LITANIJI OĦRA
58. Litanija tad-Demm l-aktar Prezzjuż
Mulej, ħniena
Kristu, ħniena,
Mulej, ħniena,
Kristu, ismagħna,
Kristu, ilqa' t-talb tagħna.
Missier Etern, Alla, ħenn għalina.
Iben, Alla, li fdejt id-dinja, ħenn għalina.
Spirtu s-Santu, Alla, ħenn għalina.
Trinita’ Mqaddsa, Alla wieħed, ħenn għalina.
Demm ta’ Kristu, Demm tal-Kelma ta’ Alla Inkarnata, salvana.
Demm ta’ Kristu, Demm tat-Testment il-Ġdid u l-Etern, salvana.
Demm ta’ Kristu, imxerred fuq id-dinja fl-Agunija, salvana.
Demm ta’ Kristu, imxerreq b’abbundanza fil-flaġellazzjoni, salvana.
Demm ta’ Kristu, iċarċar mill-kuruna tax-xewk, salvana.
Demm ta’ Kristu, imxerred mis-Salib, salvana.
Demm ta’ Kristu, prezz is-salvazzjoni tagħna, salvana.
Demm ta’ Kristu, li minn għajrek m’hemmx Fidwa, salvana.
Demm ta’ Kristu, li jaqta’ l-għatx tal-erwieħ u jippurifikahom fl-Ewkaristija, salvana.
Demm ta’ Kristu, torri ta’ ħniena, salvana.
Demm ta’ Kristu, rebbieħ fuq ix-xjaten, salvana.
Demm ta’ Kristu, kuraġġ tal-martri, salvana.
Demm ta’ Kristu, qawwa tal-konfessuri, salvana.
Demm ta’ Kristu, prinċipju tal-verġni, salvana.
Demm ta’ Kristu, qawwa tal-imġarrbin, salvana.
Demm ta’ Kristu, serħan tal-ħaddiema, salvana.
Demm ta’ Kristu, konsolazzjoni tal-imnikkta, salvana.
Demm ta’ Kristu, tama tan-niedma, salvana.
Demm ta’ Kristu, paċi u ħlewwa tal-qlub, salvana.
Demm ta’ Kristu, ħlas tal-ħajja ta’ dejjem, salvana.
Demm ta’ Kristu, ħelsien tal-erwieħ tal-purgatorju, salvana.
Demm ta’ Kristu, li jistħoqqlok kull unur u glorja, salvana.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, eħlisna Mulej
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ismagħna Mulej
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina
V. Inti salvajtna, O Mulej, b’demmek.
R. U għamiltna saltna għal Alla.
Nitolbu: Alla Etern u li tista’ kollox, li ddestinajt lill-uniku Iben tiegħek biex ikun is-Salvatur tad-dinja u ridt li permezz tad-Demm Prezzjuż Tiegħu tagħtina l-paċi li konna tlifna, agħtina l-grazzja li nqimu l-prezz tas-salvazzjoni tagħna u li niskopru fiha il-virtu’ li għandha – id-difiża kontra l-ħażin taż-żmien preżenti – b’tali mod li nkunu nistgħu ingawdu l-frott tagħha fis-sema permezz ta’ l-istess Kristu, Sidna. Ammen.
59. Litanija ta’ Riparazzjoni
Mulej, ħniena
Kristu, ħniena,
Mulej, ħniena,
Kristu, ismagħna,
Kristu, ilqa' t-talb tagħna.
Missier Etern, Alla, ħenn għalina.
Iben, Alla, li fdejt id-dinja, ħenn għalina.
Spirtu s-Santu, Alla, ħenn għalina.
Trinita Mqaddsa, Alla wieħed, ħenn għalina.
Ostja Mqaddsa, offerta għas-saħħa tal-bnedmin, ħenn għalina.
Ostja Mqaddsa, umiljata fuq l-Altar minna u għalina, ħenn għalina.
Ostja Mqaddsa, offiża mill-ħżiena, ħenn għalina.
Ostja Mqaddsa, miġġielda mill-eretiċi u minn dawk li ma jemmnux fik, ħenn għalina.
Ostja Mqaddsa, imżebilħa mid-dgħajfa, ħenn għalina.
Ostja Mqaddsa, ħobż tal-anġli mogħti lil min ma jixraqlux, ħenn għalina.
Ostja Mqaddsa, ittraskurata u abbandunata fil-knejjes, ħenn għalina.
Alla, kun ħanin magħna, u aħfrilna.
Alla, kun għalina ta' għajnuna, u ismagħna.
Għad-disprezzi bla qies lejn is-Sagrament hekk tal-għaġeb, aħna npattulek, Mulej!
Għat-tqarbin ħażin, aħna npattulek, Mulej!
Għall-Quddies sagrileġġ, aħna npattulek, Mulej!
Għan-nuqqas ta' qima tal-insara, aħna npattulek, Mulej!
Għan-nuqqas ta' ġieħ fil-knejjes Tiegħek, aħna npattulek, Mulej!
Għas-serq tal-Pissidi Mqaddsa, aħna npattulek, Mulej!
Għad-dagħa ta' sikwit tal-ħżiena, aħna npattulek, Mulej!
Għall-wiri ta' films ħżiena li joffendu s-sentimenti ta' pajjiż nisrani, aħna npattulek, Mulej!
Għall-ebusija u kefrija tal-eretiċi, aħna npattulek, Mulej!
Għal Ġesu’ Kristu ppersegwitat fil-Vigarju Tiegħu f'din l-art, aħna npattulek, Mulej!
Għal Ġesu’ Kristu ppersegwitat fl-Isqfijiet Tiegħu, aħna npattulek, Mulej!
Għal Ġesu’ Kristu ppersegwitat fis-saċerdoti Tiegħu, aħna npattulek, Mulej!
Għal Ġesu’ Kristu diżoronat mill-ġurnali ħżiena, aħna npattulek, Mulej!
Għad-diskors ħażin li jingħad fil-knejjes Tiegħek min-nies bla għaqal, aħna npattulek, Mulej!
Għall-profanaturi tal-knejjes, li jagħmluhom post ta' skandlu, aħna npattulek, Mulej!
Mulej kattar fl-insara kollha r-rispett lejn l-Adorabbli Sagrament tal-Altar,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
Mulej, ikxef is-Sagrament tal-imħabba Tieghek lill-eretiċi,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
Mulej, ixħet fuqna l-offiżi ta' dawk li jiddisprezzawk,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
Mulej, ilqa' t-tpattija tagħna magħmula bi spirtu ta' umilta’,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
Mulej, agħmel li togħġbok dejjem l-adorazzjoni tagħna,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
Ostja Pura, ismagħna.
Ostja Mqaddsa, ismagħna.
Ostja Immakulata, ismagħna.
Ħaruf ta' Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, aħfrilna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf ta' Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ismagħna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf ta' Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina.
O Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu, f'ġieħ l-Omm Tiegħek Marija jkollok ħniena minna, ilqa' dawn l-atti ta' riparazzjoni, u bierek l-ulied tal-Omm Tiegħek. Ammen.
60. Litanija tal-Mulej Ġesu’ Kristu u Vittma
Mulej ħniena
Kristu ħniena
Mulej ħniena
Kristu ismagħana
Kristu ilqa’ t-talb tagħna
Alla Missier tas-Sema, ħenn għalina
Alla l-Iben, Salvatur tad-dinja, ħenn għalina
Alla l-Ispirtu s-Santu, ħenn għalina
Trinita’ Qaddisa Alla wieħed, ħenn għalina
Ġesu , Saċerdot u Vittma, ħenn għalina
Ġesu , Saċerdot għal dejjem skond l-Ordni ta’ Melkisedek, ħenn għalina
Ġesu , Saċerdot li Alla bagħat biex jippriedka l-Vanġelu lill-foqra, ħenn għalina
Ġesu , Saċerdot li tgħix għal dejjem biex tinterċedi għalina, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir li l-Missier ikkonsagra bl-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir magħmul minn fost il-bnedmin, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir mogħti għall-bżonnijiet tal-bnedmin, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir tal-Fidi tagħna, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir aktar glorjuż minn Mose’, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir tat-Tabernaklu l-Vera, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir tal-ġid futur, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir li int qaddis, innoċenti u bla tebgħa, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir imħeġġeġ biz-zelu għal Alla u għall-erwieħ, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir magħmul perfett għal dejjem, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir li b’demmek stess dħalt fis-Smewwiet, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir li ftaħt għalina triq ġdida, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir li ħabbejtna u naddaftna minn dnubietna b’Demmek, ħenn għalina
Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir li offrejt Lilek Innifsek lil Alla bħala offerta u vittma, ħenn għalina
Ġesu’, sagrifiċċju ta’ Alla u l-bniedem, ħenn għalina.
Ġesu’, offerta qaddisa u immkulata, ħenn għalina.
Ġesu’, vittma li togħġob, ħenn għalina.
Ġesu’, offerta tal-paċi, ħenn għalina.
Ġesu’, sagrifiċċju ta’ għaxqa u tifħir, ħenn għalina.
Ġesu’, offerta ta’ rikonċiljazzjoni u paċi, ħenn għalina.
Ġesu’, offerta fejn aħna npoġġu l-fiduċja tagħna u għandna aċċess għal Alla, ħenn għalina.
Ġesu’, vittma ħajja għal dejjem ta’ dejjem, ħenn għalina.
Minn min jidħol mal-kleru u ma jkunx insejjaħ imma biss jissoponi, eħlisna o Ġesu’.
Mid-dnub sagrileġġ, eħlisna o Ġesu’.
Minn traskuraġni u telqa spiritwali, eħlisna o Ġesu’.
Minn qdusija ta’ nofs kedda, eħlisna o Ġesu’.
Minn kull użu ħażin ta’ oġġetti sagri, eħlisna o Ġesu’.
Mit-tqassim ħażin tal-ġid tal-Knisja, eħlisna o Ġesu’.
Mill-imħabba tad-dinja u l-vanita’ tagħha, eħlisna o Ġesu’.
Minn ċelebrazzjoni li ma tixraqx tal-Misteri tiegħek, eħlisna o Ġesu’.
Bis-saċerdozju etern tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
Bil-konsagrazzjoni qaddisa tiegħek fejn int ġejt imqiegħed Saċerdot minn Alla l-Missier, nitolbuk, ismagħna.
Bl-ispirtu saċerdoali tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
B’dak il-ministeru li bih igglorifikajt lill-Missier fid-dinja, nitolbuk, ismagħna.
Bit-tbatija mdemmija tiegħek irrealizzata darba għal dejjem fuq is-salib, nitolbuk, ismagħna.
Bl-istess sagrifiċċju mġedded kuljum fuq l-altar, nitolbuk, ismagħna.
B’dik il-qawwa divina li Inti teżerċita b’mod inviżibbli fis-saċerdoti tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
Nitolbuk tikkonserva l-ordni saċerdotali kollu fir-reliġjon qaddisa, nitolbuk, ismagħna.
Nitolbuk tipprovdi lill-poplu tiegħek b’rgħajja skond qalbek, nitolbuk, ismagħna.
Nitolbuk timlihom fl-ispirtu saċerdotali tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
Agħtina li x-xofftejn tas-saċerdoti jsaħħu l-Għerf veru, nitolbuk, ismagħna.
Nitolbuk tibgħat ħaddiema fidili fil-ħsad tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
Nitolbuk tkattar il-ministri fidili tal-misteri tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
Agħtina li huma jipperseveraw fis-servizz tar-Rieda tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
Agħtihom l-umilta’ fil-ministeru, għaqal fl-azzjoni u konsistenza fit-talb, nitolbuk, ismagħna.
Agħti li l-kult tas-Sagrament l-aktar Imbierek ikun kullimkien meqjum minnhom, nitolbuk, ismagħna.
Nitolbuk irċievi dawk li servewk sew, fil-ferħ tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, eħlisna, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, itolbuk ismagħna, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina, Mulej.
Ġesu’ Saċerdot, ismagħna.
Ġesu’ Saċerdot, nitolbuk ismagħna.
Nitolbu: O Alla, Inti li tqaddisna u li tipproteġi l-Knisja Tiegħek, qajjem fiha permezz tal-Ispirtu Tiegħek amministraturi tajba u fidili tal-Misteri Qaddisa tiegħek, sabiex bil-ministeru u l-eżempju tagħhom, l-insara jkunu mmexxija taħt il-protezzjoni tiegħek tul it-triq tas-salvazzjoni. Bi Kristu Sidna. Ammen.
O Alla, meta d-dixxipli kienu jagħtuk qima u jsumu, ordnajt lil Sawlu u lil Barnaba biex ikunu mogħtija għall-ħidma li għaliha sejjaħtilhom, kun preżenti issa għall-Knisja Tiegħek magħquda fit-talb, u Int, li taf x’hemm fil-qlub ta’ kulħadd, uri dawk li Inti għażilt għall-ministeru. Bi Kristu Sidna. Ammen.
61. Litanija ta’ Marija Warda Mistika
Mulej ħniena
Kristu ħniena
Mulej ħniena
Kristu ismagħana
Kristu ilqa’ t-talb tagħna
Alla Missier tas-Sema, ħenn għalina
Alla l-Iben, Salvatur tad-dinja, ħenn għalina
Alla l-Ispirtu s-Santu, ħenn għalina
Trinita’ Qaddisa Alla wieħed, ħenn għalina
Qaddisa Marija, itlob għalina
Warda Mistika, itlob għalina
Omm Verġni ta’ Kristu, itlob għalina
Għarusa tal-Ispirtu s-Santu, itlob għalina
Omm tal-Grazzja Divina, itlob għalina
Omm il-Ħajja Prezzjuża, itlob għalina
Omm tal-Ulied Mitlufa, itlob għalina
Omm l-Itturufnati, itlob għalina
Omm il-Ħniena Ħelwa, itlob għalina
Omm tad-Duluri, itlob għalina
Omm tar-Ruħ u l-Moħħ tagħna, itlob għalina
Omm ta’ min hu Muġugħ, itlob għalina
Omm ta’ min qed Imut, itlob għalina
Verġni l-aktar Kasta, itlob għalina
Verġni l-aktar Umli, itlob għalina
Verġni l-aktar Perseveranti, itlob għalina
Warda tal-Ġnien tas-Sema, itlob għalina
Fwieħa tal-Kewkba ta’ Filgħodu, itlob għalina
Altar tal-Offerti tal-Paċi, itlob għalina
Kristall tad-Dawl, itlob għalina
Perla tal-Baħar, itlob għalina
Tarka tal-Kuraġġ, itlob għalina
Xatba tal-Bitħa l-Magħluqa, itlob għalina
Ħġieġa taż-Żmien, itlob għalina
Fjamma ta’ Mħabba Mqabbda, itlob għalina
Riħ ta’ Ġentilezza, itlob għalina
Fonti tal-Grazzja Divina, itlob għalina
Konenitur Imbierek ta’ Mħabba, itlob għalina
Omm Imbierka ta’ Kristu, itlob għalina
Xmara ta’ Ferħ Interjuri, itlob għalina
Muntanja li ma Titħarrikx, itlob għalina
Ragħad tar-Riżoluzzjonijiet, itlob għalina
Profondita’ ta’ Mpenn, itlob għalina
Mudell ta’ Gwida għall-Eternita’, itlob għalina
Sultana tal-Anġli, itlob għalina
Sultana tal-Fjuri, itlob għalina
Sultana tal-Arti, itlob għalina
Sultana tal-Knisja Mqaddsa, itlob għalina
Sultana tal-Ewkaristija Qaddisa, itlob għalina
Sultana tal-Qalb Immakulata, itlob għalina
Sultana tal-Kelma, itlob għalina
Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, Immakulata mill-kreazzjoni Tiegħek, minfuda bl-uġiegħ u mħeġġa bl-imħabba, itlob għall-kleru tagħna u għar-reliġjużi kollha, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li qed jimxu fit-triq il-ħażina, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li qed jimxu fit-triq il-ħażina, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li m’għadhomx juru r-rispett neċessarju li hu mistħoqq lil Alla, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li m’għadx għandhom aktar il-kuraġġ li jistqarru l-fidi tagħhom, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li ma juru l-ebda rispett lejn l-Ewkaristija l-aktar Qaddisa.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li tawha għall-attrazzjoni ta’ dinja mqarqa u m’għadhomx ifittxu ‘l Alla aktar.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, minfuda bl-uġiegħ u mħeġġa bl-imħabba, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li telqu s-Sagrament Imqaddes tar-Rikonċiljazzjoni u qed jittolleraw azzjonijiet tad-dnub, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li m’għadx għandhom imħabba għalik u għalhekk qalbhom saret kiesħa malajr, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li m’għadhomx jobdu lill-Papa aktar, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li qed jimxu fit-triqat il-ħżiena u jniġġsu l-imħuħ tan-nies, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li telqu l-Knisja, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha u f’ġieh il-Qalb Immakulata tiegħek, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha u f’ġieh id-Dmugħ tiegħek, Salvahom
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieh Ibnek, li fuq is-Salib tak is-saċerdoti Tiegħu bħala wliedek, Salvahom
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieh l-umilta’ tiegħek bħala qaddejja ta’ Alla b’hekk tiddi għalina bħala eżempju għall-qaddejja kollha ta’ Ġesu’ Kristu, Salvahom
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieh ix-xwabel f’qalbek, li hi wkoll minfuda bix-xwabel f’qalbek, li hi wkoll minfuda bix-xabla tad-duluri li int qed issoffri għas-saċerdoti u r-reliġjużi, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieh id-deżolazzjoni u kemm ħassejtek waħdek, li int sofrejt b’ubbidjenza totali, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieh il-qawwa invinċibbli tal-interċessjoni għalina, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieh il-fatt li inti l-Medjatriċi qawwija ta’ kull grazzja, Salvahom.
Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieh id-duluri tiegħek u d-dmugħ tiegħek tad-demm, Salvahom.
Konklużjoni: Alla ħanin li tista’ kollox, li għar-rebħa tal-ħniena Tiegħek u s-salvazzjoni tal-erwieħ tajt lill-Immakulata Verġni Marija riżorsi bla limitu għall-Qalb Qaddisa ta’ Ġesu’, agħtina, nitolbuk, li bit-talb u l-interċessjoni tagħha aħna nevitaw li nittieħdu mid-dnub u nservuk b’qalb safja, u li aħna ngħixu u mmutu fl-Imħabba Tiegħek Qaddisa.
O Mulej Ġesu’ Kristu, Medjatur tagħna mal-Missier, li fil-pjan tiegħek qiegħedt l-Imbierka Verġni Marija, il-Warda Mistika, Ommok u Omm il-Knisja biex tkun Ommna wkoll u l-Medjatriċi tagħna miegħek, agħtina fit-tjieba tiegħek li kull min jiġi għandek jitolbok biex tbierku, jimtela bil-ferħ għax jaqlagħhom kollha permezz tal-Qalb Immakulata ta’ Marija. Int li tgħix u ssaltan mal-Missier u ma’ l-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
O Omm, int il-gwida tagħna fit-triq b’imħabbtek għal Ibnek, Ġesu’ Kristu. Flimkien miegħek, ħallina ngħinu lir-reliġjużi mġarba imma b’mod speċjali lis-saċerdoti tagħna. Huma għandhom l-aktar fakulta’ qaddisa li jitrasformaw l-inbid u l-ħobż fil-Ġisem ta’ Ibnek ; huma l-intermedjaturi bejna u bejn Alla ; huma jġorru r-responsabbilta’ kbira għar-ruħ tagħna.
Imma anki aħna responsabbli għall-Knisja Qaddisa biex tipproduċi saċerdoti qaddisin. Għinna permezz tal-Qalb Immakulata Tiegħek, O Omm Addolorata, li qed tħeġġeġ b’imħabba għalina. Ammen.
Nitolbu: 3 Missierna, 3 Sliema u 3 Glorja għall-qdusija tas-saċerdoti, l-isqfijiet u r-reliġjużi, għal gwida speċjali u għall-qawwa għall-Missier tagħna il-Papa.
Talba tal-Aħħar: Mulej Ġesu’ Kristu, int bgħattilna lil Ommok bħala eżempju sabiħ ta’ qdusija u mistiċiżmu u b’mod speċjali bħala ideal u patruna tas-saċerdoti u r-reliġjużi. Nitolbuk, agħtina l-
għajnuna tiegħek biex nimitaw lill-Omm l-aktar Qaddisa tiegħek dejjem aktar, biex insiru erwieħ ta’ espanzjoni u erwieħ vittmi għal dawk is-saċerdoti li fallewk : Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
62. Litanija tal-Passjoni
Mulej ħniena
Kristu ħniena
Mulej ħniena
Kristu ismagħana
Kristu ilqa’ t-talb tagħna
Alla Missier tas-Sema, ħenn għalina
Alla l-Iben, Salvatur tad-dinja, ħenn għalina
Alla l-Ispirtu s-Santu, ħenn għalina
Trinita’ Qaddisa Alla wieħed, ħenn għalina
Ġesu’, l-Għerf Etern, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, mibjugħ għal tletin biċċa tal-fidda, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, mixħut fl-art titlob fil-ġnien taż-żebbuġ, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, imqawwi bil-preżenza ta’ anġlu, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, maħsul bl-għaraq tad-demm fl-agunija Tiegħek, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, ittradut minn Ġuda b’bewsa, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, marbut mis-suldati, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, abbandunat mid-dixxipli, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, miġjub quddiem Anna u Kajfa, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, mogħti daqqa ta’ ħarta f’wiċċek minn qaddej, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, akkużat b’xhieda foloz, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, ikkundannat għall-mewt bla ħtija, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, mimli bil-bżieq, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, b’għajnejk mgħottin, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, miċħud minn Pietru, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, iddisprezzat u mwaqqa’ għaż-żufjett minn Erodi, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, imlibbes libsa bajda, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, imwarrab minflok Barabba, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, b’ġismek iffraġellat, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, imbenġel għal dnubietna, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, stmat bħal lebruż, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, imlibbes tunika ħamra, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, inkurunat bix-xewk, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li ġejt mogħti daqqiet ta’ qasba fuq rasek, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, mitlub li tiġi msallab mil-Lhud, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, ikkundannat għal mewta ħarxa, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, mogħti għar-rieda tal-għedewwa tiegħek, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, mgħobbi bit-tagħbija tas-Salib, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, meħud bħal nagħġa għall-qatla, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, imneżża’ minn ħwejġek, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li wegħedt il-Ġenna lill-ħalliel li nidem, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li tajt lil San Ġwann lil Ommok bħala binha, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li stqarrejt lilek innifsek minsi mill-Missier, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li ingħatajt il-ħall meta qabdek l-għatx, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li tajt xhieda li kull ma nkiteb fuqek kien mitmum, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li tlaqt ruħek f’idejn Missierek, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li obdejt sal-mewt tas-salib, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, minfud b’lanza, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, imniżżel minn fuq is-salib, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, impoġġi fis-sepulkru, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li qomt glorjuż fuq il-mewt, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li tlajt is-Sema, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, avukat tagħna quddiem il-Missier, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li bgħatt l-Ispirtu s-Santu, il-Paraklitu fuq id-dixxipli Tiegħek, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li għollejt lil Ommok fuq il-kori kollha tal-anġli, ikollok ħniena minna.
Ġesu’, li għad tiġi biex tiġġudika lill-ħajjin u lill-mejtin, ikollok ħniena minna.
Kun ħanin, eħlisna Mulej.
Kun ħanin, ismagħna nitolbuk Mulej.
Minn kull ħażen, eħlisna Mulej.
Minn kull dnub, eħlisna Mulej.
Mill-korla, mill-mibiegħeda u minn kull rieda ħażina, eħlisna Mulej.
Mill-gwerer, għaks u pestilenza, eħlisna Mulej.
Minn kull periklu tar-ruħ u tal-ġisem, eħlisna Mulej.
Mill-mewt ta’ dejjem, eħlisna Mulej.
Permezz tat-tnissil tiegħek bla tebgħa, eħlisna Mulej.
Permezz tat-Twelid mirakoluż Tiegħek, eħlisna Mulej.
Permezz taċ-ċirkonċiżżjoni umiljanti Tiegħek, eħlisna Mulej.
Permezz tal-magħmudija u s-sawm Tiegħek, eħlisna Mulej.
Permezz tal-ħidma u s-sahra Tiegħek, eħlisna Mulej.
Permezz tal-flaġellazjoni krudili u l-inkoronazzjoni bix-xewk, eħlisna Mulej.
Permezz tal-għatx, tad-dmugħ u tal-għera Tiegħek, eħlisna Mulej.
Permezz tal-mewt prezzjuża Tiegħek fuq is-Salib, eħlisna Mulej.
Permezz tal-Qawmien u t-Tlugħ glorjuż Tiegħek, eħlisna Mulej.
Permezz tal-miġja tal-Ispirtu s-Santu, il-Paraklitu, eħlisna Mulej.
F’Jum il-Ġudizzju, eħlisna Mulej.
Lilna midimbin, ismagħna nitolbuk Mulej.
Nitolbu li Int teħlisna, ismagħna nitolbuk Mulej.
Nitolbu li Int taħfrilna, ismagħna nitolbuk Mulej.
Nitolbu li Int twassalna għal indiema sinċiera, ismagħna nitolbuk Mulej.
Nitolbu li fil-ħniena Tiegħek Int tferra f’qalbna l-grazzja tal-Ispirtu s-Santu, ismagħna nitolbuk Mulej.
Nitolbu li Int tiddefendi l-Knisja Mqaddsa Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
Nitolbu li Int tħares u tkabbar il-popli kollha miġbura f’ismek, ismagħna nitolbuk Mulej.
Nitolbu li Inti tagħtina l-paċi vera Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
Nitolbu li Int tagħtina perseveranza fil-grazzja u fis-servizz qaddis Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
Nitolbu li Int teħlisna minn ħsibijiet impuri, mit-tentazzjonijiet tax-xitan u mill-indannazjoni ta’ dejjem, ismagħna nitolbuk Mulej.
Nitolbu li Int tgħaqqadna mal-kumpanija tal-qaddisin Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, eħlisna, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, itolbuk ismgħana, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina, Mulej.
V.
Kristu,
ismagħna.
R. Kristu, nitolbuk ismagħna.
V. Nadurawk O Ġesu’ u nberkuk,
R. Għax b’Salibek u l-mewt Tiegħek Inti fdejt id-
dinja.
Nitolbu: Alla Etern u li tista’ kollox, li ddestinajt lill-uniku Iben tiegħek biex ikun is-Salvatur tad-dinja u ridt li permezz tad-Demm Prezzjuż Tiegħu tagħtina l-paċi li konna tlifna, agħtina l-grazzja li nqimu l-prezz tas-salvazzjoni tagħna u li niskopru fiha il-virtu’ li għandha – id-difiża kontra l-ħażin taż-żmien preżenti – b’tali mod li nkunu nistgħu ingawdu l-frott tagħha fis-sema permezz ta’ l-istess Kristu, Sidna. Ammen.