LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

Mur lura għall-werrej …>

 

INTRODUZZJONI

 

Min hu s-Saċerdot?

Ejjew naħsbu għal ftit mumenti fuq il-kobor tas-Saċerdozju fil-Knisja, fuq il-qawwa tas-saċerdoti li jaħfru d-dnubiet f’isem Alla, fuq is-setgħa li jikkonsagraw sempliċi ħobż fil-Ġisem, ir-Ruħ u d-Divinita’ ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Naħsbu fuq ir-responsabbilta’ tremenda tas-saċerdoti fejn jidħol id-destin etern tal-erwieħ immortali li huma fdati f’idejhom u li huma għandhom jigwidaw lil dawn l-erwieħ billi jxandrulhom il-Verita’ Sħiħa u jwissuhom biex iżommu fit-triq id-dritta tal-Kmandamenti t’Alla. Issa, is-Sagrament tal-Ordni Sagri huwa wieħed mit-tliet Sagramenti li bniedem jista’ jirċievi darba biss, għax dawn iħallu siġill dejjiemi fir-ruħ ta’ min jirċevihom. 

 

Minħabba l-effett kbir u l-influenza sinifikanti fuq il-ħajja tal-bniedem, il-Knisja tpoġġi persuni bħala għajnuna, anki meta dawn is-sagramenti jirċevihom adult. Fejn, mela, nistaqsi, huma l-isponsers għas-saċerdot? Huwa din il-grazzja mhux tqila biżżejjed biex jistħoqqilha dan is-sapport? Ċertament li l-Mulej fada lis-saċerdoti kollha tiegħu ma’ San Ġwann f’idejn il-merti tal-Omm Imbierka taħt is-salib! Imma hi ma tkunx ferħana li jkollha llum iben jew bint li jgħinuha f’din ir-responsabbilta’ permezz ta’ interċessjoni, sagrifiċċji u kull xorta ta’ għajnuna lis-saċerdoti li huma l-ulied ta’ qalbha? Ċertament li ħadd m’għandu dubji dwar dan.

X’sejħa nobbli hi din li wieħed jilqa’ fuqu l-missjoni li jissapportja lil xi saċerdoti, billi jgħinhom fir-responsabbilta’ mmensa tagħhom fejn jidħlu l-affarijiet qaddisa t’Alla f’dinja dejjem iżjed sekularizzata. Tissapportjahom bit-talb speċjali tiegħek, biċ-ċaħdiet żgħar jew kbar li inti toffri lill-Mulej għalihom, b’offerta b’imħabba tad-diffikultajiet li ġġib magħha l-ħajja tiegħek ta’ kuljum u flimkien ma’ għajnuna prattika fil-parroċċi, knejjes, kappelli, djar, kunventi, skejjel, sptarijiet u postijiet oħra fejn is-saċerdoti jkunu qed iwettqu l-appostolat tagħhom. F’dan int tassew iben u bint is-Sinjura! F’dan int tassew għajnuna xierqa għas-saċerdoti.

 

Il-Mulej wiegħed:

"Min jilqa’ lilkom ikun jilqa’ Lili, ... u kull min jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn l-iżgħar għax huwa dixxiplu, tassew nghidilkom li ma jitlifx il-ħlas tiegħu." (Mt. 10:40,42)

 

J’Alla il-ħlas tal-Mulej ikun il-grazzja li int ikollok dejjem saċerdot li jagħtik kuljum lil Ġesu’ fis-Sagrament Imqaddes u fl-aħħar ta’ ħajtek ferħ etern.

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org