Fid-dokumentarju tal-BBC, The Big Silence, ħames ta’ lajċi, irġiel u nisa kienu mistiedna jgħaddu xi jiem sis-skiet ta’ Monasteru u hemm jiskopru mill-ġdid il-valur tas-silenzju.

Imbagħad f'dokumentarju ieħor il-BBC joffri l-filmat, The Monastery, fejn ħames persuni, din id-darba kollha irġiel, jagħmlu esperjenza ta’ erbgħin jum f’Monasteru Benedittin fejn hemm ikunu mitluba jħarsu r-regola monastika ta’ silenzju, ubbidjenza u umiltà.

Issa, f’dokumentarju ġdid, The Convent, il-BBC jerġa joffri l-esperjenza ta’ erba’ nisa, li jgħixu 40 jum f’kunvent  tal-Klarissi, fejn flimkien ma’ 21 soru jippruvaw isibu tifsira għall-ħajjithom.

The Convent, Part 1

The Convent, Part 2

The Convent, Part 3

The Convent, Part 4