Animazzjoni – Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu ~ Quddiesa tal-Vġili (Sena A)

Dħul: 

Illum il-Knisja tiċċelebra s-solennità tat-Twelid ta’ Ġesù. Ejjew f’din il-liturġija illum nagħrfu l-imħabba kbira ta’ Alla lejna meta sar bniedem biex isalvana. Nagħtu bidu għal dan is-sagriffiċju tal-quddiesa billi nqumu bilwieqfa u nkantaw flimkien.

 

Qari:

Fl-ewwel qari Isaija jitkellem fuq il-glorifikazzjoni ta’ Ġerusalemm, fit-tieni qari l-Atti tal-Appostli jurina kif San Pawl jixhed għal Kristu, bħala Bin David, fl-evanġelju illum nisimgħu r-rakkont tat-twelid ta’ Ġesù. Nisimgħu b’attenzjoni l-Kelma t’Alla.

 

Salm Responsorjali: It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

 

Offertorju:

Inressqu l-offerti tagħna bi spirtu ta’ ferħ għax il-Mulej twieled biex jikisbilna s-salvazzjoni, filwaqt li inkantaw flimkien.

 

Tqarbin:

Issa se nirċievu lil Ġesù ġo fina, ejjew illum lil Ġesù niringrazzjawh tal-imħabba kbira tiegħu lejna, tant li sar bniedem bħalna biex isalvana. Nersqu għat-tqarbin, filwaqt li nkantaw flimkien.