L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi

Home  

Ikkuntattjana

 

LAQGĦAT GĦAR-RANDAN

FIL-PARROĊĊA TA' SANTA LUĊIJA

Il-Kummissjoni Parrokkjali Familja tal-Parroċċa ta' Santa Luċija qed torganizza laqgħat tar-Randan għall-miżżewġin u l-ġenituri mit-Tnejn, 27 sal-Ġimgħa, 31 ta’ Marzu fis- 7.00 ta’ filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali.

Il-predikatur se jkun Fr John Avellino u kuljum se jkun hemm is-sehem ta’ kor differenti biex janima l-quddiesa tas-6.30pm u t-taħditiet.

Fl-istess ħin se jsiru laqgħat tar-Randan għat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali. It-tfal ma jkollhomx duttrina dik il-gimgħa u għalhekk l-attendenza tagħhom għal dawn il-laqgħat tkun tgħodd bħal tad-duttrina. Jittellgħu xi rigali f’kull jum tat-taħdidiet.

Se jkun hemm ukoll servizz ta’ child- minding għat-tfal żgħar ħafna.