L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi

Home  

Ikkuntattjana

 

JUM BIBLIKU

FRATERNITA’ CHARLES DE FOUCAULD MALTA

 

Għeżież aħwa,

  

Il-Ħadd 30 t’April 2017 ser ikollna l-Jum Bibliku li nagħmlu kull sena fejn Dun Pawl Sciberras, Studjuż Bibliku, ser jagħtina taħdita dwar Id-Dixxipulat skond il-Vanġelu ta’ San Mattew.

 

Din hi opportunità oħra fejn napprofondixxu fit-tagħlim tal-Vanġelu ħalli nkunu nistgħu nimxu sewwa wara Ġesù s-Salvatur tagħna.  Ġesù qalilna “mhux kull min jgħidli Mulej Mulej jidħol fis-Saltna iżda min jagħmel ir-rieda tiegħi”. Ir-rieda tiegħu inkunu nafuha biss permezz ta’ kliemu fil-Vanġelu kif ħeġġiġna Charles de Foucauld biex inkunu nafu sewwa l-Bibbja

 

Għalhekk inħeġġukom tiġu u ġġibu magħkom lil ħaddieħor. Ser ikun hemm Quddiesa immexxija minn Dun Mark Sultana.

 

Nawguraw lilkom u lill-familji tagħkom il-paċi u l-ferħ tal-Għid fi Kristu Rxoxt.

 

Dettalji tal-laqgħa:

 

Data                Il-Ħadd, 30 t’April 2017

Post                Ċentru San Ġorġ Preca, Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat

 

Programm        09:15  Adorazzjoni

                        10:15  Waqfa

                        10:45  Taħdita minn Dun Pawl Sciberras

                        11:45  Quddiesa, imexxi Dun Mark Sultana

 

Dawk li ġejjin jekk jogħġobkom infurmawni fuq 21692291 jew 79014713 sa l-Erbgħa 26 t’April.

 

Fraternament tagħkom,

 

John Borg

Għall-Fraternitajiet Lajkali ta’ Charles de Foucauld