L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi

Home  

Ikkuntattjana

 

 

Is-Soċjeta' Patristika Maltija u l-Pastoral Formation Institute se jkunu qed joffru kors bażiku ta' Patristika bil-Malti minn Ottubru sa Ġunju.  Il-lezzjonijiet se jkunu kull nhar ta' Ħamis mis-6:30pm sat-8pm b'pawża qasira.  Il-post magħżul huwa l-Istitut Agostinjan (St Augustine College, Gwardamanġa), sabiex ikun hemm aċċess għall-grounds tal-iskola ħabba l-parking. 

L-għan tal-kors huwa li jkollna idea ftit jew wisq ċara tal-iżvilupp tal-ħsieb u l-kitba tal-insara mill-bidu sa tmiem it-tielet seklu. Matulu se nagħtu wkoll daqqa t'għajn lejn xi testi biex nieħdu togħma tal-istili differenti tal-kitba skont is-suġġetti trattati.

Hawn issib ukoll il-brochure bid-dettaji tal-kors.

Inħeġġeġ lil kull min huwa interessat fl-istorja tal-ħsieb nisrani biex japplika. Niltaqgħu f'Ottubru.


Rev. Dr Jonathan Farrugia, ko-ordinatur tal-kors

Aktar tagħrif ...