L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi

Home  

Ikkuntattjana

 

Il-Bitħa tal-Ġentili

Fid-29 ta' Diċembru 2010, il-Papa Emeritu Benedittu XVI ħatar lill-Emm. T. il-Kardinal Gianfranco Ravasi sabiex imexxi 'l quddiem il-ħsieb ta' Bitħa tal-Ġentili fuq skala dinjija sabiex jinħoloq taħdid li jwassal għal iktar għaqda bejn l-Insara u dawk li ma jemmnux, jew ateji. Huwa xtaq jerġa' jqajjem il-ħsieb qadim ta' taħdid dwar kwistjonijiet ewlenin tat-twemmin li dwarhom ikun hemm għadd ta' fehmiet, f'dan il-każ, bejn dawk li jemmnu u dawk li ma jemmnux.

Huwa fehem li jiġu mgħarbla mistoqsijiet dwar il-bniedem, dwar it-tajjeb u x'inhu l-ħażen, il-ħajja u lil hinn minnha, u t-tbatija. Kellha mbagħad tiġi waħedha l-mistoqsija jekk wieħed setax jagħżel dinja imma mingħajr Alla, jew, sa fejn seta' għerf u egħmil-il bniedem jasal fejn jidħol il-ħolqien? Fit-tfakkir tal-200 sena mit-twaqqif tal-Provinċja Agostinjana Maltija (1817-2017), ġie mistieden il-Kard. Gianfranco Ravasi sabiex jagħti taħdida, nhar it-Tlieta, 24 ta' Jannar 2017 fil-6.00pm, dwar Il tempio e la Piazza. Fede, cultura, societ. It-taħdida tkun fis-Sala Maria Tereża Spinelli, tal-iskola tas-Sorijiet Agostinjani, Triq M. Tereża Spinelli, Ġżira. Kulħadd hu mistieden.

----

Għal iktar tagħrif: Revd Prof. Salvinu Caruana OSA PO Box 61 Msida PO MSD 1000

Tel. 2124 9407 M. 9940 2102 - 7929 4177

Email  salvino.caruana@um.edu.mt - caruana.salvino@gmail.com,

jew lis-Segretarju. A. Borg. Tel. 2701 0827  M. 9945 0099 - 7770 8700

Email  toineborg@onvol.net