LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

Mur lura għall-werrej …>

 

RIFLESSJONIJIET

 

Ġieli kkunsidrajt li taddotta bit-talb tiegħek saċerdot bħala ħuk? ''Marija, Għajnuna tal-Insara'' issuġġeriet dan li ġej:

 

  • Itlob lil Marija biex tassenjah lilek.

  • Ħobbu bħala ħuk tassew.

  • Offri talb u sagrifiċċji għalih ta' kuljum.

  • Ipproteġih mit-tentazzjoni.

  • Itlob lil Alla biex hu jevita milli jagħti skandlu.

  • Sejjaħlu lura għall-fervur.

  • Sir qaddis/a biex hu jkun jista' jsir ukoll.

  • Itlob biex Marija tkun Omm tenera għalih u ssiblu ħbieb tajba.

  • Itlob għall-vokazzjoni ġdida biex toħodlu postu.

 

 

Ftakar...

Jekk is-saċerdot huwa qaddis kbir, il-poplu tiegħu jkun qaddis.

Jekk is-saċerdot huwa qaddis, il-poplu tiegħu jkun tajjeb.

Jekk is-saċerdot huwa tajjeb, il-poplu tiegħu jkun ġust.

Jekk is-saċerdot huwa ġust, il-poplu tiegħu jkun instabbli.

Jekk is-saċerdot huwa instabbli, il-poplu tiegħu jkun poplu ħażin.

Anonimu

 

Li tonora s-saċerdozju huwa li tonora lis-Saċerdot il-Kbir u Etern, Ġesu' Kristu. Li tara lil Kristu fis-saċerdot hi t-triq iż-żgura biex issib lil Alla.

Fr. James, OFM Kap

 

Min jonora lis-saċerdot, jonora lil Kristu.

Min jinsulta lis-saċerdot, jinsulta lil Kristu.

San Ġwann Kriżostmu

 

Li kelli nara anġlu u saċerdot, kont ninżel għarkubbtejja; l-ewwel quddiem is-saċerdot imbagħad quddiem l-anġlu.

San Franġisk t'Assisi

 

Is-saċerdoti għandhom bżonn ta' ħafna talb. Għandhom bżonn jiġu mqawwija permezz ta' rwieħ vittmi - nies li jgħaqqdu t-talb u s-sofferenzi tagħhom mal-merti infiniti ta' Ġesu' Kristu Sidna.

Fr. Emile-Marie Brieve  

 

Ma rridux ninsew li s-saċerdoti huma, u li jibqgħu, bnedmin. Alla ma jagħmilx miraklu biex jeħlishom mill-istat uman.

Is-saċerdozju ma jagħtix minnu nnifsu l-qawwa biex wieħed jagħmel kull ma jrid jew li wieħed jirnexxi f'kollox. Huwa importanti li niftakru dan biex ma naqgħux fl-iżball antik... dak li niddiżumaniżżaw is-saċerdozju u b'konsegwenza ta' dan inpoġġu lis-saċerdot il-barra mill-ħajja ordinarja.

Din tagħmel ħafna ħsara għax meta niżolawh, bħal ma jagħmlu dawk li ma jemmnux, għar-realta' esklussiva taċ-ċerimonji, s-saċerdot ikun imċaħħad fil-maġġor parti tal-eżistenza tiegħu. Jekk il-bniedem jirrifjuta milli jinkludi s-saċerdot f’ħajtu, dan ma jistax jibqa', għall-inqas b'mod sħiħ, il-medjatur tiegħu.

Kardinal Suhard

 

 

Saċerdot Tajjeb

 

Is-saċerdot hu maħbub minn Alla.

Is-saċerdot hu maħbub mill-bniedem.

Is-saċerdot hu bniedem qaddis għaliex hu jimxi quddiem il-wiċċ t'Alla Qaddis.

Is-saċerdot jifhem kollox.

Is-saċerdot jaħfer kollox.

Is-saċerdot imdawwar b’kollox.

 

Il-qalb tas-saċerdot, bħal dik ta' Kristu, hi minfuda bil-lanza tal-imħabba.

Il-qalb tas-saċerdot hi miftuħa, bħal dik ta' Kristu, biex tilqa' fiha d-dinja kollha.

Il-qalb tas-saċerdot hi bħal kontenitur ta' ħniena u tjieba.

Il-qalb tas-saċerdot hi kalċi ta' mħabba.

Il-qalb tas-saċerdot hi post fejn jiltaqgħu l-imħabba umana u qaddisa.

Is-saċerdot hu bniedem li l-għan tiegħu hu li jkun Kristu ieħor.

Is-saċerdot hu bniedem li jgħix biex iservi.

Is-saċerdot hu bniedem li sallab lilu nnifsu, sabiex huwa wkoll ikun imtella' 'l fuq u jiġbed kollox lejn Kristu.

Is-saċerdot hu bniedem b'qalbu mimlija bl-imħabba għal Alla.

Is-saċerdot hu don ta' Alla lill-bniedem, u tal-bniedem lil Alla.

Is-saċerdot hu simbolu tal-Kelma li saret laħam.

Is-saċerdot hu x-xabla misnuna tal-ġustizzja ta' Alla.

Is-saċerdot hu r-riflessjoni tal-imħabba ta' Alla.

Barunessa de Hueck Doherty

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org