TQARBINA TAX-XEWQA

 

Din it-talb hija għal meta persuna tixtieq titqarben, imma minħabba raġuni jew oħra ma tkunx tista’, eżempju f’każ ta’ mard.

 

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament ta’ l-Ewkaristija. 

Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.

Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.

Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment, nitolbok li tiġi fija spiritwalment.

Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.

Ħeġgiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik, nitma fik u nibqa’ nħobbok għal dejjem.