Laikos

 


   Talba għal ruħ il-Papa Benedittu XVI

 

O Missier, Ragħaj etern,

agħti widen għat-talbiet tal-poplu tiegħek għall-qaddej tiegħek Benedittu,

li mexxa lill-Knisja bl-imħabba.

 

Fil-ħniena tiegħek, lilu u lill-merħla li int kont fdajtlu

wassalhom għall-premju li wegħidt lill-qaddejja fidili tiegħek.

 

Agħmel li hu li fedelment amministra l-misteri

tal-maħfra u l-imħabba tiegħek fuq din l-art,

jithenna miegħek għal dejjem fis-Sema.

 

Fl-għerf u l-imħabba tiegħek,

int għamilt minn dan il-qaddej tiegħek

għalliem tal-Knisja kollha tiegħek.

Hu wettaq il-ħidma ta’ Kristu fuq l-art.

 

Ħa jilqgħu Ibnek fil-glorja ta’ dejjem.

 

Ħalli dan il-qaddej tiegħek li int ħtart

bħala qassis il-kbir tal-merħla tiegħek

jingħadd issa fost il-qassisin fil-ħajja tas-Saltna tiegħek.

 

Agħti lill-qaddej tiegħek il-premju tal-hena ta’ dejjem

u bil-ħniena tiegħek iksbilna d-don tal-ħajja u l-imħabba tiegħek.

 

Lil dan il-qaddej tiegħek b’fidi u tama nafdawh fil-ħniena tiegħek.

Fil-familja tal-bnedmin hu kien strument tal-paċi u l-imħabba tiegħek.

 

Ħa jithenna issa f’dawk id-doni għal dejjem mal-qaddisin tiegħek.

Amen.