TALBA LIL SAN MIKIEL

 

San Mikiel Arkanġlu, iddefendina f’dan il-jum tal-battalja!

Kun it-tarka tagħna kontra l-ħażen u x-xbieki tax-xitan.

Aħna, umilment nitolbu, biex Alla jrażżnu u inti, O prinċep tal-Ġemgħa l-Kbira tas-Smewwiet, bis-saħħa ta’ Alla, itfa’ lil Satana u lill-ispirti ħżiena kollha, li jħufu madwar id-dinja kollha biex iħassru l-erwieħ, fin-nirien tal-infern! Ammen. 

(Papa Ljun XIII)