih innifsu u 1-bidu tal-eżistenza għal kollox u għal kulħadd. “Jiena, il­-Mulej, jiena 1-ewwel u ma’ tal-aħħar, jiena hu!” (Iż 41:4). Dan hu s-sens ġenerali tal-isem ta’ Alla, JĦWH.

B’dan l-isem il-Lhud kienu jiddistingwu lil Alla tagħhom mill-allat tal-popli ġirien tagħhom. JĦWH, Alla ta’ Iżrael, hu Alla 1-ħaj, l-awtur tal-ħajja, li ħalaq is-sema u 1-art; l-allat tal-pagani huma vojta u fiergħa (Salm 115:3-8). Għalhekk fiergħa kienu dawk li fihom kienu jqiegħdu t-tama tagħhom. Imma wlied Iżrael kellhom iserrħu rashom bit­-tama tagħhom f’JĦWH, Alla tagħhom, għax hu dejjem ħaj u dejjem magħhom. Dan turina dejjem il-Bibbja bil-grajjiet tal-istorja ta’ Iżrael.

Dwar il-pronunzja ta’ din il-kelma tal-isem ta’ Alla rridu niftakru li bil-Lhudi tinkiteb biss bl-erba’ konsonanti tagħha mingħajr vokali - JĦWH. B’qima lejn l-isem ta’ Alla l-Lhud ta’ tmiem il-Ġudaiżmu ma kinux isemmu jew jaqraw dan 1-isem; floku kienu jgħidu Adonŕj (Sid, Sidi). Fit-testi tal-Bibbja bil-Lhudi daħħlu 1-vokali ta’ (a-o-a) bejn il-konsonanti JĦWH. Minn hawn ġiet il-kelma Ġaħovah; din hi pronunzja żbaljata. Skont l-istudji kollha, il-­pronunzja probabbli tal-isem ta’ Alla hi “Jaħwčh”.

Fit-traduzzjoni tas-LXX dan l-isem hu mfisser bil-kelma Griega Kyrios (Sid). Bil-Malti nittraduċuha bil-kelma “Mulej”, u bil-kelma “Sid” nittraduċu Adonŕj (it-traduzzjonijiet ta’ Saydon u tal-Għaqda Biblika Maltija).

Fit-Testment il-Ġdid, il-kelma Griega għal Alla hi Teňs jew aħjar, ħo teňs (bl-artiklu) b’riferenza għal Alla l-Missier, 1-aktar fit-testi li fihom jissemmew il-Missier u l-Iben (Ġw 1:18; 3:16; 1 Kor 13:13; u l-bqija). L-awturi tal-kotba tat-Testment il-Ġdid inqdew b’din il-kelma li biha l-pagani kienu jfissru l-allat tagħhom. It-Testment il-Ġdid jadatta u jagħmel tiegħu dak kollu li t-Testment il-Qadim jgħallem fuq Alla bl-­ismijiet u t-titli kbar tiegħu u bil-­kunċetti għolja tagħhom. JĦWH, Alla ta’ Iżrael, hu Alla ta’ Ġesů Kristu. Imma t-Testment il-Ġdid juri wkoll li Ġesů Kristu wassal għall-perfezzjoni r-rivelazzjoni li t­-Testment il-Qadim jagħti fuq Alla, kif jagħmel ukoll f’aspetti oħra tar­-rivelazzjoni biblika (Mt 5:17).

Alla fl-imgħoddi kellem lil missirijietna ħafna drabi u b’ħafna manjieri permezz tal-profeti. Issa, f’dan l-aħħar żmien, huwa kellimna permezz ta’ Ibnu” (Lhud 1:1-2). “Lil Alla għadu ħadd ma rah, imma għarrafhulna l-Iben il-wandieni ta’ Alla li hu fi ħdan il-Missier” (Ġw 1:18).

Fid-dawl tar-rivelazzjoni tal-misteru ta’ Kristu nagħrfu aħjar min hu Alla u xi jfisser tassew għalina l-bnedmin. It-Testment il-Ġdid jirrivelalna li Ġesů Kristu hu l-Iben ta’ Alla u 1-veru Iben ta’ Alla (1 Ġw 5:19). Fl-Iben naraw il-Missier (Ġw 14:9), għax il-Missier u l-Iben huma ħaga waħda (Ġw 10:30). Fid-dawl tar­rivelazzjoni tal-għaqda intima tal-Iben mal-Missier nagħrfu li f’Alla hemm il-Missier u l-Iben. Fil-kotba tat-Testment il-Ġdid, l-aktar fir-raba’ Evanġelju, naqraw ħafna fuq din 1-għaqda misterjuża tal-lben mal-Missier. Hi għaqda ta’ identitŕ tal-Iben mal-Missier - it-tnejn ħaga waħda; u hi wkoll ta’ distinzjoni bejniethom – l-lben hu mnissel mill-­Missier (Ġw 1:18), u hu 1-Missier bagħtu fid-dinja (Gal 4:4; Ġw 6:28; u l-bqija).

Minn kif tkellem minn Alla bħala l-Missier u fuqu nnifsu bħala Ibnu Ġesů wera wkoll li magħhom it-tnejn, u fihom, hemm l-Ispirtu s-Santu. Hu l-Ispirtu tagħhom it-tnejn, li ġej mill-­Missier u mill-lben (Ġw 17:26; 15:26).

Din hi r-rivelazzjoni sħiħa li t-Testment il-Ġdid jagħtina fuq Alla. It-Testment il-Qadim ikellimna fuq Alla, li hu Alla wieħed. It-Testment il-Ġdid jirrevelalna li f’dan Alla wieħed hemm tliet Persuni, ugwali għal xulxin u distinti minn xulxin. Din hi r-­rivelazzjoni ta’ dak il-misteru li nsejħulu tat-“Trinitŕ”, Alla wieħed fi tliet Persuni - il-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu (Mt 28:19).

Dan il-misteru hu rrivelat fil-misteru tal-Inkarnazzjoni tal-Iben ta’ Alla. L-­Iben il-waħdieni ta’ Alla, li hu fi ħdan il-Missier, sar bniedem bħalna bir-rieda tal-Missier, li bagħtu fid-dinja, u bil-­ħidma tal-Ispirtu s-Santu (Lq 1:26-35; Gal 4:4-6).

Skont l-awturi tat-Testment il-Ġdid, din hi 1-aqwa xhieda tal-imħabba kbira li Alla wera lejna l-bnedmin (Ġw 3:6; Rum 8:32; 1 Ġw 4:9-10). Kien minn dan il-ħsieb li San Ġwann wasal biex qalilna: “Alla hu mħabba” (1 Ġw 4:16).

Din hi, biex ngħidulha hekk, “id-­definizzjoni ta’ Alla” kif inhi rrivelata fl-istorja tas-salvazzjoni fil-pagni tal-­Bibbja. Mhux biss f’dawk tat-Testment il-Ġdid imma f’dawk tal-Qadim ukoll. Mhux tassew li t-Testment il-Qadim juri ʼ1 Alla aħrax u qalil u t-Testment il-Ġdid jurih twajjeb u ħanin, bħallikieku mhuwiex l-istess Alla. Alla tal-kotba taż-Żewg Testmenti hu dejjem l-istess wieħed. Imma fil-kotba tat-Testment Qadim jew f’xi wħud minnhom, Alla hu ppreżentat f’aspetti u figuri li kienu jaqblu aktar mal-kultura u 1-mentalitŕ tan-nies ta’ żmienhom. Ħafna drabi jissemmew il-kastigi ta’ Alla. Imma l-profeti kienu dejjem juru lill-poplu li Alla kien jikkastigahom biex isalvahom. Kull storja tal-kastig tispiċċa bis-salvazzjoni, għax Alla dejjem wera li kien iħobb il-poplu tiegħu (Iż 49:15; Ġer 31:3; Hos 11:1-4; u ħafna testi oħra).

Imma r-rivelazzjoni perfetta tal-imħabba ta’ Alla għalina l-bnedmin kellha sseħħ u tidher bl-opra tas-salvazzjoni permezz ta’ Ibnu Ġesů Kristu. Fih “dehret il-grajja ta’ Alla għas-salvazzjoni lill-bnedmin kollha” (Tit 2:11).