L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi

Home  

Ikkuntattjana

 

 

Vġili ta’ talb bi tħejjija

għaċ-Ċentinarju mid-Dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima

u l-Kanonizzazzjoni ta’ Francisco u Jacinta Marto

 

Fl-okkażjoni tas-Sena Ċentinarja mid-Dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima, id-Djoċesi se torganizza lejla ta’ talb bħala Vġili ta’ tħejjija għall-Kanonizzazzjoni tal-aħwa Francisco u Jacinta Marto, li jmexxi l-Papa ġewwa Fatima fit-13 ta’ Mejju li ġej.

 

Il-lejla ta’ talb se tiġi organizzata mill-Moviment Ewkaristiku u mil-Leġjun ta’ Marija fil-Knisja ta’ Ħamet, ix-Xewkija, mill-Ġimgħa 12 għas-Sibt 13 ta’ Mejju. Il-lejl jibda l-Ġimgħa b’quddiesa fit-8.30pm, u jkun hemm adorazzjoni ewkaristika u talb sal-5.30am tas-Sibt. Ikun hemm quddies f’nofsillejl u fil-5.30am. Kulħadd mistieden.

 

Mill-Programm Djoċesan fl-okkażjoni tal-100 sena mid-Dehriet ta’ Fatima

 

Mejju

Il-Ġimgħa 12

 

Ċelebrazzjoni Marjana għat-tfal tad-Duttrina (Yrs4-6)

 

Parroċċa Xagħra

5.30pm

Mejju

Il-Ġimgħa 12 u

is-Sibt 13

 

Lejl adorazzjoni, animat mill-Moviment Ewkaristiku u mil-Leġjun ta’ Marija, bi tħejjija għall-Kanonizzazzjoni ta’ Francisco u Jacinta Marto. Quddies: 8.30pm, Nofsillejl, 5.30am.

 

Ta’ Ħamet

8.30pm-6am

Mejju

Is-Sibt 13

 

Purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima, Adorazzjoni Ewkaristika  u Quddiesa | Bidu ta’ Kampanja għal ambjent moralment nadif, organizzata mill-Azzjoni Kattolika.

 

Ta’ Ħamet

6.00pm

Mejju

 

 

Ġimgħa Marjana fil-Parroċċi u Knejjes

 

 

 

 

Dun Giovanni Curmi

Segretarju Pastorali

Kurja tal-Isqof

Ir-Rabat

Għawdex